Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Triq il-Belt Valletta, Triq il-Kurvetti u Triq Brittanja - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet tlestew fit-toroq il-Belt Valletta, il-Kurvetti u Brittanja, f’Raħal Ġdid u kemm ġew jiswew dawn rispettivament?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Ħamrun — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-Ħamrun? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun li li l-kunsill qed jara x'possibiltá hemm li jinstabu siti fejn jistgħu jinholqu spazji miftuha fil-lokalita. Għalkemm Project Green huma involuti fid-diskussjonijiet dwar dawn il-proġetti, ma saritx talba formali.

L-Iklin — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fl-Iklin? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Iklin li hemm pjazza waħda li hija kkunsidrata bħala spazju miftuħ fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ma ssottometta l-ebda applikazzjoni ma’ Project Green.

Il-Kalkara — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-Kalkara? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara li hemm tliet ġonna u żona oħra kkunsidrati bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali għaddej b’diskussjonijiet sabiex jiżviluppa aktar spazji miftuħa f’żoni urbani. Fil-mument, ma hemmx applikazzjonijiet pendenti ma’ Project Green għax il-Kunsill għadu kif ibbenefika minn fondi ta’ Project Green biex jiġu riġenerati Ġnien Rnella u Ġnejnet iċ-Ċkejken Ziam.

Ħal Kirkop — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez f’Ħal Kirkop? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Kirkop li hemm erba’ spazji miftuħa li jinkludu żewġ ġonna, pjazza u żona oħra fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ssottometta applikazzjoni ma’ Project Green, li madankollu ma kisbitx suċċess. Il-Kunsill Lokali ġie avvicinat minn Project Green biex isir xogħol ta' tisbiħ fi Triq Nerik Xerri.

Ħal Lija — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez f’Ħal Lija? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija li hemm tliet ġonna li huma kkunsidrati bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ġie avviċinat min Project Green biex isir xogħol ta’ tisbiħ fil-Ġnien fi Triq Merino u x-xogħol mistenni jibda fi żmien qasir.

Ħal Luqa — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez f’Ħal Luqa? X’qed isir jew x’hemm ippjanat li jsir sabiex jiġu kreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li l-Kunsill Lokali rċieva mingħand Project Green?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li hemm tliet żoni kkunsidrati bħala spazji miftuħa fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali prezentement għaddej f’diskussjonijiet ma’ Project Green, dwar diversi ġonna fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ġie wkoll avviċinat min Project Green biex isir xogħol ta’ tisbiħ fil-Ġnien fi Triq Mikelang Sapiano.

Kontroll tal-ħamiem — Inizjattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi partikolari ttieħdu biex jiġi kkontrollat il-ħamiem fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex? Jista' jagħti dettalji dwar dawn l-inizjattivi u x'kien ir-riżultat? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li jittieħdu inizjattivi għall-kontroll tal-ħamiem?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fis-snin li għaddew kien hemm inizjattiva li permezz tagħha l-ħamiem selvaġġ jingħata għalf li fuq perjodu fit-tul irendihom sterili, ir-riżultat, madankollu ma setax jitkejjel. Jista’ jkun hemm kunsilli differenti li addottaw u li qed jevalwaw metodi differenti għall-kontroll tal-ħamiem.

Għawdex — Librerija Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20616 u ċjoè: Fid-dawl tal-problemi li hemm fil-Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex (fir-Rabat), jista’ l-Ministru jgħid: i. Kemm ilu ma jkun hemm kotba ġodda f’din il-librerija? ii. Kemm hemm kotba li kienu akkwistati għal Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex imma għadhom Malta għax m’hemmx spazju? iii. X’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru biex Għawdex ikollu Librerija Nazzjonali xierqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kull sena jinħadmu madwar 4,000 materjal Melitensia anke b’mod retrospettiv. Dan il-materjal jittella Għawdex biex ikunu jistgħu jinqdew r-riċerkaturi li jżuru l-Librerija Nazzjonali t’Għawdex. Tajjeb insemmu ukoll li ħafna mill-materjal Melitensia li jkun ġie ppubblikat jinsab ukoll fil-Librerija Pubblika Ċentrali u dan ikun għad-dispożizzjoni tal-klijenti ta’ Malta Libraries fi żmien qasir. Dan għaliex dan il-materjal jinħadem f’Għawdex stess. Ta’ min isemmi ukoll li permezz tal-preżenza tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Bibljografija f’Għawdex, qed isir proġett ieħor, dak fejn kull informazzjoni bibjografika fil-katalgu jkolla stampa tal-qoxra tal-ktieb, gażżetta jew perjodiku. Dan ix-xogħol għadu għaddej peress li hu proċess kontinwu li jimxi pari passu ma l-ikkatalogar. S’issa tlestew 17,000 qoxra li jidru fil-katalgu għall-benefiċċju tal-pubbliku. Simili għal-Librerija Nazzjonali ta’ Malta, l-Librerija t’Għawdex takwista kważi l-materjal kollu tagħha bis-saħħa tal-Liġi tad-Depositu Legali. Fis-sena jkun hemm madwar 1,150 materjal li jiġi ddepositat. Huwa minħabba li minħabba raġuni ta’ spazju u raġunijiet loġistiċi hemm madwar 4000 ktieb/ġurnali li għadhom Malta. Madanakollu l-ħidma fil-Librerija Nazzjonali kif ukoll fil-Librerija Pubblika Ċentrali ma tieqafx u kull sena jagħmlu użu minnhom numru kbir ta’ riċerkaturi.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fil-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinhargu kif approvati ċentralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.

Santa Luċija Running Track – Kura tal-pjanti u siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex jittieħdu l-passi neċessarji biex il-pjanti u s-siġar li hemm fl-hekk imsejħa “Santa Luċija Running Track” jiġu msoqqija u kkurati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li t-tisqija qed issir kif meħtieġ permezz ta’ bowsers u li qed jinġabru l-kwotazzjonijiet neċessarji għal sistema ġdida ta’ irrigazzjoni.

Il-Fgura — Triq l-iskola - Rapporti ta’ rwejjaħ

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li daħlu rapporti ta’ rwejjaħ jintnu fi Triq l-Iskola, il-Fgura, u jgħid x’passi ttieħdu dwar dan?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li dawn l-irwejjaħ kienu minħabba li ġiet iffertillizzata (imdemla) l-għalqa fil-viċin.

Il-Birgu – Proġett tal-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-proġett tal-Pjazza tal-Birgu se jkun kompletament lest? X’miżuri ser jittieħdu biex jiġi salvagwardjat ix-xelter? In vista wkoll li l-festi ġew rikonoxxuti bħala wirt intanġibbli tal-UNESCO, x’miżuri ser jittieħdu sabiex il-proġett propost ma jtellifx l-attivitajiet taż-żewġ festi u l-armar li jintrama għalihom? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex jiżdiedu l-parkeġġi fil-viċin in vista li l-pjanta proposta ser tneħħi l-parking spaces eżistenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar — Siti storiċi li huma fir-responsabbiltà ta' Heritage Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-siti storiċi fil-konfini ta’ San Pawl il-Baħar, li huma fir-responsabbiltà ta' Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li San Pawl Milqi huwa sit storiku fil-konfini ta’ San Pawl il-Baħar li huwa fir-responsabbiltà ta' Heritage Malta.

Il-Furjana — Triq Sant’Anna

Question

Jista’ l-Ministru jindika f’liema stadju waslu l-istudji dwar il-proposta mħabbra mill-Gvern qabel l-Elezzjoni Ġenerali 2022 li Triq Sant’Anna, fil-Furjana, tiġi pedonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Belt, Valletta – Pjazza San Ġorġ – Valleta Green Festival

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa' b'kollox il-Valletta Green Festival fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta u jipprovdi lista tal-ispejjeż kollha (break down costs)?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-ispiża involuta kif mgħoddija lili mill-Valletta Cultural Agency.

Bini ta’ Arkivju Nazzjonali ġdid

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20308 u l-wegħda elettorali tal-Gvern preżenti li jlesti l-bini ta’ Arkivju Nazzjonali ġdid tul din il-leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda u jitlesta dan il-proġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20308.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20584 u jgħid kemm-il persuna taħdem f’kull entità li taqa’ taħtu? Jista’ jindika t-titlu tax-xogħol, is-salarju, l-allowances u l-pakketti finanzjari u allowances oħra ta’ kull persuna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li jeħtieġ ammont konsiderevoli ta’ ħin u riżorsi sabiex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellanta. Fl-assenza ta’ raġuni valida għaliex l-Onor. Interpellanta tixtieq tingħata din l-informazzjoni, ikun iktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utiliżżati għal dan il-għan, minflok jiġu utiliżżati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv għall-ġid ta’ pajjiżna.