Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impenn mal-Malta Union of Teachers — anomaliji bejn l-għalliema

Question

Jikkonferma l-Ministru li mpenja ruħu mal-Malta Union of Teachers f’laqgħa komuni mal-Ministru tal-Edukazzjoni li l-korrezzjoni fl-anomaliji bejn l-għalliema u l-gradi professjonali differenti ssir sal-1 ta’ Jannar 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi jekk jirriżulta li hemm xi anomaliji, dawn jiġu indirizzati.

Valur Gross Miżjud — Settur tal-attivitajiet tan-negozji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-attivitajiet tan-negozju f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13998.

Valur Gross Miżjud — attivitajiet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tal-attivitajiet ta’ servizzi oħra f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dawn l-attivitajiet kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumpaniji — arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li fil-mument għandhom arretrati għar-rigward tal-Bolla u tan-National Insurance? Kemm hija ċifra ta' flus globali li dawn għandhom iħallsu fil-mument?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' kumpaniji li fil-mument għandhom arretrati għar-rigward tal-Bolla u tan-National Insurance hu indikat fit-tabella mehmuża hawn taħt. Filfatt, in-numru attwali ta’ kumpaniji li għandhom arretrati tal-Bolla u tan-National Insurance hu ta’ 5,612. Kumpanija partikolari li jkollha arretrati fuq diversi snin se tidher f’kull sena li jkun hemm xi bilanċ dovut, allura, in-numru ta’ kumpaniji fit-tabella jidher li huwa ikbar minn 5,612. Iċ-ċifra ta’ flus globali li dawn għandhom iħallsu fil-mument hi ppreżentata fl-istess tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

self employed — arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' self employed li fil-mument għandhom arretrati għar-rigward tal-Bolla u tan-National Insurance? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li dawn għandhom iħallsu fil-mument?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Bolla tan-National Insurance — dħul globali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul gloabli mill-Bolla tan-National Insurance matul l-2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul gloabli mill-Bolla tan-National Insurance matul l-2009 hu ta’ €524,267,473.

Taxxa tal-VAT — dħul globali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul gloabli mit-taxxa tal-VAT matul l-2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2009 id-dħul mit-taxxa tal-VAT kien kif spjegat hawn taħt: Dħul Globali Rifużjonijiet Dħul Nett Euro Euro Euro 539,217,558 85,808,646 453,408,912

benefiċċji tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk min jieħu benefiċċji tal-enerġija hux se jkun intitolat ukoll għall-kumpens imħabbar fil-budget marbut maż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi min diġà qed jieħu l-benefiċju tal-enerġija ma jidħolx fil-kalkulazzjonijiet għal kumpenss li qed jirreferi għalih, għaliex dawn diġà qed jieħdu kumpenss mistħoqq.

Fond għall-Kawżi Ġusti — għaqdiet li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jelenka dawk l-għaqdiet u/jew organizzazjonijiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-2009? Kemm ħadu kull wieħed? Jista' jgħid ukoll kemm kienet is-somma fil-fond fl-1 ta' Jannar 2009? Kemm kien fadal fil-31 ta' Diċembru 2009? Minn fejn ġew il-flus li tpoġġew fil-Fond?

Response (FENECH, TONIO)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11170, u għall-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista telenka dawk il-proġetti u inizzjattivi ta’ dawk l-għaqdiet u organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja mill-Fond għal Kawżi Ġusti fl-aħħar kwart ta’l-2009. Is-somma fil-fond fl-1 ta’ Jannar 2009 kienet dik ta’ €145,335.07 u dik fil-31 ta’ Dicembru 2009 kienet ta’ €402,819.09. Il-fond iġġenera d-dħul tiegħu minn persentaġġ li ġie kontribut mill-ammont ta’ taxxa minn fuq l-attivita tal- gaming u premijiet li jibqgħu ma jinġabrux.

Kontijiet tal-Go

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' żewġ anzjani, li dettalji tagħhom qed jinbagħtu separatament peress li dawn ilhom ma jirċievu kont tal-Go ix-xhur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-kumpanija GO hija kumpanija kummerċjali, il-Gvern m’għandu l-ebda dritt li jintervjeni fl-affarijiet kummerċjali, la ta’ din u lanqas ta’ kumpaniji kummerċjali oħra. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-istess kumpanija direttament.

Air Malta — Titjiriet għal Lourdes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14114 u jgħid kemm kienu l-passiġieri li l-Air Malta ġarret għal Lourdes matul is-sena li għaddiet? Hemm xi ħsieb li din is-sena wkoll torganizza titjiriet diretti għal Lourdes u lura? Meta se jsiru dawn it-titjiriet? Kemm hu maħsub li se ġġorr passiġġieri?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14114.

Fondi għall-Kawżi Ġusti — Għaqdiet li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14174 u jelenka dawk l-għaqdiet u/jew organizzazjonijiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-2009? Kemm ħadu kull wieħed? Jista' jgħid ukoll kemm kienet is-somma fil-fond fl-1 ta' Jannar 2009? Kemm kien fadal fil-31 ta' Diċembru 2009? Minn fejn ġew il-flus li tpoġġew fil-Fond?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14174.

Investiment Barra l-Pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14155, 13384, 13145, 12932, 12768 u 12113 u jgħid kemm kien l-investiment matul din is-sena, xahar b’xahar? Kemm kien l-investiment li sar minn barra l-pajjiż matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi minħabba dan l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Manoel Island — Football Ground

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13023, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 1297 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Billi l-Ministru preċedenti ta' l-Edukazzjoni kien wieġeb nhar is-26 ta' Ġunju, 2007 li kien ser jitkellem mal-Ministri sħabu li b'xi mod jista' għandhom x'jaqsmu ma' l-istess proġett biex l-obbligi li daħlu għalihom l-MIDI fir-rigward tas-suġġett imqanqal minni - tal-ground ta' Manoel Island - jiġi onorat mill-aktar fis, xi progress sar minn dak iż-żmien 'l hawn u x'inhi l-policy tal-Ministru attwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Art fejn illum hemm il-ground tal-futbol tifforma parti mill-konċessjoni emfiteutika tal-MIDI. Il-MIDI għandha obbligu li tibni ground alternattiv u qabel ma l- ground preżenti jiġi meħud, il-MIDI trid tkun lestit il- ground alternattiv. Il-MIDI qiegħda preżentament tistenna ir- review tal- Masterplan ta’ Manoel Island minn għand l-Awtorità ta’ Malta ta’ l-Ippjanar sabiex tkun tista’ tagħmel l-applikazzjonijiet tagħha biex tibda x-xogħol.

kumpaniji barranin interessati li joperaw fil-qasam tat-teknoloġija nadifa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji barranin li urew interess s'issa li joperaw fil-qasam tat-teknologija nadifa, speċjalment dik solari f'pajjiżna u minn liema pajjizi ġejjin? Il-Malta Enterprise approvat xi proġetti minn dawn f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Jekk iva, kemm u minn liema pajjiżi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Enterprise bdiet taħdem biex tattira kumpanniji involuti fis-settur ta’ l-enerġija mix-xemx u teknoloġiji oħra nodfa biex joperaw f’Malta. Is-sena l-oħra l-Malta Enterprise approvat proġett ta’ kumpannija lokali li ħa timmanifattura s-solar water heaters. Ta’ min jinnota li diġa’ kien hawn kumannija oħra Maltija tagħmel l-istess attività, u li għadha qed topera. Bħalissa hemm interess minn xi kumpanniji barranin f’dan is-settur li qed jikkunsidraw lil Malta/Għawdex bħala lokalità minn fejn joperaw, jew biex jimplementaw pilot projects biex juru l-effettività tat-teknoloġiji tagħhom fil-Mediterran, imma t-taħdidiet għadhom fi stat bikri ħafna. Dan is-settur huwa wieħed relattivament ġdid li l-Malta Enterprise bdiet biss tħares lejh riċentement, u ma kien hawn l-ebda proġett barrani ta’ dan it-tip approvat fl-aħħar 12-il xahar.

Valur Gross Miżjud — settur tal-lukanti u ristoranti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-lukandi u ristoranti f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Valur Gross Miżjud — settur tat-trasport f'Malta u f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tat-trasport f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid illi l-istatistika għas-setturi msemmija tinħadem b’mod aggregat fejn jirrigwardja statistika fuq bażi ta’ reġjun.

Valur Gross Miżjud — settur tal-kommunikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-komunikazzjonijiet f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13995.