Legislature:
Category:
Reset
Active:

Iż-Żurrieq – pajpijiet tal-culvert mikxufa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4432, jista’ l-Ministru jara li fejn diġà tpoġġew il-pajpijiet tal-culvert u ġiet mirduma t-trinka u l-wiċċ ingħata saff ta' konkos fiż-Żurrieq, issa jingħata t-tarmak biex ma jkomplix joħloq inkonvenjent lil dawk kollha li jużaw dawn it-toroq, kif ukoll lir-residenti ta' dawn it-toroq, speċjalment issa li beda l-istaġun tax-xitwa u bix-xita dan il-konkos jista' jinqala’?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li skont il-prattika, it-tarmak jingħata wara li jinbnew il-kaxxi li jiġbru l-ilma tax-xita. Għaldaqstant, ix-xogħol ta’ tarmak mistenni li jibda lejn l-aħħar ta’ Jannar 2023.

Awtorità tal-Ippjanar — CEO

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-kwalifiċi, akkademiċi u mhumiex, u l-esperjenza tal-persuna, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għadu kif inħatar CEO tal-Awtorità tal-Ippjanar, għandu fl-ippjanar u/jew fl-Awtorità tal-Ippjanar u/jew f'pożizzjoni maniġerjali għolja u/jew fil-governanza korporattiva? Jista' jgħid kif dawn il-kwalifiċi u l-esperjenza ser iwasslu sabiex din il-persuna tibni kunsens u relazzjonijiet fost l-eżekuttivi, l-imsieħba, u l-ħaddiema, forza tax-xogħol u tkun kapaċi li tifhem kwistjonijiet ġodda malajr u tieħu deċiżjonijiet għaqlin, tispira u toħloq fiduċja fl-awtorità u li taħdem taħt pressjoni, tippjana xogħol personali b'mod effettiv u tiddelega?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant illi l-persuna maħtura bħala chairman eżekuttiv ilha mpjegata tal-Awtorità sa mis-sena 2002. Ħadem f'diversi oqsma marbuta mal-Ippjanar fl-istess Awtorità u b'hekk kiseb esperjenza estensiva kemm fir-rigward tal-aspetti amministrattivi, legali u ta' infurzar marbuta mal-mansjonijiet ta' din l-Awtorità.

Kliniċi Mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jinbnew kliniċi mediċi ġewwa Malta u Għawdex tul l-aħħar sena u nofs?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4802, ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha pendenti quddiema sitt applikazzjonijiet, kkonfermata bħala applikazzjoni kompluta mill-1 ta’ Ġunju 2021 sas-7 ta’ Diċembru 2022, li tirrigwarda bini ta’ kliniċi mediċi ġewwa Malta u Għawdex.

Kliniċi mediċi – applikazzjonijiet pendenti għall-estenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex isiru estensjonijiet fuq kliniċi mediċi ġewwa Malta u Għawdex tul l-aħħar sena u nofs?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4827, ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ma għandha l-ebda applikazzjoni li ġiet kkonfermata bħala applikazzjoni kompluta mill-1 ta’ Ġunju 2021 sas-7 ta’ Diċembru 2022 li tirrigwarda żidiet ma’ klinika medika u li għadha pendenti.

Awtorità tal-Ippjanar – ħajt imdawwar ma’ art mhux żviluppata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għadhiex titlob li art, f’żona tal-bini u li tinsab mhux mibnija, jittella’ ħajt u xatba biex jiġi evitat rimi ta’ skart u ma tkunx eyesore?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar tesiġi li sit mhux mibni f’żona tal-iżvilupp jingħalaq b’ħajt meta d-dehra ta’ din l-art tkun ta’ ħsara għall-ġmiel taż-żona li jkun fiha u dan skont Artiklu 99(1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-2016.

Policy dwar il-ġbir tal-ilma tax-xita

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadhiex fis-seħħ il-policy li kull żvilupp ikollu bir/reservoir tal-ilma tax-xita biex dan jiġabar fih u ma jintilifx? Jekk din il-policy għadha fis-seħħ, jista’ jgħid jekk hux infurzata u mitluba?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħtieġa ta’ bir ma’ kull żvilupp ġdid huwa regolat skont l-Energy Performance of Buildings Regulations (2012) ppubblikata bl-Avviż Legali 376 ta’ 2012. Policy P47 (Water Reservoirs) f’dokument Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015, tesiġi li kull żvilupp ġdid (sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali li jiddettaw l-kontra), irid ikollu bir biex jilqa’ x-xita skond Technical Guidance Document F- Conservation of Fuel, Energy and Natural Resources (Minimum Requirement on the Energy Performance of Buildings Regulations, 2006.

San Ġiljan u Tas-Sliema – stabbilimenti b’permess għal amplified music fuq barra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3839, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti lista sħiħa ta’ stabbilmenti tad-divertiment u/jew oħrajn li għandhom permess li jkollhom amplified music fuq barra l-istabbilmenti tagħhom ġewwa San Giljan u Tas-Sliema?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Design Advisory Committee – guidelines

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3843 dwar id-Design Advisory Committee, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-guidelines li jimxi fuqhom dan il-Kumitat? Jista’ jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-DAC li għandu funzjoni li jagħti ‘pariri’ (advisory), apparti minn kunsiderazzjonijiet estetiċi, jaħdem fil-qafas tar-regolamenti tal-Ippjanar, bħad-“Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015”. Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar li t-tali tagħrif huwa wieħed pubbliku u jista’ wkoll jiġi aċċessat mis-sit tal-istess Awtorità.

L.S. 623.06 – regolament nru 26 – dikjarazzjonijiet dwar xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx ser jaffettwa terzi hekk kif definit taħt ir-regolament numru 26 tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat) peress li fir-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari numru 797 u 786 din l-informazzjoni ma ngħatatx?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 4444.

L.S. 623.06 – regolament nru 4 – dikjarazzjoni dwar xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat) hekk kif definit taħt ir-regolament numru 4 tal-istess Avviż Legali peress li fir-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari numru 797 u 786 din l-informazzjoni ma ngħatatx?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data mitluba bdiet tinġabar statistikament minn April 2022. It-tabella t’hawn taħt turi kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat) hekk kif definit taħt ir-regolament numru 4 tal-istess Avviż Legali. XaharNumru ta’ applikazzjonijiet April / Mejju 2022165 applikazzjonijiet Ġunju 2022160 applikazzjonijiet Lulju 202288 applikazzjonijiet Awwissu 202249 applikazzjonijiet Settembru 202271 applikazzjonijiet Ottubru 202263 applikazzjonijiet Novembru 2022 (sal-illum)36 applikazzjonijiet

L.S. 623.06 – regolament nru 4 – dikjarazzjoni dwar xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat) hekk kif definit taħt ir-regolament numru 4 tal-istess Avviż Legali peress li fir-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari numru 796 u 786 din l-informazzjoni ma ngħatatx?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4444 imressqa dwar l-istess tagħrif.

L.S. 623.06 – dikjarazzjoni dwar xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat), xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari peress li fir-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari numru 795 u 786 din l-informazzjoni ma ngħatatx?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4444 imressqa dwar l-istess tagħrif.

Għawdex – sheep farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal bini jew estensjoni ta' sheep farms jew inkella bdil ta' użu għal sheep farms ġewwa Għawdex fl-aħħar seba’ snin? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati, kemm minnhom ġew rifjutati u kemm minnhom għadhom pendenti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru totali ta’ applikazzjonijiet sottomessi bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u s-16 ta’ Novembru 2022 relatati ma’ bini, estenzjonijiet u bdil fl-użu ta’ ‘sheep farms’ ġewwa Għawdex jammontaw għal 71, liema minnhom 30 ġew approvati, 12 ma ġewx approvati, 21 għadom pendenti u 8 rtirati.

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni — STO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi talbiet lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) biex ikun hemm eżenzjoni milli jiġi ingaġġat STO biex jissorvelja x-xogħol (skont Form 25B) hekk kif definit fil-‘provis’ ta’ regolament numru 25 tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat) peress li fir-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari numru 798 u 786 din l-informazzjoni ma ngħatatx?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx tali provis taħt ir-regolament numru 25 tal-L.S. 623.06.

Ta’ Xbiex – Marina — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru t-tiswijiet neċessarji fuq il-funtana ġewwa l-marina ta' Ta' Xbiex, li ilha snin bil-ħsara?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-ħsara qed tiġi spezzjonata minn aspett tekniku sabiex isiru x-xogħlijiet kollha meħtieġa.

Building Construction Agency – periti mqabbda biex jirrevedu l-method statements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-periti u/jew ditti tal-periti li huma mqabbdin mill-Building Construction Agency (BCA) sabiex jirrevedu l-method statements li jiġu sottomessi u jekk humiex imqabbdin permezz ta’ direct orders jew b’mod ieħor, kif ukoll ir-rata ta’ remunerazzjoni tagħhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-BCA mhijiex Aġenzija iżda Awtorità filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.

Pajpijiet tal-Culvert

Question

Jista’ l-Ministru jara li fejn diġà tpoġġew il-pajpijiet tal-culvert u ġiet mirduma t-trinka u l-wiċċ ingħata saff ta' konkos issa jingħata t-tarmak biex ma jkomplix joħloq inkonvenjent lil dawk kollha li jużaw dawn it-toroq, kif ukoll lir-residenti ta' dawn it-toroq speċjalment issa li beda l-istaġun tax-xitwa u bix-xita dan il-konkos jista' jinqala’?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema lokalità qed jirreferi.

Inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni rrapportati mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-inċidenti u jekk kienx hemm imwiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2227. Ngħarraf lill-Interpellant li l-istatistika dwar korrimenti fuq il-post tax-xogħol tinżamm mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni – persuni/kumpaniji tal-kostruzzjoni li kkawżaw ħsara jew mewt fuq ħaddiema u residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni fil-konfront ta’ persuni/kumpaniji tal-kostruzzjoni li kienu nstabu li kkawżaw ħsara jew mewt fuq terzi, kemm ħaddiema kif ukoll residenti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu twaqqfet l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni fit-30 ta’ April 2021, kull fejn instab li ġew ikkawżati ħsarat, l-Awtorità żammet il-garanziji bankarji u fejn instab xi nuqqas, ħadet miżuri ta’ nfurzar skont il-liġi. Fejn l-Awtorità kienet mitluba, hija assistiet lill-Pulizija fi proċeduri. Kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità ma kien hemm l-ebda każ ta’ mewt fuq terzi u residenti. Kwistjonijiet ta’ Saħħa u Sigurtà fuq kull post tax-xogħol inkluż siti ta’ kostruzzjoni jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.

Diskors tal-Baġit 2023 — reklamazzjoni tal-art

Question

Fid-dawl li fid-Diskors tal-Baġit 2023 il-Ministru għall-Finanzi f’paġna 74 tkellem dwar reklamazzjoni tal-art, jista’ l-Ministru jgħid fejn u/jew f’liema parti ta’ Malta ser isir dan l-istudju biex ikun hemm reklamazzjoni tal-art? Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema stakeholders huwa biħsiebu li jikkonsulta?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.