Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fis-Siġġiewi li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta li ma jaħdmux full-time imma għandhom iktar minn impjieg wieħed part-time? Jista’ jagħti t-total skont il-ġeneru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ħaddiema b’iktar minn impjieg wieħed part-time — Ħlas ta’ taxxa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika jew il-prassi dwar il-ħlasijiet tat-taxxa għal dawk il-persuni li ma jaħdmux full-time imma għandhom iktar minn impjieg wieħed part-time u li fil-fatt ikunu qed jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa jew viċin? Jista’ jgħid ukoll x’alternattivi għandhom dawn il-persuni biex iħallsu t-taxxa b’mod regolari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jipprovdi rata ta’ taxxa ta’ 10% fuq xogħol part-time jekk il-persuna konċernata għandha wkoll impjieg full-time jew hi pensjonanta jew qed tistudja full-time. Din ir-rata tapplika wkoll f’każ ta’ persuna li għandha biss xogħol part-time jekk din tkun miżżewġa u l-konjuġi tagħha għandu/għandha xogħol full-time jew pensjoni jew qed tistudja full-time. Fejn dan li semmejna ma japplikax, il-liġi tipprovdi li d-dħul mix-xogħol part-time jiġi ntaxxat bir-rati normali tat-taxxa.
Fejn il-persuna tikkwalifika kif semmejna, ir-rata ta’ 10% tapplika fuq id-dħul mix-xogħlijiet part-time kollha li għandha, iżda sa massimu totali ta’ €10,000 f’każ ta’ impjiegi u €12,000 f’każ ta’ self-employment. Fejn id-dħul jeċċedi dan il-massimu, id-differenza tiżdied mad-dħul l-ieħor tagħha biex tiġi ntaxxata bir-rati normali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fuq il-kotba ta’ KM Malta Airlines sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f’liema grad jew skala qegħdin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
GradeHeadcount
Executive Chairman1
Board Director2
Chief Officer4
Director5
Head16
Manager / Specialist36
Senior Executive19
Executive16
Officer5
Pilot97
Cabin Crew177
Engineer58
Total436
It-total ta’ ħaddiema f’termini ta’ FTE huwa ta 402.
Ministeru għall-Finanzi – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28680 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) wara s-sentenza tal-Qorti tal-Appell li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u min se jħallas l-ammont imponut mis-sentenza tal-Qorti? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29111.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26670, 28510, 28779 u 28972 u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta u kemm tħallsu pagi, xahar b'xahar, mill-ġurnata li fiha għalqet l-Airmalta sal-aħħar ta’ Frar 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27800 u 28120 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Prim Ministru rispettivament u jgħid kemm ġiet tiswa l-karozza tal-linja li ġiet mikrija f’Għawdex għall-membri kollha tal-Kabinett, nhar it-Tnejn 7 ta’ April ta’ din is-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm dħul mit-Taxxa tas-Suċċessjoni matul dawn l-aħħar ħames snin u possibbilment dawk ta’ matul is-sena 2025 sal-aħħar ta' Mejju?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex rigward is-snin 2020-2024, jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 25799.
Rigward is-sena 2025 sal-aħħar ta’ Mejju, l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella ta’ hawn taħt:
SENA
DHUL (
CAUSA MORTIS
) (PROPRJETÀ)
€
DHUL (CAUSA MORTIS) (ISHMA)
€
2025(sa Mejju)
12,825,119.95
1,133,035.65
Il-Belt, Valletta — Monte di Pietà - Deheb depożitat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deheb iddepożitat fil-Monte di Pietà, il-Belt Valletta, sal-aħħar tas-sena 2024, x’inhu l-valur komplessiv tiegħu, u jindika wkoll l-eqdem rahan?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà sal-aħħar tas-sena 2024 kien ta’ 1,729.
Il-valur komplessiv m’huwiex ta’nteress nazzjonali minħabba raġunijiet ta’sigurtà.
L-eqdem rahan imur lura għas-26 ta’ Marzu 1984.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27817, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex iż-żgħażagħ telqu minn Malta? Jista’ jgħid ukoll dawk iż-żgħażagħ li ġew Malta, kenux Maltin jew barranin? Jekk huma Maltin, jista’ jgħid ukoll meta telqu minn Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nibda billi nirrimarka li l-Onor. Interpellant użat tweġiba għal mistoqsija parlamentari oħra biex tipprova tqarraq, u tiżgwida lill-pubbliku dwar data li hija diġà aċċessibbli għal kulħadd.
Ninnota wkoll illi, in-narrativa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet imgiddba wkoll mill-Fact Check tat-Times of Malta, ippubblikat il-Ħamis 16 ta’ Jannar 2025, li kopja ta’ dan l-artiklu qed inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Intant, ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-NSO ma tiġborx data dwar ir-raġuni kif qed jintalab fl-ewwel parti tal-mistoqsija tagħha. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, data li pprovda l-NSO tirreferi għas-snin kif indikat eż: persuna li tkun telqet minn Malta fi kwalunkwe perjodu matul l-2023, bl-intenzjoni li tibqa’ barra minn Malta għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar tkun meqjusa bħala emigrant għas-sena 2023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26670, 28510 u 28779 u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta u kemm tħallsu pagi, xahar b'xahar, mill-ġurnata li fiha għalqet l-Airmalta sal-aħħar ta’ Frar 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Is-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku — Kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provvista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku kull sena minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet eċċ. provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż (kuntratt taħt il-proċedura negozjata) ippubblikat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24481.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta tibda tinqata’ t-taxxa fuq studenti full-time li jkunu qed jaħdmu wkoll?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jipprovdi eżenzjoni fuq kull għotja ta’ stipendju jew manteniment imħallas lil student mill-Gvern jew xi istituzzjoni tal-Gvern.
Iżda jekk student full-time jkun qed jaħdem dan jiġi suġġett għat tassazzjoni bir-rati normali.
Għaldaqstant student full-time li qed jaħdem jibda jħallas it-taxxa taħt ir-rati normali jekk id-dħul tiegħu jkun ta’ aktar minn €12,000 (dan japplika jekk l-istudent jiġi ntaxxat bis-single rates, li aktarx ikun il-każ). Dan ifisser li fuq l-ewwel €12,000 ma jħallas xejn.
Madankollu, student full-time, jista’ japplika r-regoli tal-part-time jekk ikun qed jaħdem part-time (u reġistrat hekk ma’ Jobsplus) u dħul tiegħu jkun wieħed sostanzjali. Dawn ir-regoli jipprovdu rata ta’ taxxa ta’ 10% sa massimu totali ta’ €10,000 f’każ ta’ impjieg u €12,000 f ’każ ta’ self-employment. Fejn id-dħul jeċċedi dan il-massimu msemmi (€10,000 jew €12,000 skond il-każ), id-differenza tiġi ntaxxata bir-rati normali u għalhekk bil-komputazzjoni singola l-ewwel j€12,000 (fuq l-€10,000 jew it-€12,000) ma jkunux intaxxati. Wieħed ikun jaqbillu japplika dan il-metodu tal-part-time (10%) jekk id-dħul tiegħu ikun jaqbeż il-€17,600.
Skema tal-€500 għal kull wild li jkompli l-iskola wara s-snin obbligatorji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur bbenefika mill-iskema tal-€500 għal kull wild li jkompli l-iskola wara s-snin obbligatorji għas-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll min jibbenefika minn dan il-fond f’każijiet fejn il-ġenituri ma jkunux legalment miżżewġin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26670 u 28510 u u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta u kemm tħallsu pagi, xahar b'xahar, mill-ġurnata li fiha għalqet l-Airmalta sal-aħħar ta’ Frar 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.