Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħlas lill-pulizija skorta mal-ġarr ta’ murtali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bidla f’rata li biha qed jiġu mitluba jitħallsu l-pulizija għall-iskorta tal-istess pulizija għall-ġarr ta’ nar mill-Kamra tan-Nar għal post tal-ħruq tal-istess murtalli li jkunu qed jinġarru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm reviżjoni b’mod ġenerali dwar ħlas f’każi fejn persuni terzi (third parties) jitolbu servizz ta’ pulizija. Ir-rati bażi (base rates) ġodda bdew jitħallsu minn Settembru 2020. Din ir-reviżjoni saret biex ir-rati jirriflettu aħjar il-livell tas-servizz li jingħata mill-Korp tal-Pulizija u jkunu jirriflettu wkoll dawk ta’ entitajiet oħra fil-pajjiż.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Ħaddiema - telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Bi tweġiba għal din il-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi ma saru ebda spejjeż u lanqas ma sar ebda ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.

Ċentri miftuħa – persuni reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati fiċ-Ċentri miftuħa sal-aħħar ta’ Awwissu 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni reġistrati fiċ-ċentri miftuħa sal-aħħar ta’ Awwissu 2020 huwa kif jidher hawn taħt: Dar il-Liedna – 44 Ħal Far Family Open Centre – 130 Ħal Far Hangar Open Centre – 372 Ħal Far Tent Village – 1,141 Initial Reception Centre Marsa – 115

Mdina u Burmarrad – rapport ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza domestika fil-lokalitajiet tal-Mdina u Burmarrad?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-każ tal-Imdina ma ġewx irrappurtati ka¿ijiet ta’ vjolenza domestika fil-perjodu minn Jannar 2019 sa Settembru 2020. Dwar il-lokalità ta’ Burmarrad fis-sistema tal-Pulizija din inkluża bħala area ma’ San Pawl il-Baħar. Madankollu, jidher illi mit-toroq identifikati fil-lokalità ta’ Burmarrad kien hemm każ wieħed biss ta’ vjolenza domestika, f’dan il-lokal fl-istess perjodu.

Bastimenti marittimi użati mis-CPD – nefqa ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bastimenti marittimi jintużaw mis-Civil Protection Department (CPD) u kemm hi n-nefqa ta’ manutenzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi jintuża bastiment wieħed mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u li n-nefqa għall-manutenzjoni tiegħu din is-sena kienet €14,213.

Armata – bastimenti marittimi rreġistrati – nefqa ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bastiment marittimu hemm irreġistrat mal-armata u kemm hi n-nefqa ta’ manutenzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 16708, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta għandha sittax-il bastiment reġistrat magħha u l-informazzjoni mitluba dwar in-nefqa ta’ manutenzjoni qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt: Sena Nefqa ta’ Manutenzjoni 2018 €1,039,451 2019 €1,029,034 2020 €506,177

Aħrax u Miżieb – multi ta’ kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-multi ta’ kontravenzjonijiet li jingħataw mill-Green Wardens fl-Aħrax u l-Miżieb għal dawk li jiksru l-liġi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-multi li jistgħu jinħarġu mill-Uffiċjali tal-Komunità fl-Aħrax u l-Miżieb għal dawk li jiksru l-liġi (ambjent) huma ta’ mhux anqas minn €150 u mhux aktar minn €350 għal ksur ta’ liġi f`post pubbliku msemmi f`regolament 12, triq, baħar jew spazju fil-miftuħ li ghalih il-pubbliku għandu aċċess, u dik ta’ mhux anqas minn €2329.37 u mhux aktar minn €5823.43 għal ħwejjeġ mormija, żibel, skart, swill, jew kull oġġett ieħor ta' daqs jew kwantità jew kumulu, li meta jitqies waħdu jikkawża ħaġa li ddejjaq, jew li jista' jwassal għad-deterjorament jew tħassir ta' post pubbliku msemmi f'reg. 12.

Għassa Ħ’Attard – ħinijiet tal-ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħin tal-ftuħ tal-għassa ta’ Ħ’Attard għax spiss tkun magħluqa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif kelli ċans nispjega għal iktar minn darba l-vi¿joni tal-Korp tal-Pulizija hi li jkun hemm pre¿enza ikbar ta’ pulizija fit-toroq. Kien għalhekk li fl-aħħar ġimgħat estendejna l-proġett tal-pulizija tal-komunità u fil-baġit għas-sena d-dieħla ħabbarna li se nkomplu nestenduh. Minkejja, dan irrid ngħid li l-għases ewlenin se jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum u fil-ka¿ tar-residenti ta’ Ħ’Attard hija l-għassa ta’ Birkirkara dik l-għassa ewlenija li tkopri bis-servizzi tagħha ż-żona li jgħixu fiha. Dan iwassal biex l-għassa ta’ Ħ’Attard tkun miftuħa skont l-esiġenzi tas-servizz. Dan barra milli r-ronda minn uffiċjali b’vetturi tal-patrol tkompliet. Mal-għassa ta’ Ħ’Attard ġie installat servizz ta’ ‘intercom’ li hu mqabbad 24/7 mal-Control Room fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, minn fejn kull assistenza tingħata skont kif mitlub jew meħtieġ. Ħafna mir-rapporti jistgħu jsiru wkoll permezz tat-telephone jew mezzi elettroniċi oħra. Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed infittxu djalogu mal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard biex nesploraw il-possibbiltà li s-servizz tal-pulizija f’din il-komunità jissaħħah.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16508, jista' l-Ministru jgħid x'valur finanzjarju kellha l-assistenza tal-Forzi Armati ta' Malta lill-Marigold Foundation fl-għawma annwali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2015 u l-2019? Jista' jgħid liema għaqdiet ibbenefikaw mid-donazzjonijiet imsemmija u kemm kienu l-ammont li ħadet kull għaqda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 16748, l-Onorevoli Interpellant għandha tkun infurmata illi l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta marbuta mal-għawma msemmija kienet tinvolvi u¿u ta’ laneċ żgħar jew RHIBs (Rigid Hull Inflatable Boats), li użaw €1,843 fi fuel mifruxin fuq 5 snin (2015 – 2019). Ninsab infurmat li l-għaqdiet li bbenefikaw minn dawn l-għotjiet kienu Europa Donna Malta, Action for Breast Cancer Foundation, Puttinu, Hospice Malta, University of Malta Research, Innovation and Development Trust, Karl Vella Foundation, Women's Cancer Association - Gozo (issa xolta) u Movember International.

Ħ’Attard u Mosta – rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm kien hemm rapporti ta' vjolenza domestika fl-għases ta' Ħ' Attard u l-Mosta, jew f’għases oħra imma b’referenza għal-lokalitajiet imsemmija, u x'passi ttieħdu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li rċeviet il-Pulizija fi kwalunkwe għassa madwar Malta u Għawdex dwar każijiet ta’ Vjolenza Domestika li seħħew fil-lokalitajiet ġewwa Ħ’Attard u l-Mosta, fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2019 u Settembru 2020, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Kif spjegat fi tweġibiet għal mistoqsijiet simili fil-passat, dawn il-każijiet kollha jiġu investigati u fejn jirriżulta ksur tal-liġi, il-persuni responsabbli jittressqu l-Qorti. Dan barra minn azzjonijiet oħra li jistgħu jittieħdu abbażi tal-provedimenti tal-Liġijiet dwar l-istess reat. Lokalità Ammont 2019 Ammont 2020 (sa Settembru) Total Attard 19 20 39 Mosta 31 38 69

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parkeġġi riservati huma kif ġej: Fi Strada Stretta hemm erba’ parkeġġi li huma riservati wieħed għall-karozza tal-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Ligi; ieħor għall-karozza tas-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u Komunitajiet; wieħed għall-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru u l-ieħor għall-Kap tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari. Fi Triq Melita u fi triq il-Mithna hemm b’kollox ħames parkeġġi li jintu¿aw minn karozzi uffiċjali tal-Ministeru u Segretarjati hawn fuq imsemmija. Wieħed jintuża mis-Segretarju Permanenti u/jew mid-Direttur Ġenerali Strateġija u Sapport tal-Ministeru.

Omiċidji fil-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm omiċidji fil-pajjiż mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ omiċidji, li kien hemm bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2020, kien ta’ sitt (6) każi. Każ minnhom kien omiċidju doppju.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16447 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQs 11388 u 11380, li koprew il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Ottubru-Diċembru 2019: 13 il-talba Jannar-Settembru 2020: 69 talba Minn dawn kien hemm 37 talba milqugħa, 44 rifjutati u 1 għadha pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Pulizija ġodda ingaġġati u Pulizija li rtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati pulizija ġodda fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2020 u kemm kien hemm pulizija li rtiraw fl-ewwel 9 xhur tas sena 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Settembru tal–istess sena, ġew ingaġġati sitta u sebgħin (67) membru ġdid fil-Korp tal-Pulizija filwaqt illi tmienja u tmenin (88) membru spiċċaw mill-Korp fl-istess perjodu. Il-maġġoranza ta’ dawk li spiċċaw irtiraw bil-pensjoni, kien hemm raġuni ta’ saħħa jew saħansitra mewt jew kienu pulizija ta’ riserva li ma baqgħux jew ma kellhomx il-kuntratt imgedded. Dsatax (19) -il pulizija biss irriżenjaw.

Korp tal-Pulizija – membri li qed isegwu kors fl-Università ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li bħalissa qegħdin isegwu kors fl-Università ta' Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mill-Korp tal-Pulizija bħalissa hemm tmienja u sebgħin (78) uffiċjal li qegħdin isegwu kors fl-Università ta' Malta. Minn dawn 31 spettur qed isegwu l-kors ‘Diploma in Policing’ fl-Università ta' Malta.

Ħabs — Bord tal-Governanza

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bħalissa l-Bord tal-Governanza fil-ħabs mhux kompost? Jekk mhux korretti, jista’ jgħid meta saru n-nomini u min huma l-persuni nnominati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Bord tal-Governanza tal-ħabs ikun magħruf fil-jiem li ġejjin. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dan hu biss wieħed minn diversi bordijiet li għandhom rwol marbut mat-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li bħalissa għaddejin bil-ħidma tagħhom.

Bord dwar l-Immaniġġar tar-Rijabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bħalissa l-Bord dwar l-Immaniġġar tar-Rijabilitazzoni mhux jiffunzjona stante li ma sarux nomini għalih? Jekk mhux korrett, jista’ jgħid meta saru n-nomini u min huma l-persuni nnominati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord dwar l-Immaniġġar tar-Rijabilitazzjoni kien rikonfermat mill-Ministru.