Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xemxija — Mobile toilets

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta awtorizzatx li jitqiegħed mobile toilet fuq il-bankina ħdejn is-siġar taż-Żebbuġ, fil-bajja tax-Xemxija? Min poġġa dan il-mobile toilet, u xi ħlasijiet qed jingħataw għal dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma tat l-ebda awtoriżżazzjoni sabiex jitqiegħed mobile toilet fuq il-bankina ħdejn is-siġar taż-żebbuġ, fil-bajja tax-Xemxija.

Transport Malta — inspectors tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inspectors tat-toroq jaħdmu ma' Transport Malta? Kemm ġew ingaġġati kull sena mindu twaqqfet Transport Malta inkluż l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kif ġew ingaġġati u xi kwalifikazzjonijiet huma meħtieġa biex tiġi magħżul? Minn liema lokalitajiet huma l-persuni li ġew ingaġġati minn Transport Malta bħala inspectors tat-toroq? Hemm minn dawn l-inspectors tat-toroq li ġew imressqa quddiem il-Qorti mill-Pulizija u instabu ħatja ta' atti kriminali? Jekk iva, kemm u kemm minnhom weħlu l-ħabs?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu peress illi Transport Malta ma' timpjegax "inspectors tat-toroq."

Howard Gardens — Tneħħija tal-Playing field biex isir parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35425 u jinforma jekk hux minnu jew le li l-playing field tal-Howard Gardens se titneħħa biex issir aċċess għall-parking?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandi l-ebda informazzjoni dwar dak li qed jgħid.

Imġarr Għawdex — Yacht Marinas - estensjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33315, jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-estensjoni li saret fil-yacht marina tal-Imġarr Għawdex? Minn min saret? Kemm inħolqu rmiġġi ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-estensjoni li saret s’issa hi minħabba li l-pontoons ittawwlu. Din l-estensjoni saret minn Harbour Management Limited, l-operatur tal-marina, u żdiedu b’madwar 30 berth..

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35430 u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Transport Malta — soqfa tal-uffiċini

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30501, jista' l-Ministru jindika x-xogħlijiet li saru sal-lum fid-direttorat tal-Land Transport? Jista' jgħid x'tip u min esegwixxa dawn ix-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta kienet ħarġet tender għal servizzi ta’ konsulenza u surveys għas-soqfa kollha tal-uffiċini tal-Licencing & Testing Department f’Hornworks Ditch. Dan it-tender kien ingħata lill-perit Pierre Farrugia. Rapport dettaljat li jinkludi testijiet li saru u rakkomandazzjonijiet għal tiswijiet ġie mgħoddi lil Transport Malta. Ix-xogħlijiet, li saru f’żewġ fażijiet, bdew b’mod immedjat u kienu jikkonsistu fil-bdil ta’ xorok tal-ħadid f’Hall B u tiswijiet ta’ ħsarat oħra f’Halls A, B u C. Ix-xogħlijiet saru minn M.C Deguara Bld.Contractors..

Gozo Channel — uffiċini fiċ-Ċirkewwa

Question

Peress li l-proġett taċ-Ċirkewwa ħoloq konvenjent għall-uffiċini tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx Transport Malta li għamlet tajjeb sabiex jingħataw uffiċini temporanji? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta kellhiex toħroġ xi tip ta' kumpens jew kellhiex tagħmel tajjeb għal dan b'nefqa ta' kirjiet sabiex l-kumpanija tal-Gozo Channel ikollha minn fejn topera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-uffiċini minn fejn kienet topera l-Gozo Channel kellhom jitwaqqgħu kif ippjanat bħala parti mill-proġett taċ-Ċirkewwa. Waqt ix-xogħlijiet, il-Gozo Channel ġew ipprovduti minn Transport Malta b’uffiċċju operattiv ġewwa ‘t-tinda’ temporanja sabiex jipprovdu servizz lill-passiġġieri li jgħaddu minn dan it-terminal. Dan sar bi ftehim mal-Gozo Channel u ma kienx jinkludi xi ħlas ta' kumpens jew kirjiet ta’ uffiċini.

Freeport — allegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, in kwandu jirrigwarda l-allegazzjonijiet da parti tas-CO tad-Direttorat tal-Infurzar ta Trasport Malta ġewwa l-Freeport, li rrżultaw in fondati u bla bażi, x'passi se jittieħdu/jew ġew meħuda fil-konfront tal-istess uffiċċjal li għandu wkoll konnessjoni mal-istess Freeport?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.

Transport Malta — marina tal-Gżira Gardens

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27640, peress li l-Ministru kien ikkonferma li l-unika marina li għandha Transport Malta hija dik ta' Gżira Gardens, għaldaqstant, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma min kien responsabbli għat-tmexxija ta' Tignè Marina għall-perjodu ta' bejn Jannar 2011 sal-15 ta' Lulju 2011? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont ta' kemm tħallsu f'berthing fees għall-perjodu msemmi, kemm inġabru fi ħlas għas-servizz ta' dawl u ilma? Jista' jagħti rendikont ta' kemm daħlu yachts u opri tal-baħar fil-marina msemmija matul il-perjodu aktar 'il fuq indikat u dan kemm-il darba l-marinas tal-Imsida u Ta' Xbiex ġew privatizzati fis-sena 2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bejn Jannar 2011 sa Ġunju 2011 il-berths ta' Tigne' kienu taħt it-tmexxija ta' Transport Malta. Ma kien hemm l-ebda berthing fees għal dan il-perijodu.

yachts fil-marina — servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, rendikont li jirrigwarda l-ħlas għas-servizz provdut ta' dawl u ilma lis-sidien tal-yachts fil-marina ta' Tignè matul is-snin 2009 sa 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Tibdil fil-bus shelters minħabba s-sħana tas-sajf

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35328 u cioè: Peress li ħafna mill-bus shelters li għandna fil-lokalitajiet f'Għawdex u Malta mhux addatati biex joffru kenn mix-xemx peress li huma trasparenti, u peress li issa bidet is-sħana u allura x-xemx tkun taħraq ukoll dawn is-shelters mux idoneji għal din it-tip ta' klima, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Ħaddiema fix-xogħol ta' kostruzzjoni tal-Parlament il-Ġdid, Bieb il-Belt u Teatru

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35595, jista' l-Ministru jwieġeb għat-tieni parti tal-mistoqsija oriġinali u cioè kemm mill-403 persuna li qed jaħdmu fil-proġett tal-Parlament il-ġdid, Bieb il-Belt u t-teatru huma Maltin u kemm huma ta' nazzjonalità barranija? Kemm mill-ħaddiema ta' nazzjonalità barranija huma ċittadini ta' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Tagħrif speċifiku lill-Kuċċiera

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35707, jista' l-Ministru jassigura li l-kuċċiera kollha tal-karozzin, jekk ma jingħatawx tagħrif speċifiku, jingħataw informazzjoni bażika għaliex riċentament, wieħed mill-kuċċiera instema' jgħid b'vuċi għolja deskrizzjoni tal-monument tal-Gwerra bħala l-Monument tal-Indipendenza?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.

Transport Malta — Aviation Group - Call Centre

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34890, jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu, u jekk huwa l-każ, kemm qed jinħarġu fondi mill-budget ta' Transport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32598.

Bormla u Wied il-Għajn — servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa u s-servizz tat-trasport pubbliku bejn Bormla u Wied il-Għajn jerġa' jkun kif kien sa ftit ilu, u cioè li mhux is-servizz bejn dawn il-lokalitajiet jieqaf fit-8.00 p.m.?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

San Ġiljan u Tas-Sliema — rotta ċirkulari

Question

Jista' l-Ministru jara li l-karozza ċirkulari li konna drajna sa Lulju 2011 terġa' tibda għar-residenti kemm ta' San Ġiljan u Tas-Sliema? Għaldaqstant, jista' l-Ministru jinfurmani meta dan is-servizz se jerġa' jitħalla jibda? Min se jagħmel dan is-servizz u r-rotot ġew stabiliti mal-kunsilli rispettivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Transport Malta — investigazzjoni fuq parking space il-Mosta

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jinvestiga jekk is-sinjali li jidhru fir-ritratt li qed jintbagħat separatament, fejn jidher li quddiem garaxx hemm żewġt postijiet ta' parkeġġ riservati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma' tapprovax kaxxi sofor quddiem garaxxijiet fejn hemm vetturi bil-mutur minħabba li, skont il-liġi, ma' jistax isir ostaklu quddiem garaxx, u kaxxi sofor huma kaxxi ta' parkeġġ bħal kaxxi bojod. Infurmat ukoll li Transport Malta se tinforma b'dan lill-Kunsill Lokali u toħroġ enforcement notification.

Maintenance Technician Course — success rate tal-eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35714 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hi s-success rate tal-istudenti li qagħdu għall-eżamijiet tas-sena kurrenti 2011/2012 tal-Kors tal-Mcast li jismu Maintenance Technician Course (leading to part 66 cat b 1.1)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għad m’għandhiex statistika tal-eżamijiet tas-sena kurrenti 2011/2012 tal-kors tal-MCAST li jismu Aircraft Maintenance Technician Course leading to Part 66 Cat B1 and B2.

Mosta — Triq il-Farinall - xogħol fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid taħt min taqa' r-responsabiltà ta’ Triq il-Farinall Mosta? Jista' jgħid meta se ssir din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.15085.

Transport Malta — bagi u pontoons għall-cruiseliners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il notifika rċeviet Transport Malta biex cruiseliners jorbtu mal-bagi jew mal-pontoons f’Għawdex? Meta rċeviethom? Fejn se jorbtu u meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bejn l-aħħar tas-sena l-oħra u l-bidu ta’ din is-sena Transport Malta rċeviet 16-il notifika biex cruise liners jankraw viċin Għawdex, prinċiparjament barra l-port tal-Imġarr. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji.