Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma nxtrat l-ebda karozza li taħdem bl-elettriku.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont totali f'tunnellati ta' light heating oil li l-Korporazzjoni Enemalta biegħet lill-industriji f'Malta u f'Għawdex fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kemm kien l-ammont f'euros?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx data preċiża ta' meta se tagħlaq il-power station tal-Marsa? Jista' jgħid jekk hemmx tagħmir bħalma huma turbine u makkinarju ieħor li huma tajbin biex jibqgħu jintużaw f'post ieħor? X'se jsir mit-tagħmir li ma jkunx tajjeb?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li ntuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Nefqa f'safar
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4001, 3686, 3138 u 2527 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kient fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4137 u 3550 u jara li jinstab xi mezz biex fl-inħawi tar-roundabout tal-Kappara kemm ir-residenti tal-inħawi u persuni oħrajn ikunu jistgħu jaqsmu t-triq ċentrali mingħajr xkiel jew periklu? Apparti mir-residenti, din qed tolqot lil għadd ta’ studenti li jkunu jridu jaqsmu lejn l-iskola tal-lingwa li tinsab fil-bidu tal-Gzira.
Mill-aspett tat-traffic management ġie verifikat l-għadd ta’ inċidenti li regolarment isiru fl-istess post? Wieħed irid iżomm f’moħħu wkoll li ħafna drabi wħud minn dawn l-inċidenti lanqas jiġu rapportati lill-awtoritajiet għax is-sewwieqa kkonċernati jibqgħu sejrin.
Nifhem li lill-Awtorità dwar it-Trasport ilha tinġibdilhom l-attenzjoni dwar dan il-periklu reali sa mis-sena 2004.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ADT qed tistenna l-permessi tal-MEPA biex tibni "elevated walkway" (passaġġ elevat) f'dan is-sit.
Ma tinżammx statistika tal-inċidenti tat-traffiku li seħħew f'din il-"junction".
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4088, 3370 u 2653 u jispeċifika l-ammont totali ta' bad debts li għandha l-Korporazzjoni Enemalta li ftit li xejn għandha ċans li qatt tirkupra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) Kemm għandha ċilindri tagħha l-Korporazzjoni Enemalta?
b) Kemm jintuża' gass kull sena?
ċ) Kemm jintuża' f'bulky supply u kemm f'ċilindri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bus shelter fil-pjazza ta' quddiem il-knisja tal-Qreni, fejn hemm il-venda tal-karozzi tal-linja, li kien tneħħa meta sar il-paviment tal-pjazza mill-istess ministeru li wettaq dan il-proġett, sal-lum għadu ma reġax twaħħal? Meta ser isir u għalfejn dan id-dewmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzi fil-kategorija 1800cc - 2000cc reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport? X'inhi l-età ta' dawn il-vetturi skont kif reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport skont is-sena tar-reġistrazzjoni tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi fil-kategorija 1800cc - 2000cc li ġew reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport fl-2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tiġi tiswa' l-ispiża biex jsewwi l-karozza kull sena mis-sena 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 tal-Ministru Austin Gatt? Kemm kellha żmien din il-karozza u mil-liema ministru intużat jew jekk kinitx tintuża biss minn Ministru wieħed, jiġifieri dak li semmejna iktar qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-karozza msemmija nxtrat fl-1999 għall-użu tiegħi biss. L-ispejjeż involuti biex tissewwa u tinżamm f'kundizzjoni tajba mis-sena 2004 - 2008 huma kif ġejjin:
2004 - 2,502 €
2005 - 8,318 €
2006 - 2,022 €
2007 - 4,611 €
2008 - 2,466 €
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3144 u jgħid kemm idaħħal flus il-gvern mil-liċenzji tal-vetturi tal-art, minn muturi, karozzi u trakkijiet separatament? Jista' jgħid fiex jintużaw dawn il-flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku peress li ma indika l-ebda perjodu fid-domanda tiegħu.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4018 u 3703 u jgħid kemm hu l-cost ta' metru kubu ilma mwassal għand il-konsumatur illum (inkluż overheads u ineffiċjenzi)? Kemm kien fl-1998 u fl-2003? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal kull unit ta' elettriku imwassal fid-djar (cost għall-Korporazzjoni Enemalta)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3975 u jgħid min hu responsabbli għall-infurzar tar-regolamenti imsemmija f'mistoqsija parlamentari 3587?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-pulizija u l-gwardjani lokali huma responsabbli għall-infurzar tar-regolamenti li huma applikabli skond l-avviż legali 128 ta' 1994, taqsima ħamsa, Kapitlu 114.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Direct orders
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3995 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid din is-sena kemm kien in-numru ta' każijiet ta' żbroff/fawran tad-drenaġġ rapportati lill-awtorità konċernata f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jinvolvu żbroff/fawran fil-widien u x'passi ttieħdu? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li jaħdmu f'dan id-dipartiment konċernat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.