Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28687 u 29101 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Impjegati u Konsulenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn min hu kompost bħala impjegati u konsulenti l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, f’liema skala tas-servizz pubbliku qiegħed is-salarju/paga tagħhom, x’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f’każ ta’ Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x’inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta’ kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? X’allowances (bħal disturbance allowance, Secretariat Allowance, Bonus for Overtime Worked, Communications Allowance, Fully-expensed mobile telephony, Free Telephony, Pre-Paid top-ups for telephony service, Internet Service, Car Allowance, Transport Allowance, Fuel Vouchers, Use of car-hired car, Use of government-owned car, Internet Key, Tablets, Laptops, Peripherals, Expertise Allowance, Disturbance Allowance, Shift Allowance, eċċ.) u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti għandhom u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli)? Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat/konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandu u li għadu fis-seħħ?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu f’interpellanza parlamentari kważi identika għal din bin-numru 23453.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Public Expo Village 2025 - Nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28669 u 28950 u jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq din l-Expo?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29075 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid meta se tidħol fis-seħħ iż-żieda fl-onorarja tas-Sindki u tal-Kunsilliera Lokali?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Uffiċċju addizzjonali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23617, peress li bit-tieni uffiċċju qed nirreferi għall-post/binja li fih il-Prim Ministru jiltaqa’ mal-kostitwenti tiegħu, jista’ jgħid:
(a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin?
(b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati?
(c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini?
(d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn?
(e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera?
(f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini?
(g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu?
(h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà weġibt fil-mistoqsija parlamentari nru 23717, l-uffiċċju li naħdem minnu jien ta’ kuljum jinsab fil-Berġa ta’ Kastilja.
Linja tat-telefon 153 — Kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fuq il-linja tat-telefon 153 dwar kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali, mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28686 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru azzjonijiet rappreżentattivi a tenur tal-Att dwar Azzjonijiet Rappreżentattivi tal-Konsumaturi, Kap. 635 mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk saru, minn min saru u dwar xiex, u f’kull każ x’inhu l-istatus attwali?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li mill-2023 sal-lum ma sarux azzjonijiet rappreżentattivi taħt tal-Att dwar Azzjonijiet Rappreżentattivi tal-Konsumaturi, Kap. 635.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hawnx xi entitajiet li huma reġistrati bħala għaqda tal-konsumaturi a tenur tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378? Jekk iva, jista’ jgħid min huma l-entitajiet hekk reġistrati u x’għajnuna qed jirċievu mill-Gvern biex iwettqu l-ħidma tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li mal-MCCAA ma hemm l-ebda għaqda reġistrata . Infurmat ukoll li l-Association for Consumer Rights (ACR) imma hija reġistrata mal-Consumer Affairs Council skont il-Parti IV tal-Consumer Affairs Act.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28226, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma s-sitt entitajiet imsemmija fl-istess tweġiba u fir-rigward ta’ kull entità msemmija jgħid:
i. Kemm hemm avukati impjegati full-time?
ii. Kemm hemm avukati jew ditti ta’ avukati mhux impjegati li qegħdin fuq bażi ta’ retainer u f’kull istanza, kemm tħallsu għas-servizzi tagħhom s’issa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
ENTITÀ
AVUKATI FULL TIME
AVUKATI BR-RETAINER /DITTI
RSSL LTD
2
servizz.gov
Ditta
Awtorità tax-Xandir
1
MITA
3
Avukat
MCCAA
11
2 Avukati
NCPE
Avukat
TOTAL
17
4 Avukati u Ditta waħda
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28687 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
MCCAA — Food supplement - Proċeduri ta’ reġistrazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex suppliment nutrizzjonali (food supplement) jiġi rreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Food supplement — Parametri u ċertifikazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-parametri u ċ-ċertifikazzjonijiet mitluba lill-aġent biex suppliment nutrizzjonali (food supplement) li jkun ser jiġi rreġistrat jiġi vverifikat b’tali mod li tiġi żgurata l-kwalità u s-serjetà tal-prodott?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-food supplement bl-isem ‘Folidi’ ġiex irreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx infurmat li l-food supplement bl-isem ‘Folidi’ kienx qed jiġi rtirat (recalled) minn ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u wkoll minn pajjiżi barra mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta kien infurmat (jekk fil-pożittiv) li l-food supplement bl-isem ‘Folidi’ kien qed jiġi rtirat (recalled) minn ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Rigali u donazzjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23743 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tah?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn fejn hemm imniżel ir-rigali uffiċjali li ngħataw matul din is-sena u f’liema okkażjoni. L-ispiża totali kienet tlaħħaq €2,012.50.
2025
Rigal Uffiċjali
Lil min ingħata
Jannar
Commemorative Plate
The Malta Knights - Rugby League Team għas-suċċessi miksuba fl-2024
Jannar
Commemorative Plate
Soċjetà Filarmonika King's Own fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà
Jannar
Seasonal gift hamper of Maltese produce
Presidenti u Prim Ministri Membri Stati tal-Unjoni Ewropea
Frar
Commemorative Plate
Erba' Sportivi li kisbu suċċess sportiv f'TYR Wodapalooza Fitness Festival f'Miami
Frar
Commemorative Plate
Rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest 2025
April
Commemorative Plate
Rebbieħ tal-Konkors Mużika Mużika 2025
Mejju
Aragonite Tower in Frame
Maestà Tiegħu, ir-Re tal-Ġordan Al Hussein bin Abdullah II waqt żjara uffiċjali fil-Ġordan
Mejju
Aragonite Altar in Frame
Prim Ministru Ġordaniż Jafar Hassan waqt żjara uffiċjali fil-Ġordan
Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur — Danni morali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet lit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur għal danni morali a tenur tal-artikolu 21 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 mill-bidu tal-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk saru, kemm minnhom ġew milqugħa u f’kull każ kemm kien l-ammont ta’ danni morali? Kemm attwalment hemm arbitri li jippresjedu t-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur u f’kull każ meta tiġi fit-tmiem il-ħatra ta’ kull arbitru? Jista’ jgħid ukoll kemm attwalment hemm kawżi pendenti quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur (Għawdex)?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.