Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il MRI Machine hemm preżentement fl-Isptar Mater Dei u kemm-il eżami jsir ta' kuljum b'kull magna? Jista' jgħid ukoll kemm-il MRI Machine qiegħda tintuża mill-privat għas-servizz pubbliku u kemm-il appuntament isiru ta' kuljum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Mater Dei hemm 3 MRI machines u ssir medja ta’ 95 MRI kuljum. Mill-privat qed jintużaw żewġ MRI Machines għas-servizz pubbliku u jsiru medja ta’ 600 MRI fix-xahar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7909, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb din il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid meta u għaliex il-mediċina Ocrevus kienet out of stock?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Ocrevus qatt ma kienet out of stock. Il-pazjenti li huma approvati mill-kumitat tekniku biex jieħdu l- Ocrevus qegħdin joħduha
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list biex jieħdu servizz mill-GU Clinic?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti li talbu appuntament kollha għandhom appuntament skjedat. Il-GU clinic joffri wkoll servizz ta’ konsultazzjoni bit-telefon għal dawk bla sintomi. Każijiet urġenti, jew persuni li jkollhom xi sintomi, jiġu eżaminati fil-GU clinic jew l-iżjed fi żmien ġimgħatejn, ħafna drabi dak in-nhar stess, dejjem jiddependi fuq l-urġenza tal-każ.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list biex jieħdu servizz mill-Pain Clinic?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija għal servizz tal-pain clinic ivarja skont l-urġenza tal-kas. F’kazijiet urġenti jew ta’ pazjenti b’cancer is-servizz jingħata fi żmien ftit jiem.
Waqt li f’kazijiet mhux urġenti iż-żmien ta’ stennija ivarja minn ftit ġimgħat sa ftit xhur.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu bħala ammont, maqsuma sena b'sena, l-infermiera ingaġġati fl-Isptar Mount Carmel tul dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ infermiera ingaġġati fl-Isptar Mount Carmel tal-aħħar għaxar snin jinsab fit-tabella t'hawn taħt:
PQ 7988
Entity
2022
2021
2020
2019
2018
2017
2016
2015
2014
2013
Newly recruited
Newly recruited
Newly recruited
Newly recruited
Newly recruited
Newly recruited
Newly recruited
Newly recruited
Newly recruited
Newly recruited
MCH
10
42
27
48
26
28
4
2
25
21
Head Count
Head Count
Head Count
Head Count
Head Count
Head Count
Head Count
Head Count
Head Count
Head Count
373
384
379
378
320
329
307
300
308
298
Sptar Mount Carmel – ħaddiema fuq teleworking jew remote working
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Isptar Mount Carmel li għandhom teleworking jew remote working, x'inhu l-grad/xogħol tagħhom u kemm ilhom f'din l-iskema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 38 ħaddiema fl-Isptar Mount Carmel li għandhom teleworking jew remote working. It-tabella t'hawn taħt tindika l-grad/xogħol tagħhom.
NO
GRADE
1
Administrative officer
3
Allied Health Practitioners O.T
1
Allied Health Professional O.T
1
Assistant Principal
1
Clinical Psychologist Practitioner
1
Executive Practitioner O.T
1
Managing Allied Health
1
Managing Psychologist
4
Principals
3
Principal Psychologists
1
Principal Social Worker
6
Psychologists
3
Psychology Assistants
7
Psychology Practitioners
3
Senior Social Workers
1
Social Worker
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma ċ-ċentri ta' testjar għall-COVID-19 li huma preżentement miftuħa? Jista' jgħid min qed jagħti dan is-servizz u kienx hemm sejħa ta' interess biex jingħata dan is-servizz? Jista' jippubblika xi kuntratt/i li juri/u dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm tliet ċentri tat-testjar għall-COVID-19. Dawn jinsabu Pembroke, Boffa u Gozo swabbing hub waqt li jsir ittestjar tal-COVID-19 ukoll fl-Isptar Mater Dei u fil-Gozo General Hospital. Dawn ic-ċentri jitmexxew mill-professjonisti u ħaddiema tad-dipartiment tas-Saħħa.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-pagamenti bid-dati, l-ammont u r-raġuni li saru lis-soċjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, matul is-sena 2022 u s-sena 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 6980.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li stennew fil-korsija fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2023 qabel ma dawn ingħataw sodda fis-sala li ngħataw il-kura fiha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar snin (minn żmien il-pandemija sa issa) iddaħħlet il-prassi illi sakemm sodda tkun disponibbli ġo sala għal pazjent mill-Emerġenza, il-pazjent jinżamm fil-cubicle u allura ma kien hemm l-ebda pazjent li stenna f’korsija fiż-żmien li qiegħed jistaqsi dwaru hu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu l-protokoll dwar meta l-ambulanzi għandhom jagħmlu użu mis-sireni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ambulanzi jagħmlu użu mis-sereni skont protokol li huwa indikat ġo Standard Operating Procedure taħt “Use of Emergency Ambulance Warning System: Sirens, Blue Lights and Beacons”.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – pazjenti fi kriżi ta’ saħħa mentali
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pathway ta' kif pazjent jiġi trattat meta jkun fi kriżi ta' saħħa mentali u jippreżenta ruħu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 7148.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn infermiera speċjalizzati fil-kura tas-saħħa mentali ingaġġati mas-Settur Pubbliku u fejn jaħdmu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 124 infermiera speċjalizzati fil-kura tas-saħħa mentali ingaġġati mas-Settur Pubbliku li jaħdmu fil-Gozo General Hospital, fl-Isptar Mount Carmel u fil-komunità.
Sptar Mount Carmel – spiża f’investiment strutturali
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet l-ispiża, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin, f'investiment strutturali fl-Isptar Mount Carmel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża tal-investiment strutturali fl-Isptar Mount Carmel fil-perjodu li talab hu tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Sena
Ewro
2014
93,403.24
2015
52,996.27
2016
13,242.81
2017
15,524.53
2017
15,524.53
2018
34,423.63
2019
231,523.81
2020
1,282,785.53
2021
1,129,963.73
2022
278,271.72
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b'sena, kemm kienet il-popolazzjoni tal-Isptar Mount Carmel bħala inpatients tul dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ inpatients fl-Isptar Mount Carmel fil-perjodu li talab hu tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
SENA
IRĠIEL
NISA
2013
281
279
2014
267
251
2015
234
253
2016
263
265
2017
274
257
2018
286
159
2019
178
172
2020
148
125
2021
111
74
2022
128
111
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm kredituri u kemm kien il-valur li kien għadu ma tħallasx sa 30 jum, sa 60 jum u aktar minn 60 jum mid-data tal-invoice fil-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni bejn fornituri lokali u dawk barranin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jidentifika għal liema kredituri u invoices qiegħed jirreferi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7255, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 7255..
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – stennija tal-pazjenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-istennija medja ta’ pazjent fl-Emerġenza minn meta jirreġistra sal-punt li tittieħed deċiżjoni medika ta’ jekk jingħatax sodda f’ward jew jintbagħatx lura d-dar wara li jingħata kura jew dijanjosi mit-tobba fl-Emerġenza għal kull xahar minn Jannar tal-2022 sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija u kull sena matul l-aħħar għaxar snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istennija medja ta’ pazjent fl-Emerġenza minn meta jirreġistra sal-punt li tittieħed deċiżjoni medika ta’ jekk jingħatax sodda f’ward jew jintbagħatx lura d-dar wara li jingħata kura jew dijanjosi mit-tobba tvarja skont il-każ. Dan għax f’każijiet komplikati jew li jeħtieġu resuscitation isiru nurmu ta’ interventi - xi wħud li jistgħu jsalvaw ħajjiet il-pazjent - f’emerġenza stess.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7498, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb din il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ hemm biswit il-lok magħżul għall-Klinika fil-Komunità f'Birżebbuġa, kemm ser ikun l-investiment inizjali, x'ser ikunu s-servizzi li ser ikunu offruti u meta ser ikunu l-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ? Jista' jgħid liema ser ikunu l-ħinijiet tat-tabib (GP) u jekk hux ser jingħata s-servizz ta' tilqim, speċjalment dak relatat ma’ persuni li jaħdmu ma’ immigranti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji li qiegħed jistaqsi dwarhom għadhom qegħdin jiġu finalizzati mal-istakeholders konċernati
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8010, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-ekwivalenti tal-mediċina Eyelea ġew approvati imma mhux il-mediċina Eyelea? Jista' jgħid ukoll x'suppost jagħmlu dawk il-pazjenti li taqbel magħhom il-mediċina Eyelea biss (u mhux l-ekwivalenti) u ma jifilħux jixtruha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha b’mod aktar li jinftiehem.
Ministeru għas-Saħħa — emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali li rċieva l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar, Frar u Marzu 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jgħoddu l-istess prinċipji msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7116.