Legislature:
Category:
Reset
Active:

ħsarat bil-maltemp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li saru ħsarat bil-maltemp li ħabat mal-pajjiż kollu fl-ewwel gimgħa ta' Diċembru, 2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżenetment għadha qiegħda tkun analizzata u evalwata l-informazzjoni miġbura.

Tqassim ta' kalendarju għas-sena 2012

Question

B’referenza għall-kalendarju kulurit għas-sena 2012 ta’ 16-il paġna, li tqassam mill-Ministru fid-distretti elettorali li jikkontesta taħt it-titlu: PROĠETTI TA’ KWALITÀ GĦALIK li l-biċċa l-kbira huma proġetti maħsuba għad-distretti li huwa jikkontesta, jista' l-Ministru jindika jekk kienx hemm xi fondi pubbliċi, tal-gvern u/jew ta’ xi aġenziji governattivi u/jew parastatali li kienu involuti fl-iffinanzjar tat-tħejjija, stampar u distribuzzjoni tiegħu? Jista' jgħid: a) Kemm ġew stampati kopji? b) Kif u minn min tqassmu? ċ) Fejn tqassmu? d) Fejn ġew stampati? e) Għal kemm kien jammonta dan l-iffinanzjar? f) Jekk fl-affermattiv, minn liema entitajiet ġew finanzjati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru ma ppublika l-ebda kalendarju għas-sena 2012.

spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-għoġġiela — quality controls privati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30987, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet saru minn quality controls privati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-ebda waħda mill-ispezzjonijiet ma saret minn Quality Control privati.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa globali fuq mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31043 u cioè:B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30643, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jużaw dawn il-mobiles?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li jużaw il-mobiles huma dawk li n-natura tax-xogħol tagħhom titlob li jattendu għal xogħol barra mill-uffiċċju u/jew ikun meħtieġ li jkunu kkontatjati f’ħinijiet barra minn dawk uffiċjali, ninformah ukoll li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni dwar il-karigi li fil-perjodu msemmi kellhom l-użu ta’ mobiles imsemmija f’mistoqsija parlamentari 30643. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi il-lista mehmuza tinkludi kemm dawk li llum m’għadhomx impjegati mal-Ministeru kif ukoll dawk kollha li daħlu minflokom.

irziezet/produtturi tat-trobbija tan-nagħaġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30985, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li kienu ma' normi tal-istandards stabbiliti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.

spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-baqar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30986, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li kienu ma' normi tal-istandards stabbiliti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.

spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-għoġġiela

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30987, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li kienu ma' normi tal-istandards stabbiliti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.

irziezet/produtturi tat-trobbija tan-nagħaġ — quality control

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30985, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet saru minn quality controls privati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.

spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-baqar — quality control

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30986, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet saru minn quality controls privati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.

kumitat interministerjali dwar it-tibdil tal-klima — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-kumitat interministerjali dwar it-tibdil tal-klima? Minn min huwa kompost? Meta saru dawn il-laqgħat u x’ġie deċiż s’issa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tewġiba tingħata f’seduta oħra.

WasteServ — kontijiet awditjati

Question

Billi l-kontijiet awditjati tal-WasteServ kellhom jiġu approvati xi jiem ilu, jista' l-Ministru jikkonferma jekk ġewx approvati u meta sar dan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant illi għad hemm xogħol addizzjonali li ntalab mill-awdituri għalhekk għadhom mhux konklużi.

Raħħala Għawdxin — ħlas għat-tined

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern se jikkumpensa lir-raħħala Għawdxin tat-tined li għamlu? Kemm hemm raħħala Għawdxin li qegħdin jistennew biex jiġu kumpensati? X'inhu l-ammont li se jitolbu dawn ir-raħħala?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li taħt l-skema ta’ għajnuna għal ristrutturar fost l-applikanti kien hemm 27 raħħal Għawdxi li għamlu applikazzjoni għal għajnuna. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attwalment qiegħda ssir stima ta’ kemm ir-raħħala ngħataw f’għajnuna għall-istruturar ta l-irziezet tagħhom. Dan l-ezercizju ta’stima għadu għaddej u mistenni jkun lest fi żmien qasir.

San Pawl il-Baħar — estensjoni tal-masġar ta' Kennedy Grove

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pjanti għall-estensjoni tal-masġar fl-iħawi ta' Kennedy Grove, San Pawl il-Baħar ġewx konklużi u jekk s'issa ġewx approvati? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess meħtieġ biex jinbeda x-xogħol għadu ma nħarigx mill-MEPA.

Buġibba/Qawra — xogħol fuq il-water park

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq il-water park li se jinbena fl-inħawi ta' Buġibba/Qawra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li xogħol fuq il-water park li se jinbena fl-inħawi ta' Buġibba/Qawra se jinbeda fil-ġranet li ġejjin

Xemxija — spezzjoni fuq siġar li jistgħu jieħdu n-nar

Question

Jista' l-Mnistru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux xi dipartiment li hu responsabbli mill-ħarsien tas-siġar? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawk responsabbli qattx għamlu spezzjonijiet fil-masġar taż-żebbuġ fix-Xemxija, peress dan il-post (li hu fil-parti l-kbira tiegħu mogħti lill-Bird life) jinsab f'riskju li jieħu n-nar (naturalment fix-xhur tas-sajf)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq il-MPQ tiegħu lill-Onorevoli Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura li huwa responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar li hija responsabli għall-ħarsien tas-siġar.

Xemxija — protezzjoni lill-bajja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kienx mitlub mill-Awtorità ta' Malta dwat l-Ambjent u l-Ippjanar jagħmel xi kummenti dwar x'tip ta' protezzjoni għandha tingħata l-bajja tax-Xemxija, u b'mod partikolari l-parti fejn is-sajjieda jorbtu d-dgħajjes tagħhom (ħdejn il-Veccia)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dan il-Ministeru ma rċieva l-ebda talba mill-MEPA kif indikat mill-Onorevoli Interpellant. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill- Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni responsabbli minn Transport Malta.

Pitkalija — tkissir ta' kaxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tkissru kaxxi fil-Pitkalija matul dawn l-aħħar għaxar xhur? Kemm kienet il-medja li jitkissru kaxxi matul is-snin 2008/9/10 kull sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab informat li f’dawn l aħħar 10 xhur iddaħħlu 20,000 kaxxa miksura l liema kaxxi kienu kollha manifatturati fi żmien li Pitkali Crates Ltd kienu responsabbli minnhom u l-ebda waħda ma kienet mil-lot ta’ 43,000 li saru mill-Ministeru f’dawn l-aħħar għaxar xhur minn meta rega’ ħa r-responsabbiltà ta’ din il-funzjoni. Dan joħroġ mill-marka tas-sena ta’ manifattura li jkollha kull kaxxa. Matul is-snin l-oħra msemmija mill-Onorevoli Interpellant, il-Pitkali Crates Ltd li kienet responsabbli għal dawn il-kaxxi u li kellha l-obbligu li tissostitwixxi l kaxxi miksura a spejjeż tagħha b’kaxxi ġodda, qatt ma rrappurtat figura preċiża ta’ kemm kien hemm kaxxi miksurin.

ilma li ġie trasferit minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-2009 sal-aħħar tal-2010 u minn Jannar sal-lum? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Water Services Corporation.

politika reġjonali għal Għawdex dwar l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għal Għawdex dwar l-ilma? Jekk hemm, x’inhi? Min hu responsabbli għat-twettiq tagħha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gżejjer ta’ Malta u Għawdex huma kkunsidrati bħala baċin idrologiku wieħed; u dan minħabba li l-karatteristiċi u kundizzjonijiet idroloġiċi tagħhom huma simili. Minħabba f’dan il-fatt ma hemmx politika reġjonali separata għal Għawdex dwar l-ilma; iżda politika komuni għaż-żewg gżejjer.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa globali fuq mobile phones

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30643, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jużaw dawn il-mobiles?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.