Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

ENTITA’ Ingagg ta’ persuni fl-ahhar 3 Xhur Kemm minnhom b’dizabilta’ Kummissarju ghal Vjolenza Domestika nil nil Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’ 3 1 fuq skala 9 Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi 2 nil Fondazzjoni ghall-Harsien tas-Servizzi Socjali 16 1 fuq skala 8 Qrati tal-Gustizzja ta’ Malta 12 nil Qrati tal-Gustizzja t’Ghawdex nil nil Politika Socjali 3 nil Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali 1 nil Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza 2 nil Kummisarju ghat-Tfal nil nil Awtorita’ tad-Djar 3 nil MEUSAC nil nil Awtorita’ Nazzjonali ghax-Xoghol nil nil MCESD nil nil

Sussidju fuq id-dawl

Question

Billi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tixtieq tkun taf jekk hiex intitolata għas-sussidju fuq id-dawl, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment ikkonċernat iżomm kuntatt tagħha ħalli jestendila dan is-servizz?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Jien infurmat li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata bil-mitktub.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2011 il-Ministeru tal-Gustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja ma kienx jezisti. Ghal dak li jirrigwarda s-Segretarju Parlamentari fl-ufficju tal-Prim Ministru r-risposta nghatat mill-Prim Ministru fil-mistoqsija numru 33400.

każ dwar pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara jekk l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux qed jieħu l-pensjoni li ħaqqu peress li din mhux qed tirrifletti l-bolla li kien iħallas?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

foster carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' familji li kienu qed iservu bħala foster carers, kull sena, mill-2006 sal-2011 u kemm kien in-numru ta' tfal (subien, bniet u total) li kull sena kienu qed jingħataw dan it-tip ta' servizz?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ familji li kienu qed iservu bhala foster carers kull sena mill-2006 sal-2011, kif ukoll l-ammont ta’ tfal (subien u bniet) li kienu qed jinghataw dan is-servizz matul is-snin imsemmija, jidher fit-tabella hawn taht: Foster Carers Children SENA Fostering Families Girls -Boys - TOTAL 2006 159 82- 104 -186 2007 155 77 - 96 -173 2008 160 79 -81 -160 2009 187 103 -92 -195 2010 198 106 -106 -212 2011 228 127 -132 -259

għajnuna lill-foster carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna: a) allowances imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali dwar tfal lill-istituzzjonijiet tal-Knistja u entitajiet oħra; b) foster care allowance imħallas taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali lill-familji; u ċ) għajnuna finanzjarja mill-vot għall-NGOs taħt il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali) ipprovda l-gvern, kull sena, mill-2006 sal-2011 lill-istituzzjonijiet tal-Knisja, lil entitajiet oħra u lil foster carers għat-tfal li jieħdu ħsieb?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: a) l-allowances imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali lil tfal f’istituzzjonijiet tal-Knisja u entitajiet oħra huma, il-Foster Care Allowance li jammonta għal €70 fil-gimgħa għal kull tifel jew tifla u fejn ikun hemm persuna b’diżabilita jingħata wkoll l-Allowance għal tfal b’diżabilita’ li jammonta għal €16.31 fil-ġimgħa għal kull tifel jew tifla ; b) l-allowances imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali lit-tfal li jgħixu mal-familji huma l-istess bħal dawk imsemmija hawn fuq, jiġifieri il-Foster Care Allowance li jammonta għal €70 fil-ġimgħa għal kull tifel jew tifla u fejn ikun hemm diżabilita jingħata l-Allowance għal tfal b’diżabilita’ li jammonta għal €16.31 fil-ġimgħa. c) Din l-għajnuna finanzjarja mqassma kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari, mqassma sena sena, mis-sena 2006 tinsab fit-tabelli li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.

istituzzjonijiet tal-Knisja — għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jipprovdix ukoll għajnuna finanzjarja taħt voti speċifiċi taħt il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali lil xi istituzzjonijiet tal-Knisja jew entitajiet oħra u jekk fl-affermattiv għaliex tingħata din l-għajnuna?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Awtorità tad-Djar — għotijiet finanzjarji lil NGOs

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn mindu l-Awtorità tad-Djar tagħmel għotijiet finanzjarji lil NGOs u minn meta bdiet tagħmel dawn l-għotjiet, liema NGOs ingħataw dawn l-għotjiet kull sena minn mindu bdew jingħataw sal-2011 u kemm kull NGO ingħatat flus?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: Lista' ta NGO's li inghataw flus 2006 2007 2008 2009 2010 2011 € € € € € € Istitut Gesu Nazzarenu Zejtun - 9,509.94 15,899.83 - - - Dar Parrokjali San Gorg Ghawdex - - 2,329.37 - - - YMCA 13,754.98 6,788.56 34,946.87 23,287.46 - - Hospice Movement - - 28.00 - - - Dar l-Emigranti - 6,789.19 21,743.54 3,765.27 - - Sacred Heart Home - - 6,622.41 - - - Young Women's Christian Association (YWCA) - - 15,000.00 - - - Dar Nazareth Zejtun - - 10,997.32 - 47,237.07 - Conservatario Vincenzo Bugeja - - - 8,000.00 8,305.61 - Dar Guzeppa Debono - - - 11,646.87 - - Dar Merbha Bik - - - 29,171.42 26,495.96 5,000.00 Mid-Dlam ghad-dawl - 8,420.68 - 5,065.49 8,889.80 5,146.25 Richmond Foundation 221.29 16,541.82 - - 13,479.27 9,692.50 Caritas Malta - - - - 3,354.30 3,354.30 Victim Support Group - - - - 1,000.76 - Ejjew Ghandi - Children's Home - - - - 5,000.00 - Suret il-Bniedem - 22,789.12 9,317.49 - - - Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesu - 11,646.87 - - - - Fondazzjoni Arka - 8,152.81 - - - - Ir-Raghaj Tieghi - 6,988.12 - - - - Qaddejja tac-Cenaklu - 6,988.12 - - - - Kapuccini Frangiskani 9,317.49 - - - - - Commission for Persons with Disability - - - - - 10,000.00 Equal Partners Foundation - - - - - 1,630.00 Child Care Centre Zejtun - - - - - 11,925.00 Puttinu Cares Foundation - - - - - 714.50 Inspire - - - - - 13,215.40 Dar Sagra Familja - - - - - 6,679.58 Ursuline Sisters - - - - - 5,300.00 23,293.76 104,615.23 116,884.83 80,936.51 113,762.77 72,657.53

Awtorità tad-Djar — għajnuna lil NGOs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tgħinx NGOs fil-kiri ta' appartamenti jew fondi oħra u jekk fl-affermattiv minn meta bdiet dan? Liema NGOs ibbenefikaw u kemm kienet l-għajnuna, kull sena sal-2011, li dawn l-NGOs ingħataw?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onoerevoli INterpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella indikata hawn taht: Lista' ta NGO's li jinghataw ghajnuna Data minn meta bdiet tinghata l-ghajnuna Ghajnuna li tinghata Sussidju fuq il-kera (ammont annwali) € Inspire 30-May-11 1,334.80 Richmond Foundation 08-Aug-11 1,949.00 Equal Partners Foundation 25-May-10 3,235.00 Multiple Sclerosis 29-Apr-11 1,500.00 Multiple Sclerosis 29-Apr-11 1,815.00 Victim Support Group 12-Jan-11 809.00

Applikazzjoni għall-post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applika għal post alternattiv?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikant in kwestjoni hija proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva.

Kummissarju għall-protezzjoni tad-data — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti lill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-data mis-sena 2002 sas-sena 2008 u f'kemm minn dawn l-ilmenti l-kummissarju sab ksur u x'kien l-eżitu? Jista' jgħid fil-konfront ta' min saru dawn l-ilmenti?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Dwar l-informazzjoni mitluba għas-snin 2007 u 2008, kif ukoll dwar x’kien l-eżitu, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 33483. Ninsab infurmat li l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Pivatezza tad- Data daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2003, u li bejn dik id-data u l-aħħar tas-sena 2006 l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, irċieva total ta’ 107 ilment. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tal-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta' Sliema — bomba fl-għassa - talba għal kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet r-rikjesta mibgħutha mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, wara li huwa kien vittma tal-bomba li tpoġġiet fl-għassa tal-pulizija ta' Tas-Sliema fit-18 ta' Diċembru 1985 liema ittra riċentament kienet tinsab bħala talba ta' kompensazzjoni għand l-Avukat Ġenerali?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jinforma lura d-data jew jibghat kopja tal-ittra li dwarha qieghed jaghmel referenza peress illi ma jirizultax li din l-ittra waslet ghand l-Avukat Generali.

kawżi ċivili assenjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jiġu assenjati l-kawżi ċivili bejn il-maġistrati? Min huma l-maġistrati u jekk jieħdux l-istess ammont ta' kawżi bejniethom u tal-istess natura?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qrati Ċivili u Tribunal (Malta) Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li l-kawżi civili fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jinqasmu kollha indaqs b’sistema ta’ roster. Dawn il-kawżi jinqasmu bejn il-Maġistrati: Dr Joseph Apap Bologna, Dr Consuelo Scerri Herrera, Dr Gabriella Vella u Dr Francesco Depasquale. Rigward il-kawżi tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, il-kawżi kollha jiġi assenjati lill-Maġistrat Dr Gabriella Vella. Il-libelli ċivili jiġu assenjati kollha lill-Maġistrat Dr Francesco Depasquale. Rigward it-tliet Bordijiet, jiġifieri Il-Bord li Jirregola l-Kera (RRB), il-Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet (LAB) u l-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’ (RLCB) il-kawżi jinqasmu hekk: RRB u LAB jiġu assenjati lill-Maġistrat Dr Giovanni Grixti filwaqt li dawk ta’ l-RLCB jiġu assenjati lil Magistrat Dr Francesco Depasquale. Qrati Ċivili (Għawdex) Is-S.T.O. Prim Imħallef jassenja l-kawżi ċivili bejn il-Maġistrati. Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), il-kawżi ċivili jieħdu konjizzjoni tagħhom il-Maġistrat Dr Paul Coppini u l-Maġistrat Dr Josette Demicoli. Preżentement, il-kawżi ċivili jinqassmu hekk: il-Maġistat Demicoli tieħu konjizzjoni tal-kawżi Superjuri u Inferjuri kollha; mentri li tal-Familja jinqassmu nofs bin-nofs mal-Maġistrat Coppini. Il-Magistrat Demicoli tieħu wkoll konjizzjoni tar-rikorsi kollha li jidħlu fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Volontarja.

kawżi ċivili pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom kawżi ċivili pendenti kull maġistrat u kemm hemm minn dawn il-kawżi li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qrati Ċivili u Tribunali (Malta) Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kawżi ċivili pendenti ta’ kull Maġistrat u kemm hemm minn dawn il-kawżi li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin huma s-segwenti: Maġistrat Dr Joseph Apap Bologna Tip ta’ kawża Nru. ta’ kawżi pendenti Pendenti għal iktar minn 5 snin Tal-Maġistrati (Ċivili) 333 100 Bord li Jirregola l-Kera 8 8 Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’ 5 5 Total 346 113 Maġistrat Dr Giovanni Grixti Tip ta’ kawżaNru. ta’ kawżi pendentiPendenti għal iktar minn 5 snin Tal-Maġistrati (Ċivili) 22 16 Bord li Jirregola l-Kera 410 82 Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’ 25 23 Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar Artijiet 175 79 Total 632 200 Maġistrat Dr Consuelo Scerri Herrera Tip ta’ kawżaNru. ta’ kawżi pendentiPendenti għal iktar minn 5 snin Tal-Maġistrati (Ċivili) 130 6 Total 130 6 Maġistrat Dr Gabriella Vella Tip ta’ kawżaNru. ta’ kawżi pendentiPendenti għal iktar minn 5 snin Tal-Maġistrati (Ċivili) 263 76 Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva 365 0 – Tribunal beda jiffunzjona fl-2009 Total 628 76 Magistrat Dr Francesco Depasquale Tip ta’ kawżaNru. ta’ kawżi pendentiPendenti għal iktar minn 5 snin Tal-Maġistrati (Ċivili) 297 20 Bord li Jirregola l-Kera 16 6 Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’ 66 28 Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar Artijiet 3 0 Total 382 54 Qrati Ċivili (Għawdex) Il-kawżi ċivili pendenti fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) huma hekk: Ara PL 9691 li tpoġġiet nhar it-Tlieta, 02 ta’ Mejju 2012 fis-Seduta 467.

inkjesti kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-maġistrati, minn minnhom jagħmlu inkjesti kriminali? Kemm għandhom pendenti kull maġistrat u kemm ilhom pendenti għal aktar minn sena.?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qrati Kriminali u Tribunal (Malta) Il-Magistrati kollha huma assenjati li jaghmlu inkjesti Magisterjali minbarra Magistrat wiehed li mhux assenjat jaghmel dan ix-xoghol. u Magistrat iehor li ghad irid jigi assenjat ix-xoghol lilu. It-tabella ta’ hawn taht turi kemm il-inkjesta ghandhom pendenti kull Magistrati sal-31 ta’ Marzu, 2012. It-tieni kolonna ta’ din it-tabella turi kemm ghandhom inkjesti pendenti sad-data imsemmija fil-waqt li t-tielet kolonna turi kemm minn dawn l-inkjesti gew introdotti qabel is-sena 2010 u ghadhom pendenti. Magistrati - MALTA Inkjesti Pendenti sal-31 ta’ Marzu 2012 Li Minnhom gew Introdotti qabel Dicembru 2010 Mag. A. Mizzi 42 7 Mag. J. Apap Bologna 381 333 Mag. J. Padovani 52 44 Mag. A. Micallef Trigona 82 47 Mag. G. Grixti 50 22 Mag. C. Scerri Herrera 21 NIL Mag. M. Hayman 198 139 Mag. A. Vella 49 3 Mag. A. Demicoli 52 29 Mag. E. Grima 93 7 Mag. D. Clarke 50 5 Mag. G. Vella 75 22 Mag. C. Stafrace Zammit 115 52 Mag. M. Farrugia 127 122 Mag. F. Depasquale 78 31 Mag. N. Camilleri 22 NIL Qrati Kriminali (Għawdex) Maġistrat Total globali ta’ inkjesti pendenti ** Inkjesti li ilhom pendenti għal iktar minn sena ^^ + $$ Maġ. Dr D. Montebello 19 19 Maġ. Dr J. Apap Bologna 9 9 Maġ. Dr C. Peralta 7 7 Maġ. Dr P. Coppini 191 166 Maġ. Dr A. Micallef Trigona 56 56 Mag. Dr J. Demicoli 60 45 Total fil-Qorti ta’ Għawdex 342 302 Din l-istatitika hija sal-31 ta’ Marzu 2012 ** jinkludi fih l-ammont indikat fil-kolonna testata “ Inkjesti li ilhom pendenti għal iktar minn sena.” ^^ kompriż fil-kolonna testata “Total ta’ inkjesti pendenti” $$ is-sena qed tiġi meħuda mis-27 ta’ April 2011 u qed tittieħed mid-data li fiha jkun ġie preżentat fir-Reġistru tal-Qorti r-rapport tal-ispettur tal-pulizija.

kawżi tad-distrett kriminali pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi tad-distrett kriminali pendenti quddiem il-maġistrati u jekk il-maġistrati kollha jagħmlux xogħol tad-distrett?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qrati Kirminali u Tribunali (Malta) Quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta’ Gudikatura Kriminali, sal-ahhar ta’ Frar, 2012, kien hemm 4,162 pendenti, li minnhom 3,917 huma attivi u 245 sine die. Fuq l-ahhar parti tal-mistoqsija, mhux il-Magistrati kollha jaghmlu xoghol tad-distrett. Qrati Kriminali (Għawdex) Maġistrat Kawżi tad-Distrett Kriminali pendenti Dr Neville Camilleri 241 Dr Paul Coppini 0 Dr Josette Demicoli 1 Dr Edwina Grima 23 Dr Giovanni Grixti 5 Total 270 Informazzjoni mogħtija sal-31 ta’ Marzu 2012. Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Maġistrat wieħed biss (Dr Neville Camilleri) jieħu konjizzjoni tal-kawżi tad-Distrett. Il-kawżi tad-Distrett li hemm pendenti quddiem il-Maġistrati l-oħra qiegħdin hekk peress illi dawn il-Maġistrati peress illi dawn l-istess Maġistrati kienu jaħdmu fil-Qorti ta’ Għawdex (Maġistrati Grima u Grixti) jew għax ikunu ġew assenjati lilhom wara astensjoni minn xi Maġistrat ieħor (bħal fil-kawża li hemm għand il-Maġistrat Demicoli).

imħallfin u maġistrati li siefru fuq xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid min mill-imħallfin u maġistrati siefru in konnessjoni ma' xogħol barra minn Malta f'dawn l-aħħar sentejn u kemm-il darba marru? Min jagħżel liema imħallef jew maġistrat isiefer jew le fuq xogħol u min iħallas għal dawn is-safriet tagħhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-informazzjoni mitluba dwar safar ta’ Membri tal-Ġudikatura qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar it-tieni mistoqsija jien informat li dan jiddependi mix-xorta ta’ stedina u mix-xorta tax-xogħol li jkun. Dan jista’ jkun xogħol konnessi ma xi proċeduri li jkunu pendenti quddiem xi Mħallef jew Maġistrat partikolari f’liema eventwalita’ ma hix kwistjoni ta’ għażla ta’ xi ħadd għaliex ikun biss dak l-Imħallef jew Maġistrat li jkun jeħtieg li jmur barra. Jekk ix-xogħol jkun jikkonsisti f’seminars jew konferenzi barra minn Malta ta’ interess għall-ġudikatura jiddependi jekk il-ġudikant imurx privatament jew uffiċjalment bħala rappreżentant tal-ġudikatura Maltija. Jekk imur privatament ikun irid jitlob “ leave of absence ” kif provdut fir-regolamenti. Jekk ser imur bħala rappreżentant tal-ġudikatura jien informat li jrid ikun hemm l-approvazzjoni tal-Prim Imħallef wara li dan jieħu qies tas-suġġett tal-konferenza u min hu disponibbli fil-perjodu relevanti sabiex jiġi evitat kemm jista’ jkun id-differiment ta’ seduti ġia appuntati. Dwar min iħallas, jiddependi wkoll mix-xorta ta’ xogħol, tal-konferenza jew seminar, hux ser tkun f’kapaċita’ privata jew uffiċjali, kif ukoll mill-kundizzjonijiet stabbiliti mill-organizzaturi. Is-safar uffiċċjali jitħallas mill-fondi tal-Qrati tal-Ġustizzja.

kawżi ta' natura kostituzzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kawżi ta' natura kostituzzjonali jiġux imqasma bejn l-imħallfin kollha li jippresedu fil-Prim' Awla u jekk hemm imħallfin li ma jeħdux dawn il-kawżi min huma?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kawzi ta’ natura kostituzzjonali jigu assenjati fuq bazi ta’ roster bejn il-gudikanti li jippresjedu fil-Prim’Awla tal-Qorti Civili hlief ghall-Imhallef Carmelo Farrugia Sacco, l-Imhallef Noel Cuschieri u l-Imhallef Abigail Lofaro.

ilment rigward housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet fuq l-ilment rigward Housing Estate li sar aktar minn tliet snin ilu u li r-referenza dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jghaddi aktar dettalji sabiex l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ twiegeb din il-Mistoqsija ghaliex ir-referenza provduta fil-mistoqsija m’hiex korretta u ghalhekk ma tistax tigi identifkata l-blokka li ghaliha qeghda ssir referenza.

Bdil ta' skola

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33249 u 33133 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31882, jista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex din il-persuna tibda tmur fl-iskola oħra Ħal Far?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament, l-individwu qiegħed jattendi fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall- Persuni b’Diżabiltà fil-lokalità ta’ M’Scala u li kemm l-individwu kif ukoll il-familjari tiegħu qatt ma tkelmu jew għamlu talba ma’ persuni li jaħdmu fiċ-Ċentru ta’ Marsascala jew ma’ persuni oħra li jieħdu ħsieb it-tmexxija taċ-Ċentru b’din ix-xewqa tagħhom. Il-familjari tal-individwu kif ukoll l-individwu ser jiġu avviċinati minn persuni li jieħdu ħsieb iċ-Ċentru mill-aktar fis possibli sabiex jiġu diskussi ir-raġunijiet għal din it-talba. L-Agenzija Sapport tikkommetti ruħha li l-klijent jirċievi l-aħjar servizz fl-interess tieghu.