Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23685 u jgħid kemm-il persuna ġiet eleġibbli għal benefiċċji soċjali f'dawn l-aħħar sentejn, u jaqsam tali informazzjoni skont is-sena u skont il-lokalità li l-persuna eleġibbli tirrisjedi fiha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika fuq liema benefiċċji soċjali qiegħed jitlob l-informazzjoni. Dan minħabba l-fatt illi l-Att dwar is-Sigurta Soċjali (Kap 318) permezz tal-Artikoli 20, 30 u 66 iħallas jew jiċħad talba, fost oħrajn, fuq test tal-mezzi tal-kapital li jkun jipposedi l-applikant u l-familja u dan skont it-Tieni Skeda tal-istess Att. Tajjeb jingħad illi d-Dipartiment iħaddem proċedura illi kull applikazzjoni tiġi skrutinizzata mal-informazzjoni fil-pussess tat-Tax Compliance Unit sabiex jiġi assigurat illi l-informazzjoni mogħtija mill-applikant tkun kompluta. Dan isir minħabba li l-benefiċċji li jaqgħu taħt l-Artikoli msemmija jaqgħu taħt il-pilastru tal-benefiċċji mhux kontributorji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23686 u jgħid kemm-il persuna ma kenitx eleġibbli għal benefiċċji soċjali, iżda wara li saru applikazzjonijiet sussegwenti u reġgħu ġew ikkunsidrati l-mezzi tagħhom - ġew eleġibbli f'dawn is-sentejn u jaqsam tali informazzjoni skont is-sena u skont il-lokalità li l-persuna eleġibbli tirrisjedi fiha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika fuq liema benefiċċji soċjali qiegħed jitlob l-informazzjoni. Dan minħabba l-fatt illi l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) permezz tal-Artikoli 20, 30 u 66 iħallas jew jiċħad talba, fost oħrajn, fuq test tal-mezzi tal-kapital li jkun jipposedi l-applikant u l-familja u dan skont it-Tieni Skeda tal-istess Att. Tajjeb jingħad illi d-Dipartiment iħaddem proċedura illi kull applikazzjoni tiġi skrutinizzata mal-informazzjoni fil-pussess tat-Tax Compliance Unit sabiex jiġi assigurat illi l-informazzjoni mogħtija mill-applikant tkun kompluta. Dan isir minħabba li l-benefiċċji li jaqgħu taħt l-Artikoli msemmija jaqgħu taħt il-pilastru tal-benefiċċji mhux kontributorji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23687 u jgħid x'verifiki jsiru u x'dokumenti jintalbu meta persuna terġa' tiġi rikunsidrata l-mezzi li għandha biex tiġi eleġibbli għal benefiċċji soċjali? Jista' jgħid jekk hux assigurat li dan isir ma' kull applikazzjoni għal rikunsiderazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika fuq liema benefiċċji soċjali qiegħed jitlob l-informazzjoni. Dan minħabba l-fatt illi l-Att dwar is-Sigurta Soċjali (Kap 318) permezz tal-Artikoli 20, 30 u 66 iħallas jew jiċħad talba, fost oħrajn, fuq test tal-mezzi tal-kapital li jkun jipposedi l-applikant u l-familja u dan skont it-Tieni Skeda tal-istess Att. Tajjeb jingħad illi d-Dipartiment iħaddem proċedura illi kull applikazzjoni tiġi skrutinizzata mal-informazzjoni fil-pussess tat-Tax Compliance Unit sabiex jiġi assigurat illi l-informazzjoni mogħtija mill-applikant tkun kompluta. Dan isir minħabba li l-benefiċċji li jaqgħu taħt l-Artikoli msemmija jaqgħu taħt il-pilastru tal-benefiċċji mhux kontributorji.
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Ħaddiema minn pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex ħaddiema minn pajjiżi terzi jiġu eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (National Insurance) f’Malta jekk diġà jkunu qed iħallsuhom f’pajjiżhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23146 u jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu n-Naxxar? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu n-Naxxar iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Deputati tal-Gvern
Question
Peress li l-mistoqsija parlamentari 14834 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23144 u jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu f'San Pawl il-Baħar iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ ġenituri single kif indikat fil-mistoqsija parlamentari huma skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
PQ 23357
Total Children's Allowance
San Pawl il-Baħar
Irġiel
Nisa
Total
Single
521
312
833
Widower
2
7
9
Divorced
4
19
23
Other*
47
149
196
Total
574
487
1,061
*Dawk immarkati bħala Other huma Legally Separated, Separated Maintaining Wife u De Facto Separated
Niġbed l-attenzjoni lill-Onor. Interpellanta li, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux informazzjoni fuq jekk hemmx ġenituri single li ma jirċevux children’s allowance għal tfal taħt l-età ta’ 16-il sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23145 u jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu l-Mellieħa? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu l-Mellieħa iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ ġenituri single kif indikat fil-mistoqsija parlamentari huma skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
PQ 23358
Total Children's Allowance
Mellieħa
Irġiel
Nisa
Total
Single
174
77
251
Widower
1
7
8
Divorced
2
2
4
Other*
18
44
62
Total
195
130
325
*Dawk immarkati bħala Other huma Legally Separated, Separated Maintaining Wife u De Facto Separated
Niġbed l-attenzjoni lill-Onor. Interpellanta li, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux informazzjoni fuq jekk hemmx ġenituri single li ma jirċevux children’s allowance għal tfal taħt l-età ta’ 16-il sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu xi tip ta' allowance minħabba d-diżabilità u liema allowance jirċievu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni bdew jieħdu din l-allowance wara korriment fuq il-post tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet eleġibbli għal benefiċċji soċjali f'dawn l-aħħar sentejn, u jaqsam tali informazzjoni skont is-sena u skont il-lokalità li l-persuna eleġibbli tirrisjedu fiha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ma kenitx eleġibbli għal benefiċċji soċjali, iżda wara li saru applikazzjonijiet sussegwenti u reġgħu ġew ikkunsidrati l-mezzi tagħhom - ġew eleġibbli f'dawn is-sentejn u jaqsam tali informazzjoni skont is-sena u skont il-lokalità li l-persuna eleġibbli tirrisjedu fiha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'verifiki jsiru u x'dokumenti jintalbu meta persuna terġa' tiġi rikunsidrata l-mezzi li għandha biex tiġi eleġibbli għal benefiċċji soċjali? Jista' jgħid jekk hux assigurat li dan isir ma' kull applikazzjoni għal rikunsidrazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 22359.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19983, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninsab informat illi t-tweġiba li tajt lill-Onor Interpellanta għall-mistoqsija parlamentari 19983 hija komprensiva għall-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall- Politika Soċjali u D-Drittijiet tat-Tfal.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – spiża tat-telephone b’linja fissa u mobile
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10328 u 18949 u jgħid kemm kienet l-ispiża, sena b’sena, mill-2012 sal-2022 tat-telephone b’linja fissa u mobile fid-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11395 u 18950 u jgħid kemm-il ikla b’xejn offriet Dar Papa Franġisku matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ikliet ta’ nofs in-nhar offruti minn Dar Papa Franġisku:
2018
2019
2020
2021
2022
2023
2024*
13,360
15,107
18,591
18,257
17,318
28,599
14,647
*Minn Jannar sa Ottubru
Persuni individwali li għamlu użu mis-servizz tal-ikla ta’ nofs in-nhar
2018
2019
2020
2021
2022
2023
2024*
Maltin
249
335
307
291
331
532
345
Barranin
205
239
249
208
219
432
293
*Minn Jannar sa Ottubru
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12036 u 18951 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal li kopja tieghu tpoġġjiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18012 u 18953 u jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet li saru u li minnhom ġew milqugħa mill-Bord Mediku għal Benefiċċju ta’ Diżabilità Severa maqsuma għal kull sena bejn l-2013 u l-2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Sena
Applikazzjonijiet
Applikazzjonijiet milqugħa mill-Bord Mediku
2013
326
96
2014
288
126
2015*
637
283
2016
670
242
2017**
576
168
2018
578
180
2019
686
234
2020
646
197
2021
728
327
2022***
719
298
2023
657
240
2024 (Jannar – 21 ta’ Nov)
1016****
193
* Fit-2015 tneħħa s-ceiling (paga minima) ta’ kemm wieħed seta’ jaqla’ mix-xogħol u jieħu l-assistenza (dak iż-żmien kienet tissejjaħ pensjoni)
** Fl-2017 saret ir-riforma li qasmet iż-żewġ pensjonijiet li kien hemm (b’ammonti ugwali) għal tlett Assistenzi (b’ammonti varjabbli skont il-grad ta’ diżabilità) – tneħħa it-test tal-mezzi fuq l-Assistenza għal Diżabiltà Severa Miżjuda
*** Fl-2022 tneħħa t-test tal-mezzi minn fuq iż-żewġ assistenzi l-oħra
**** 337 applikazzjoni minn dawn għadhom jistennew l-iskrutinju tal-bord inter-professjonali li beda jopera fil-bidu ta’ Ottubru 2024. Dan wara li fit-2 ta’ Settembru ġie mniedi proċess ta’ applikazzjoni ġdida. Il-bord inter -professjonali jevalwa tali applikazzjonijiet bbażata fuq il-mudell tal-World Health Organisation International Classification of Functioning, Disability, and Health (ICF).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19281 u jgħid jekk kienx hemm, fil-każ kemm, persuni li ċedew għal ftit il-pensjoni u kemm damu, mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'differenza kien hemm bejn ħaddiema nisa u rġiel u dawk li kienu jaħdmu għal rashom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara xi jrid ifisser meta qed jgħid jekk kienx hemm persuni li ċedew għal ftit il-pensjoni?