Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu taħt l-iskema tal-Community Work Scheme fis-snin 2020, 2021 u 2022 u kemm kull sena daħlu ħaddiema ġodda fl-istess?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li kienu jaħdmu taħt l-iskema tal-Community Work Scheme fis-snin 2020, 2021 u 2022 (figuri sal-aħħar ta’ Dicembru) u kemm daħlu ġodda kull sena huma mniżżla fit-tabella t’ hawn taħt:
Sena
Numru ta’ ħaddiema
Ħaddiema ġodda
2020
1030
166
2021
981
31
2022
1155
240
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2888, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid fl-2020, 2021 u sal-aħħar ta' Ġunju 2022, kemm kienu l-barranin li kellhom il-permess jaħdmu f'Malta, f’liema setturi ta' xogħol kienu u qegħdin jaħdmu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-Grievance Unit imwaqqfa mill-Bank Ċentrali ta' Malta, u li l-persunal tal-Bank kien infurmat dwar din il-unit b'ittra datata 9 ta' April 2014, u li kellu jħares lejn l’hekk imsejħa inġustizzji li saru fis-seba' snin qabel il-31 ta' Marzu 2014, jista’ l-Ministru jgħid:
a) min kienu l-membri ta' din il-Grievance Unit;
b) fuq liema kriterji ntgħażlu dawn il-membri;
ċ) kemm kienu l-persuni b'kollox li ngħataw ħlasijiet wara l-konklużjonijiet tal-istess Unit;
d) kemm kienet in-nefqa totali tal-Bank fuq dawn l’hekk imsejħa inġustizzji; u
e) kemm kien il-ħlas li ngħata lill-membri ta' din il-Unit għall-qadi ta' dan id-dmir?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kottonera – Kumpless Sportiv — Proġett għall-bini ta’ park ta’ avventura għall-familja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress sabiex il-proġett imsemmi fil-Baġit għas-sena 2020, li jinbena park ta’ avventura għall-familja kollha fil-Kottonera fiż-żona tal-Kumpless Sportiv, ikun jista’ jibda x-xogħol għalih?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ ta’ nazzjonalità Maltija ta’ età bejn 16 u 30 sena bejn is-snin 2013 u 2022 li f’xi perjodu minn dan kellhom impjieg reġistrat f’Malta jew Għawdex u mbaghad ma baqgħux reġistrati fl-ebda impjieg u lanqas kienu/qegħdin jirreġistraw għax-xogħol?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, skont il-formoli tal-bidu tal-impjieg, in-numru ta’ żgħażagħ ta’ nazzjonalità Maltija, li kellhom impjieg f’Malta jew Għawdex bejn is-snin 2013 u 2022, u kellhom l-età ta’ bejn is-16 u 30 fil-perjodu rispettiv kien ta’ 114,751. Kull persuna ngħaddet darba biss.
Minn dawn il-persuni 18,015-il persuna m’għandhomx impjieg irreġistrat u lanqas kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol sal-aħħar ta’ Diċembru 2022. Ir-ragunijiet għal dan jistgħu jkunu diversi, inkluż li jkunu komplew bl-istudji tagħhom.
Marsaskala, Żejtun, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk — Popolazzjoni anzjana
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-aħħar statistika li għandu, kemm hu n-numru ta’ residenti anzjani minn 60 sena ‘il fuq li jgħixu fil-lokalitajiet ta’ Marsaskala, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk separatament u maqsumin skont l-etajiet tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt.
Numru ta' persuni li jgħixu fil-lokalitajiet ta’ Marsaskala, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk skont l-età
EtàLokalitàTotal
Iż-ŻejtunĦal GħaxaqMarsaskalaMarsaxlokk
60-648923238332962,344
65-697793307112402,060
70-748032996662221,990
75-795652124321391,348
80-843329923769737
85-892087014643467
90-946423529148
95+1338226
Total3,6561,3593,0851,0209,120
Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex jigi protett il-konsumatur in vista tal-fatt li membri varji mill-komunità kummerċjali sabu li numru ta’ banek qegħdin ineħħu kontijiet bankarji b’deċiżjonijiet unilaterali mingħajr ma jkun ingħata pre-avviż?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MFSA ma rċevietx ilmenti f'dan ir-rigward.
Madankollu, jekk kemm-il darba l-Awtorità tiġi a konjizzjoni ta' prattiċi li jippreġudikaw kljienti ta’ servizzji finanzjari jew tirċievi lmenti f’dan is-sens, din tieħu l-passi neċessarji skont il-każ u s-setgħat mogħtija lilha skont il-liġi viġenti.
Jista' l-Ministru tal-Finanzi jgħid kemm minn dawk li ntbagħtilhom ċekk ta' €150 għax jaqilgħu minn €20,000 gross fis-sena u f'ħinijiet atipiċi umani huma:
a. Maltin;
b. UE 3;
c. nazzjonalità oħra (TCN's)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitlubha tinsab fit-tabella t’ hawn taħt:
Nazzjonalita
persuni
Maltin
15,225
ue
2,532
Nazzjonalita’ oħra (TCNs)
6,859
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx master plan jekk tsunami jolqot lil Malta? Hemm master plan iddedikat għal kull parti tal-gżejjer Maltin inkluż Għawdex? Hemm pjan għal siti sensittivi bħal Powerstation, Port Ħieles, Tanking taż-Żejt, Reverse Osmosis u siti oħra COMAH? Jekk iva meta ġew aġġornati l-aħħar? Hemm żmien speċifiku meta dawn jeħtieġ li jiġu riveduti skont id-Direttiva SEVESO?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-catering, inklużi ristoranti u lukandi li jaqilgħu aktar mill-paga medja skont l-aħħar statistika li ħarġet mill-NSO?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarriġ dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS).
Is-salarju inħadem abbazi tal-basic salary annuali (
average annual basic salary
). L-ammonti ma jinkludux dħul minn
overtime, bonuses
jew
allowances
.
In-numru ta’ impjegati li jaħdmu fis-settur tal-catering, inkluzi ristoranti u lukandi u li jaqilgħu aktar mill-paga medja fl-ewwel 9 xhur ta’ sena 2022 hu ta’ 2,367 persuna. Din tinkludi kemm impjegati li jaħdmu full-time u anke part-time jew full-time with reduced hours.
Din l-informazzjoni mhix disponibbli għal persuni li jaħdmu għal rashom.
Air Malta – ħlas għas-servizzi ġodda ta’ ground handling
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed tħallas l-Air Malta għal servizzi ġodda ta' ground handling Aviation Services Handling Services Limited?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-servizz il-ġdid ta’ ground handling li qed jiġi provvdut minn Aviation Services Handling Services Limited fl-ajruport ta’ Malta, l-Air Malta qiegħda tħallas il-prezz tas-suq li huwa komparabbli ma dak li l-Air Malta tħallas f’ajruporti oħra fl-Ewropa, u huwa inqas minn dak li l-Air Malta kienet qiegħda tħallas meta is-servizz tal-ground handling kien qiegħed jingħata in-house.
Air Malta – impjegati jew maniġer li huma azzjonisti fil-kumpanija ġdida tal-ground handling tal-Airmalta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk xi impjegat jew maniġer tal-Air Malta huwiex azzjonist tal-kumpanija l-ġdida tal-ground handling fl-Air Malta "Aviation Services Handling Services Limited"?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoil Interpellant illi ma hemm l-ebda impjegat jew maniġer tal-Air Malta li huwa azzjonist tal-kumpanija l-ġdida tal-ground handling Aviation Services Handling Services Limited.
Air Malta – shareholders li huma impjegati mal-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx shareholders li huma impjegati mal-Air Malta fi ħdan il-kumpanija Aviation Services Handling Services Limited li tipprovdi ground handling lill-Air Malta li qed jibbenefikaw finanzjarjament minn profitti li tagħmel din il-kumpanija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellan illi ma hemm l-ebda shareholders li huma impjegati mal-Air Malta fi ħdan il-kumpanija Aviation Services Handling Services Limited, li tipprovdi ground handling lill-Air Malta, u li qed jibbenefikaw finanzjarjament minn profitti li tagħmel din il-kumpanija
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus fil-kumpanija Air Malta Aviation Services mwaqqfa minn ex Ministruli d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament? Jista' jagħti rendikont dettaljat fejn dawn il-fondi kienu użati u għal xiex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’din il-kumpanija ġew investiti 5.02 miljun.
Air Malta Aviation Services – investigazzjoni għal użu ta’ fondi
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li qed issir investigazzjoni b’rabta mal-użu ta’ fondi użati għall-kumpanija Air Malta Aviation Services? Jista’ jgħid jekk ingħatax lill-Kummissarju tal-Pulizija għal aktar investigazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda investigazzjoni b’rabta mal-uzu ta’ fondi uzati għall-kumpanija Airmalta Aviation Services.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati bħala ħaddiema tal-platform f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma ta' nazzjonalità Maltija? Kemm huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi? Kemm huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus ma jkollhiex informazzjoni ta’ kemm hawn ħaddiema li joffru servizz/xogħol fuq pjattaforma diġitali (platform) f'Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jikkonferma li ebda impjegat ma ġie trasferit lill-employer ġdid bl-istess kundizzjonijiet jew xogħol minħabba trasferiment ta' negozju fir-rigward ta' xi tender tal-Gvern li biddel l-employer li rebaħ l-offerta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.