Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat appuntament l-outpatients:
a) Sptar Mater Dei
b) Sptar Boffa
ċ) Sptar Zammit Clapp
Bħala new case:
f'Ġunju 2010, f'Lulju 2010, f'Awwissu 2010, f'Settembru 2010, f'Ottubru 2010, f'Novembru 2010, f'Diċembru 2010 u fis-sena 2011?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-akkomodazzjoni alternattiva aktar minn 20 sena ilu, sal-lum għadha ma ngħatatx widen mill-Awtorita' tad-Djar b'konsegwenza li familja ta' erba' persuni qed jgħixu f'kamra tas-sodda waħda?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11755 u jara li jiġi ċċarat minn issa, min se jkun indikat lilu li jitlaqqam kontra l-influwenza A H1N1?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-policy meħuda u publikata hija li l-vaċċin kontra l-H1N1 jingħata lil kulħadd.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11492, 10401, 9470, 9261, 8656, 8167, 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta':
a)
Amlodipine
5mg u 10mg
b)
Serenace
5mg
meta fl-ewwel każ is-
supplier
jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-pilloli Amlodipine 5mgs and 10mgs jinstabu in stock. Il-pilloli Serenace ma għadhomx jinxtraw mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11493 u 10701 u jgħid meta mediċina tkun nieqsa fl-istock u b'hekk il-pazjent (jew ħaddieħor f'ismu) ikollu jmur l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kull ġimgħa, jistgħu dawn il-mediċinali (eż. Avonex injections għal Multiple Sclerosis, Clexane injections fit-tqala) jibdew jiġu piled u provduti ta' lanqas għal xahar?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onor. Interpellant japprezza li f'sitwazzjoni ta' stokks baxxi, mhux possibli li tqassam xahar stokk lil kull pazjent għax ir-riżultat aħħari jkun li numru ta' pazjenti ma jinqdewx. Għalhekk il-proposta ta' l-Onor. Interpellant ma tistax tiġi mplimentata f'sitwazzjoni ta' stokks baxxi.
Ninsab informat li kemm l-injections 'Avonex' kif ukoll l-injections 'Clexane' jinstabu in stokk u bħalissa l-pazjenti qed jingħataw stokk ta' xahar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12077 u 11900 u jgħid x'inhi l-lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani:
a) sena b'sena skond is-sena li saret l-applikazzjoni?
b) dar b'dar?
ċ) bħala total?
Jista' l-Ministru jgħid kemm:
a) ambulanzi ġew mikrija mill-Gvern jew mill-Foundation for Medical Services (FMS) fl-aħħar sena?
b) għal-liema perjodu kienu mikrija?
ċ) l-ambulanzi kienu mikrija inkluż id-drivers u impjegati oħra?
d) f'kull każ, kemm kienu l-każijiet kull ġurnata?
e) fl-aħħar sena, kemm tħallsu f'kirjiet totalment?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitlesta l-isptar tal-onkoloġija fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid kemm ser jiġi jiswa u jekk hux ser jinbena f'fażijiet differenti?
Sptar Zammit Clapp — pjanti għal sptar tal-onkoloġija
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il pjanta saret biex jinbidel l-Isptar Zammit Clapp għal sptar tal-onkoloġija? Min kienu l-periti? Kemm-il pjanta tressqet għall-approvazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm tħallsu dawn il-periti?
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin, kemm-il pjanta saret biex jiġi estiż is-servizz tal-onkoloġija fl-Isptar Sir Paul Boffa? Min kienu l-periti? Kemm-il pjanta tressqet għall-approvazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm tħallsu dawn il-periti? Sakemm jitlesta l-isptar tal-onkoloġija x'tibdil mistenni jsir fl-Isptar Sir Paul Boffa ħalli jkun assigurat li fl-ebda ħin ma jkun hemm sospensjoni tas-servizz tal-onkoloġija?
Jista' l-Ministru jassigura lill-poplu Malti u Għawdxi li l-linear accelerator li jipprovdi s-servizz ta' radjuterapija f'każijiet ta' kanċer se jkompli jaħdem b'mod effiċjenti sakemm jitwaħħal wieħed ġdid?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li matul is-sena 2008 kienu jieħdu l-għajnuna supplimentari u matul is-sena 2009 ma baqgħux jieħdu din l-għajnuna?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-età tal-applikanti mhijiex waħda mil-kriterji sabiex jiġi stabbilit min huwa intitolat għal-għajnuna supplimentari. Għaldaqstant ma tinżammx statistika skont l-età.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jieħdu l-għajnuna tal-mard matul is-sena 2008 u sa Settembru 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ benefiċjari li kienu jieħdu l-Għajnuna tal-Mard fl-2008 kienet ta’ 14,332 u Għajnuna tal-Mard fl-2009 sa Settembru kienet ta’ 13,1341.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jħallas b'lura b'mod ġenerali u maqsuma f'sezzjoni sezzjoni b'mod itemised id-Dipartiment tas-Saħħa ? Jista' jgħid jekk jaħsibx li dan id-dejn qed jikkawża riperkussjonijiet, bħal ngħidu aħna prezzijiet iktar għoljin għall-Gvern minħabba l-fatt li jekk aġent jintebaħ li l-Gvern ikun se jdum ma jħallas, iżid fil-prezz ħalli jagħmel tajjeb għall-imgħaxijiet li jkun tilef fuq il-flus li jkun uża biex jixtri dak il-prodott?
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jorganizza l-anzjani f kull home b'tali mod li jagħti l-faċilità li kull home ikollha action committee rappreżentattiv tal-istess anzjani, liema kumitat ikun jista' jieħu sehem fit-tmexxija tal-istess homes?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, bħalissa qiegħed jiġi diskuss x'inhuma l-possibilitajiet u l-forom ta' parteċipazzjoni ta' kif l-anzjani fil-homes ikunu jistgħu jgħinu fit-tmexxija tal-home rispettiva tagħhom.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhu l-livell ta' involviment tal-anzjani fit-tmexxija tal-istess homes fejn huma jgħixu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li għalkemm il-livell ta' involviment tal-anzjani fit-tmexxija tal-istess homes fejn jgħixu mhumiex stabbilit b'mod uffiċjali, l-anzjani kollha għandhom il-faċilita' li jgħaddu s-suġġeriment tagħhom kif ukoll l-ilment tagħhom lil Kap tad-Dar rispettiv tagħhom matul il-ħin ta' l-uffiċju mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Id-Dipartiment għall-Anzjani, bħalissa qiegħed jara x'possibilitajiet hemm u x'inhu l-aħjar mod kif dawn l-istess anzjani jistgħu jinvolvi ruhom fit-tmexxija ta' l-istess homes ta' l-anzjani b'mod uffiċjali.
Ministeru għall-Politika Soċjali — impjegati bit-teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li tgħix f'post ikkundannat, l-Awtorità ta' Djar mhix tieħu l-passi meħtieġa billi tiġi rimedjata din il-problema?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-residenza li jgħix fiha l-persuna kkonċernata, hija proprjeta’ mikrija mingħand il-privat. Xogħlijiet relatati ma’ struttura perikoluża huma responsabilita’ assoluta ta’ sid il-kera u l-kerrej għandu javviċina lis-sid sabiex jitneħħa dan il-periklu.
Informat ukoll li f’każ li s-sid ma jkunx f’pożizzjoni finanzjara li jagħmel it-tiswijiet neċessarji, l-Awtorità tad-Djar għandha skema fejn tgħin finanzjarjament lis-sid sabiex jirrimedja l-problema tal-periklu.
Peress li fi tweġiba parlamentari kien intqal mill-Ministru li hemm eluf ta’ operazzjonijiet tal-ortopedija li qed jistennew biex isiru, u billi rtira l-kirurgu ewlieni ftit xhur ilu bl-età, filwaqt li ieħor se jirtira bl-età wkoll f’dawn il-ġranet u l-Kap tad-Dipartiment se jirtira sitt xhur oħra, jista l-Ministru jgħid jekk il-Gvern talabx lil dawn il-kirurgi sabiex jibqgħu u jestendilhom il-kuntratt biex b’hekk ma nkomplux iniżidu l-waiting list f’dan id-Dipartiment?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1171 u 11253 li oriġinarjament saru lill-Ministru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment u lill-Ministeru għall-Politika Soċjali rispettivament u li issa ġew riferuti lilu, u jgħid jekk iċ-ċittadin Malti għandux dritt iħallas lura bolol għall-perjodi neqsin peress li, per eżempju, wieħed ikun irriżenja mix-xogħol u jkun sab xogħol ieħor xi tliet xhur wara?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-ħlas tal-bolla huwa marbut mad-dħul jew mal-qligħ li persuna ikollha minn impjieg assigurabbli. Għaldaqstant il-ħlas tal-bolla mhux possibli għal perjodu li fih ma hemmx impjieg assigurabbli.