B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30219, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlestew ix-xogħlijiet fit-Triq Sir Harry Luke (minn Ta’ Mrejnu) għall-Imġarr?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet li qed isiru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi Triq Sir Harry Luke, Mġarr se jitlestew għat-tieni ġimgħa ta’ Ottubru 2025.
Ir-Rabat, Malta – Triq Gorg Borg Olivier – Traffic Management
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isir traffic management minn uffiċjali ta’ Transport Malta fi Triq Borg Olivier fir-Rabat, imqar waqt il-ħinijiet tal-iskejjel, peress li meta jgħaddu vetturi kbar jinħoloq staġnar tat-traffiku u jkun hemm nuqqas ta’ sigurtà għal min juża din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-pjan imħejji minn Transport Malta għal ‘
back to school’
, ser isiru rondi frekwenti f’żoni fejn hemm numru kbir ta vetturi, inkluż iż-żona indikata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun kienx involut fid-diskussjonijiet dwar il-proġett li qed isir bħalissa fi Triq San Ġorġ Preca, il-Ħamrun? Jekk iva, x’kien l-involviment tiegħu? Jekk le, għaliex ma kienx parteċipi f’dawn id-diskussjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett ġie ppublikat fil-medja lokali fl-2023 u li saret
launch
għall-proġett fejn il-pjanti u l-ħsibijiet ta’ Infrastructure Malta ġew anke ppublikati fuq il-medja soċjali. Saret konsultazzjoni u preżentazzjoni lil diversi entitajiet pubbliċi fosthom Transport Malta, Kunsilli Lokali u anke l-NGO Rota, fejn ittieħdu l-kummenti ta’ dawn u l-pjanti ġew ammeljorati.
Qabel ma beda jiġi implimentat il-proġett fuq is-sit, saru xi bidliet oħrajn fid-disinn wara kunsultazzjoniet addizjonali mal-Kunsilli tal-Ħamrun u tal-Pietà.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fi Triq San Ġorġ Preca, il-Ħamrun u min ħa d-deċiżjoni li ssir lane għar-roti f’din it-triq? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-proġett hux ser jaffettwa lill-istudenti li jattendu l-iskola li hemm f’din it-triq, kif ukoll lir-residenti li għandhom id-djar u l-garaxxijiet fl-istess naħa fejn se ssir il-lane għar-roti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa jikkonsistu fi tqegħid ta’ cables tad-dawl, sistema għall-ilma tax-xorb u tad-drenaġġ, sistemi tat-telekomunikazzjoni, bini ta’ sistema tal-ġbir tal-ilma, bini ta’ bankini u bini mill-ġdid tat-triq.
Ic-
cycle lane
ġo Triq Dun Gorg Preca hi waħda minn sensiela ta’
cycle lanes
li jiffurmaw parti mill-proġett tas-CSAM kif imħabbar u spjegat f’diversi fora u maqbul ukoll ma’ NGO ROTA, TM u diversi entitajiet pubbliċi oħrajn.
Qed jingħata l-asfalt quddiem il-parti tal-iskola biex b’hekk l-istudenti ma jiġux affettwati, kif ukoll qed inħallu aċċess għad-djar u garaxxijiet waqt li għaddejjin bix-xogħlijiet.
Raħal Ġdid - Triq Mater Boni Consilii — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ser isiru fil-bidu ta’ Triq Mater Boni Consilii, f’Raħal Ġdid u kemm ser idumu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta mhux qegħda tagħmel xogħlijiet infrastrutturali fi Triq Mater Boni Consilii. Ix-xogħol li qed isir minn naħa tal-Aġenzija fil-preżent hu fi Triq Haż-Żabbar, Raħal Ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Ħaż-Żabbar, f’Raħal Ġdid u kemm ser idumu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni tal-bankini fi Triq Ħaż-Żabbar f’Raħal Ġdid mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin. Dan imbagħad se jkun segwit minn xogħlijiet ta’ wiċċ mill-ġdid tal-asfalt.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni x-xogħlijiet fil-bidu ta’ Triq Paola, f’Ħal Tarxien qed idumu biex jitlestew u kemm huwa previst li ser idumu biex jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett tar-riġenerazzjoni tal-pjazza huwa sit ta’ interess arkaeoloġiku u allura qed jiġu segwiti l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-rigward. Ix-xogħol qed isir taħt il-monitoraġġ ta’ arkeoloġi esperti u tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, liema moniteraġġ jieħu ammont konsiderevoli ta’ ħin. Ix-xogħol f’din iż-żona huwa mistenni li jkun lest qabel is-sajf tat-2026.
Jista’ l-Ministru jelenka x-xogħlijiet kollha li qed isiru bħalissa f’Birkirkara? Jista’ jgħid ukoll meta nbdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej xogħol fi Triq Fleur De Lys, liema xogħol mistenni jiġi konkluż għal aħħar ta’ Settembru. Għaddej ukoll xogħol ieħor fi Triq l-Artiġjanat u fi Triq l-Imdina li mistenni jiġi konkluż fl-aħħar kwart ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jelenka x-xogħlijiet kollha li qed isiru bħalissa fi Fleur de Lys? Jista’ jgħid ukoll meta nbdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Fleur De Lys mistenni jiġi konkluż dan ix-xahar.
Jista’ l-Ministru jelenka x-xogħlijiet kollha li qed isiru bħalissa f’Santa Venera? Jista’ jgħid ukoll meta nbdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddej xogħol fi Triq Notabile li mistenni jkun lest fl-aħħar kwart ta’ din is-sena.
Qed isir ukoll manutenzjoni tal-ħitan biswit il-mini ta’ Santa Venera, liema xogħol mistenni jkun lest fl-ewwel kwart tas-sena 2026.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29707, jista’ l-Ministru jgħid kemm idum il-proċess biex Transport Malta twettaq l-ispezzjoni għall-eliġibilità għal parkeġġ personalizzat riservat? Jista’ jgħid ukoll kemm idum biex attwalment isir dan il-parkeġġ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk ma jkunx hemm problemi partikolari jew ostakli mhux mistennija, dan il-proċess normalment ma jdumx aktar minn sitt ġimgħat. Madankollu, kull każ għandu l-kumplessità u ċ-ċirkostanzi tiegħu.
Il-Kalkara - Triq li tagħti mill-Bajja tar-Rinella għall-Fortizza — Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11309 u 12940, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu l-pjanijiet tax-xogħlijiet biex it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara, tiġi rranġata qabel ma ssir aktar ħsara?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għadu qed jipprepara d-dokumenti għas-sejħa għall-offerti għal-dawn ix-xogħlijiet.
Il-Kalkara - Rinella — Restawr fil-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19774, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet fuq il-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi, fir-Rinella l-Kalkara, jinsabu weqfin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-ħajt tal-Bajja tar-Rinella kienu sospiżi matul ix-xhur tas-sajf minhaħabba li l-bajja tkun qed tintuża għal-għawm. Il-kuntrattur ta’ Infrastructure Malta reġa kompla bix-xogħlijiet fix-xahar ta’ Settembru.
Jista’ l-Ministru jelenka x-xogħlijiet kollha li qed isiru bħalissa fil-Pietà? Jista’ jgħid ukoll meta nbdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fi Triq id-Duluri, Pieta’ beda f’Mejju 2025 u hu previst li jkun lest fit-tielet kwart tas-sena d-dieħla minħabba li dan huwa parti mix-xogħol ħolistiku li qiegħed jsir mill-proġett ta’ C-SAM (Connections for Safer Active Mobility Routes (Phase 1)).
Jista’ l-Ministru jelenka x-xogħlijiet kollha li qed isiru bħalissa fi Gwardamanġa? Jista’ jgħid ukoll meta nbdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa mhu għaddej l-ebda xogħol minn Infrastructure Malta fit-toroq ta’ Gwardamanġa.
Jista’ l-Ministru jelenka x-xogħlijiet kollha li qed isiru bħalissa fil-Marsa? Jista’ jgħid ukoll meta nbdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet fiż-żona Industrijali tal-Marsa kif ukoll fi Triq Telgħet Spencer, liema xogħol beda f’April 2025 u mistenni jkun lest fl-aħħar kwart ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jelenka x-xogħlijiet kollha li qed isiru bħalissa fil-Furjana? Jista’ jgħid ukoll meta nbdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa mhu għaddej l-ebda xogħol minn Infrastructure Malta fit-toroq tal-Furjana.
Jista’ l-Ministru jelenka x-xogħlijiet kollha li qed isiru bħalissa fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll meta nbdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa mhu għaddej l-ebda xogħol minn Infrastructure Malta fit-toroq tal-Belt Valletta.
Jista’ l-Ministru jelenka x-xogħlijiet kollha li qed isiru bħalissa fil-Ħamrun? Jista’ jgħid ukoll meta nbdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li għaddej bħalissa fil-lokalita’ tal-Ħamrun huwa s-segwenti:
· Triq Notabile u Triq tal-Indjana, liema xogħol beda f’Diċembru 2024 u hu previst li jkun lest fl-aħħar kwart ta din is-sena.
· Triq Lord Bryron, Triq il-Frangiskani, Triq il-Kappilan Mifsud, Triq Manuel Magri, Triq il-Kunċizzjoni, Triq Indri Cilia, Triq id-Duluri, Triq il-Ferrovija, Pjazza San Pawl, Triq is-Sorijiet iż-Żgħar tal-Fqar u Triq Roger Debattista, liema xogħol beda fi Frar 2025 u hu previst li jkun lest fl-aħħar kwart ta din is-sena .
· Parti minn Triq is-Santissima Trinita’ mistennija wkoll tkun lesta sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.
· Ix-xogħol fi Triq Joe Gasan beda fil-bidu ta’ Ġunju 2025 u x-xogħol fi Triq San Gorġ Preca beda fl-aħħar ta’ Ġunju 2025. Dawn ix-xogħlijiet għandhom jitlestew sa Frar 2026.
· Ix-xogħol ta’ quddiem l-iskola ta’ Saint Joseph ser ikun lest sa qabel tibda l-iskola.
Ħaż-Żabbar — Triq il-Kunvent (kantuniera ma') Triq il-Karmnu - U-Bar tal-Ħadid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ġiet irrifjutata U-Bar tal-ħadid fi Triq il-Kunvent kantuniera ma’ Triq il-Karmnu, f’Ħaż-Żabbar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità analizzat it-talba relatata mal-installazzjoni ta’ U-Bar, fejn irriżulta li tali installazzjoni tkun qed toħloq ostaklu għall-moviment fuq il-bankina.