Tista' l-Ministru tgħid liema entità ħarget is-sejħa għall-offerti tal-uniformijiet tal-year 1 u tal-form 1 tal-iskejjel statali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħareġ sejħa waħda għall-offerti maqsuma f’10 lots, wieħed għal kull kulleġġ għall-uniformijiet tal-Year 1 u tal-Form 1 tal-iskejjel statali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm PSD teachers f'kull skola f'Malta u Għawdex rispettivament u kemm hija l-load f'kull skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-qasam tal-Edukazzjoni Primarja hemm 29 għalliem/a f’Malta u 7 għalliema f’Għawdex. Dawn huma kollha għalliema Peripatetic u jduru l-iskejjel tal-istat biex jilħqu t-tfal intitolati għal-lezzjoni fis-suġġett.
F’Malta dawn l-għalliema jaħdmu jew f’kulleġġ wieħed jew fi tnejn, u jkopru lezzjoni waħda tal-PSD fil-ġimgħa fil-klassijiet kollha tal-Years 4, 5 u 6 fl-iskejjel tal-istat.
F’Għawdex, l-għalliema jkopru lezzjoni waħda tal-PSD fil-ġimgħa fil-klassijiet kollha minn Year 1 sa Year 6 fl-iskejjel tal-istat.
Fil-qasam tal-Edukazzjoni Sekondarja, il-maġġoranza tal-għalliema tal-PSD jaħdmu fi skola waħda, b’eċċezzjoni ta’ xi ftit li jaħdmu f’żewġ skejjel minħabba l-esiġenzi tas-servizz. It-
teaching load
fis-suġġett tal-PSD ta’ kull għalliem/a jvarja skont jekk l-għalliem/a jgħallimx/tgħallimx dak is-suġġett biss jew le, kif ukoll jekk għandux/għandhiex xi rwol ieħor fl-iskola bħal dak ta’ Kap ta’ Dipartiment, librar, Guidance Teacher jew jieħu/tieħu ħsieb il-Learning Support Zone.
Il-lista tal-għalliema kollha tal-PSD kif inhuma mqassmin f’Kuleġġi fil-Primarja kif ukoll il-load tal-għalliema tal-PSD fis-Sekondarja għal din is-sena skolastika 2011-2012 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
National Standards of Out of Home Child Care — standards
Question
Billi n-National Standards of Out of Home Child Care ilhom li ġew ippubblikati mil-2009, tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu implimentati dawn l-istandards tant bżonnjużi b'mod speċjali għall-klijenti u l-fosters carers? Tfassal il-pjan ta' implimentazzjoni li kellu jsir qabel ma jiġu implimentati? Fiex jikkonsisti dan il-pjan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iStandards Nazzjonali għal Out of Home Childcare japplikaw għad-djar residenzjali tat-tfal kif ukoll għall-foster placements. L-istandards imsemmija jinvolvu kemm is-servizz tal-fostering fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, Djar Residenzjali tat-tfal kif ukoll servizzi fil-kommunità provduti mill-Aġenzija Appoġġ (bħal Looked After Children team, Child Protection service u Out of Home Care Unit)
Fil-każ ta' tfal li qegħdin fis-sistema ta'
fostering
, id-Dipartiment tal-Istandards għal Ħarsien Soċjali ħareġ l-ewwel Ċertifikat ta' Akkreditazzjoni lill-
Fostering Unit
fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ fl-2010. Bħala parti mill-moniteraġġ tas- servizz, id-Dipartiment tal-Istandards għal Ħarsien Soċjali jirċievi lmenti dwar is-servizz tal-
Fostering
. Id- Dipartiment jinvestiga dawn l-ilmenti filwaqt li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu bbażati fuq l-iStandards għal
Out-of-Home Childcare
. L-implimentazzjoni tal- iStandards u tar-rakkomandazzjonijiet tad-Dipartiment jassiguraw li t-tfal fil-
Fostering
qegħdin jirċievu s- servizz li jistħoqilhom, filwaqt li l-
carers
jirċievu s-sapport meħtieġ.
Bħala parti mill-pjan ta' implementazzjoni, id-D Dipartiment qed jaħdem fuq dawn il-proġetti:
Id-DSWS qed jaħdem sabiex tinħoloq struttura ta' assessjar tas-servizzi.
Dipartiment tal-Istandards għal Ħarsien Soċjali qed jaħdem fil-qrib mad-djar residenzjali ta' tfal sabiex is-servizzi li dawn id-djar jipprovdu jkun skont dak li jitolbu l-istandards. Id-Dipartiment għamel laqgħat mal-istaff ta’ djar residenzjali sabiex jispejga l-istandards u kif dawn jistgħu jiġu implimentati mis-servizz. Bħala parti minn dan ix-xogħol, id-Dipartiment qed jara x' għandhom bżonn id-djar tat-tfal sabiex jimplimentaw l-istandards.
Eżerċizzju ieħor li Dipartiment beda huwa li qed jeżamina il-kwalifiki tan-nies li qed jaħdmu f'dawn id-djar residenzjali: minn dan l-eżercizzju għandha toħroġ stampa ċara tal-bżonnijiet ta' taħrig għall-istaff.
School Atterndance Improvement — rakkmandazzjonijiet tar-rapport
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ħareġ ir-rapport dwar School Attendance Improvement? X'rakkmandazzjonijiet twettqu minn dan ir-rapport u x'rakkmandazzjonijiet għadhom iridu jiġu implimentati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-Bord tad-Diretturi tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi huwiex Advisory Board jew jekk hux Executive Board? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-terms of reference ta' dan il-bord? Min huma l-membri? Meta nħatar dak li qed iservi bħalissa u meta jiskadi t-terminu tiegħu? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tal-Board of Studies tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi? Min huma l-membri attwali? Kif ġew maħtura? Meta jiskadi t-terminu tagħhom? Tista' tispjega r-rwol tal-co-oridnators fost l-istaff akkademiku tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi? Kem hemm iservu f'din il-kariga bħalissa u f'liema oqsma akkademiċi? B'liema proċedura jintgħażlu? X'inhu l-massimu ta' sigħat ta' tagħlim li jistgħu jagħmlu fil-ġimgħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 19605 seduta 263 u għal kopja tat-Terms of Reference li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Bord inħatar f’Ġunju 2011 għal sena u huwa kompost minn dawn il-membri:-
Claire Zammit Xuereb - Chairperson
Joe Tanti - Membru
Nadya Theuma – Membru
M Louise Mangion – Membru
Joseph Micallef – Membru
Edwin Borġ – Membru
Angele Attard – Membru
Anne Marie Cauchi – Membru
Walter Cassar – Membru
Il-Board of Studies huwa responsabbli minn konsultazzjoni akkademika huwa kompost mid-Direttur Eżekuttiv, id-Deputat Direttur, 2 membri mil-
Board of Governors
u 2 membri eletti fost l-istaff akkademiku li jinħatru għal sentejn. It-terminu jiskadi fl-aħħar tas-sena 2012.
Is
-subject coordinators
jinħatru wara sejħa nterna għal applikazzjonijiet meta l-Management tal-ITS iħoss il-ħtieġa li huwa opportun. Is-
subject coordinators
jkunu assenjati doveri mil-Management skont il-Ftehim Kollettiv.
Bħalissa hemm 6 Subject Coordinators li għandhom minimu ta’ 16-il siegħa allokati għat-tagħlim.
Skejjel Primarji u sekondarji tal-gvern — għalliema kwalifikati għas-servizz ta' nurse
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema kwalifikati fl-ewwel għajnuna (first aid) fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern? Tista' tgħid jekk jeżistix servizz ta' nurse f'dawn l-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ għalliema peripatetic tal-Health and Safety kwalifikati fl-Ewwel Għajnuna (First Aid) fl-iskejjel primarji tal-gvern huwa dak ta’ 14. L-għalliema tal-Health and Safety fl-iskejjel sekondarji tal-gvern kwalifikati fl-Ewwel Għajnuna huma 39.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jixtri s-Servizz tan-Nurse għall-istudenti li jattendu skejjel tal-Istat.
korsijiet tal-B.Ed — capping fuq in-numru ta' applikanti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru stabbilit mill-Fakultà tal-Edukazzjoni għal studenti undergraduates tal-korsijiet tal-B.Ed għal kull suġġett qabel ma qamet il-kontroversja dwar il-capping fuq in-numru ta' applikanti? Tista' tgħid kemm kien in-numru li finalment kien stabbilit għall-applikanti fis-suġġetti kollha mogħtija taħt il-B.Ed wara li kienet riżolta l-issue dwar il-placements tat-teaching practice?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm offerti għall-e-learning platform għad-divizjoni tal-edukazzjoni? Tista' tgħid kemm kienu l-ammonti ta' kull offerta, partikolarment dik li finalment kienet magħżula? Tista' tgħid minn min kien kompost il-kumitat li għamel l-evalwazzjoni teknika ta' dan il-proċess ta' tendering?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Tweġiba għal din il-mistoqsija trid tingħata mill-Ministeru responsabbli mit-Teknoloġija tal-Informatika.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienu l-proġetti li saru mill-Ministeru fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar f'din il-leġislatura? Tista' tgħid ukoll x'kienet in-nefqa f'din il-lokalità għal kull proġett rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minbarra dik tal-Kunsill Malti għall-iSport u il-Fondazzjoni Servizzi għall-Ħarsien Soċjali.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kotba li jużaw l-istudenti tal-iskejjel primarji jingħatawx b'xejn mill-iskola jew jinxtrawx mill-ġenituri? Tapprezza l-Ministru li f'każ li l-kotba jridu jinxtraw dan tefa' piż finanzjarju fuq il-familji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kotba kollha fl-iskejjel primarji huma pprovduti b’xejn mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi.
Tista’ l-Ministru tagħti l-ammont ta’ studenti, kors b’kors, li applikaw sad-data tal-għeluq tad-29 ta' Lulju 2011 biex jattendu kors full-time għas-sena akkademika 2011-2012 fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (inkluż Għawdex)? Kemm ġew aċċettati applikazzjonijiet? Liema korsijiet infetħu u liema ma nfetħux minn dawk imsemmija fil-prospett għas-sena akkademika 2011-2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti l-ammont ta’ studenti, kors b’kors, li se jkunu qed jattendu kors full-time matul is-sena akkademika ġdida 2011-2012 fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti fil-programm tal-ESTS tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi fl-aħħar ħames snin, inkluż is-sena akkademika 2011-2012 li qed tibda issa? Tista' l-Ministru tagħti l-programm ta' studju tal-ESTS fl-ITS għas-sena akkademika 2010-2011 u 2011-2012, bl-isem tal-units ta' studju u l-ħin dedikat għal kull wieħed maqsumin kull semestru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ student fil-programm ESTS tal-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi fl-aħħar ħames snin kien kif ġej:-
2007/8 145
2008/9 125
2009/10 126
2010/11 136
2011/12 72
Il-programm ta’ studju tal-ESTS fl-ITS għas-sena akkademika 2010-11 u 2011-12, bl-isem tal-units u l-ħin dedikat,qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28086, tista' l-Ministru twieġeb l-aħħar parti tal-istess mistoqsija u tgħid x'qed tistenna biex idaħħal din il-kundizzjoni fil-lista ta' mard li jikkwalifikaw għall-għajnuna medika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kundizzjoni medika msemmija ma ġietx imdaħħla fil-lista ta’ mard li jikkwalifikaw għall-Għajnuna medika għaliex skont informazzjoni li ntbagħtet mid-Dipartiment tas-Saħħa ma jidhirx li din il-kundizzjoni medika (Fibromyalgia) “tista tittaffa jew tiġi kurata b’dieta jew sistema ta’ kura speċjali” kif jitlob l-Att dwar is-Sigurta Soċjali (Kap 318).
Ħal Qormi — Skola Primarja ta' San Ġorġ - purtinara
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex fl-iskola primarja ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi mhux qed ikun hemm purtinara biżżejjed peress li telaq wieħed u ma sarx replacement tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li f’Awissu 2011, fl-iskola Primarja ta’ San Ġorġ fil-Kulleġġ San Injazju spiċċa mis-servizz purtinar raġel li kien impjegat full-time. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għamel it-talbiet neċessarji għall-replacement.
Tista' l-Ministru tispjega jekk l-istudenti kollha li applikaw għall-kors ta' PGCE fid-diversi suġġetti għal din is-sena skolasitka li bdiet it-Tnejn, 3 ta' Ottubru 2011 humiex se jiġu aċċettati mill-Università ta' Malta biex jibdew dan il-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikanti bil-kwalifikazzjonijiet kollha meħtieġa li applikaw għall-kors li jwassal għall-PGCE fil-Computing, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Istorja, it-Taljan, il-Matematika, l-Edukazzjoni Reliġjuża, ix-Xjenza u l-Ispanjol ġew aċċettati fil-qasam li għażlu.
L-għadd ta’ studenti aċċettati f’dan il-kors għadu qed jiġi finalizzat minħabba li sa nhar il-Ġimgħa filgħaxija, xi applikanti li ġew offruti post fis-suġġett li għażlu rrifjutaw dan il-post u rtiraw l-applikazzjoni tagħhom. L-applikanti li kienu immedjatament warajhom fuq il-lista gradwatorja qegħdin jiġi kkuntattjati biex jidħlu fil-kors. In-numru totali tal-istudenti fil-kors se jkun ta’ madwar 150.
Bħalissa hemm għadd ta’ applikanti kkwalifikati fis-sitt suġġetti li ġejjin li ma ġewx offruti post fuq il-kors minħabba nuqqas ta’ postijiet għat-
Teaching Practice
. L-għadd ta’ studenti f’dawn is-suġġetti kellu jkun limitat minn xi ftit snin ‘l hawn:
Il-Malti: 30
Personal and Social Development: 36
Il-Ġografija: 4
Business Education: 10
Il-Mużika: 2
l-Istudji Soċjali: 4
Il-
lectures
fis-suġġetti kollha bdew illum.
Tista' l-Ministru tagħti data fissa meta lift li jinsab ġo Block C Fuq tal-Blat Housing Estate Ħal Qormi li ilu stallat fil-post madwar tmien xhur se jibda jopera effettivament biex jkun jista' jintuża mir-residenti, peress li wħud mir-residenti fil-livelli ta' fuq huma anzjani u diffiċli jinżlu jew jitilgħu t-taraġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-lift in kwistjoni, ċioé dak installat ġo Blokk C, Fuq tal-Blat, Ħal Qormi, issa wasal fl-aħħar stadji ta’ tlestija u fadal biss l-irtokki li l-kuntrattur huwa obbligat jagħmel bħala parti mit-tender bħal xogħol ta’ rħam, tranġar ta’ armarju tal-meters u xi dwal. Huwa maħsub li l-lift ikun jista’ jiġi wżat mir-residenti sat-tielet ġimgħa t’Ottubru.
Tista' l-Ministru tikkonferma li x-xogħol għat-trasport tat-tfal tal-iskejjel tal-istat bil-minibuses ingħatax b'ordni diretta mingħajr ma ħarġet sejħa għal expression of interest wara li ġew skwalifikati t-tenders u nbidlu r-regolamenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol tat-trasport tat-tfal tal-iskejjel tal-Istat ingħata b’negotiated procedure lill-istess operaturi li ssottomettew bids fit-tender oriġinali wara li l-Ministeru u d-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi ngħataw il-fakultà li jagħmlu hekk mid-Dipartiment tal-Kuntratti.