Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel fir-rigward ta’ manteniment tas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ u kif qed jassigura li d-drenaġġ ma jikkontaminax bajjiet u/jew xtut Maltin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha programm estensiv ta’ moniteraġġ u manteniment preventiv speċjalment fl-inħawi tax-xtajta. Riżultati min kampjuni li jittieħdu kull gimgħa juru li l-kwalita’ tal-baħar hija eċċellenti fl-akwati kollha għal dawn l-aħħar sittax –il ġimgħa konsekuttivi. Dan juri li l-attenzjoni li qed tagħti l-Korporazzjoni hija adekwata u sodisfaċenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm lil Enemalta biex l-uplighters li jdawwlu l-faċċata tal-Knisja ta' San Mark li kienu twaħħlu minn din l-entità biex iddawwal wirt kulturali fi Triq Santu Wistin jerġgħu jinxtegħlu peress li dawn ilhom maqtugħin minn Settembru 2016? Jekk il-manutenzjoni tagħhom ma taqax taħt il-kompitu tal-Enemalta, għalkemm kien proġett ta' din l-entità, liema dipartiment irid jagħmel tajjeb għall-ispiża pubblika?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-proġett tat-tisfija tal-ilma tad-drenaġġ, magħruf anke bħala new water, u l-provvediment ta’ dan l-istess ilma lill-bdiewa, jista’ l-Ministru jara li dan l-ilma jitwassal anke lill-bdiewa li jaħdmu r-raba’ tagħhom fiż-żona tat-Torri l-Aħmar, fiż-żona ta’ Wied Musa (qrib iċ-Ċirkewwa) u anke fiż-żona tal-Aħrax tal-Mellieħa? X’inhu l-proċess li għandu jagħmel bidwi biex jibda jgawdi minn dan l-ilma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħalissa qed tagħmel studju fuq il-possibiliajiet li l-inħawi msemmijin jiġu pprovduti b’dan l-ilma vis a vis il-volum totali ta’ ilma li jista’ jiġi prodott kif ukoll inħawi oħra li diġa huma inklużi fill-proġett li qed jiġi propost għal-fondi tal-Unjoni Ewropeja.
Applikazzjonijiet minn bdiewa biex jibdew jagħmlu użu mis-second class water
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet minn bdiewa sabiex jibdew jagħmlu użu mis-second class water li qed jiġi prodott wara t-tisfija tad-drenaġġ bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ Ġunju 2017? Jista’ l-Ministru jelenka anke l-lokalitajiet minn fejn huma dawn il-bdiewa u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet minn dawn li ġew approvati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rċevit 52 applikazzjoni bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t’30 ta’ Ġunju 2017. Dawn l-applikazzjonijiet ġew kollha approvati u l-lokalitajiet minn fejn huma dawn il-bdiewa huwa kif ġej:
Lokalita
Numru t’applikazzjonijiet
Birkirkara
1
Ħad-Dingli
1
Ħal-Għaxaq
1
L-Imġarr
19
Mellieħa
20
Mosta
2
Naxxar
4
San Pawl il-Baħar
3
Ħaż-Żebbuġ
1
Total
52
Enemed – tnaqqis fl-emissjonijiet minn użu ta’ diesel
Question
Meta nafu li wieħed mill-akbar sorsi ta’ tniġġis hu d-diesel li jintuża fl-inġenji tal-kostruzzjoni u karozzi, fost oħrajn, jista’ l-Ministru jispjega x’qiegħda tagħmel il-kumpanija Enemed biex tnaqqas l-emissjonijiet minn dan is-sors ta’ fjuwil?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumpanija Enemed sa mill-ewwel ġurnata ta’ t-twaqqif tagħha bdiet tibni l-istrateġija għall-ġejjieni primarjament iffukata fuq l-ewwel ħames snin. Wara ħafna snin fejn il-firxa ta’ prodotti li kienet timporta għas-suq lokali kien dejjem l-istess, jiġifieri EN228 – Petrol u EN590 – Diesel, bdiet taħdem biex tiżviluppa u tintroduċi prodotti ġodda u aħjar għal konsumatur. Dan setgħet tagħmlu billi waqqfet dipartiment ġdid tal-Quality Assurance u impjegat magħha chemist biex tibda’ tagħmel ukoll riċerka u żvilupp ta’ prodotti ġodda. Għamlet ukoll investiment ta’ aktar minn €300,000 f’laboratorju ġdid. Konxja mill-fatt li sors ewlieni ta’ t-tniġġiż tal-arja ġej mill-emissjonijiet mill-karozzi privati u inġenji ta’ kostruzzjoni, il-kumpanija bdiet tagħmel ir-riċerka sabiex tiżviluppa prodott li jkollu emissjonijiet inqas.
Id-Diesel EN590 skont ir-regoli tar-REWS għandu jiġi miżjud b’ammont ta’ mhux aktar minn 7 fil-mija ta’ addittiv ta’
biofuel
li jkun ġej minn sors rinovabbli biex jintlaħaq it-
target
Nazzjonali ta’
Renewables
, hekk kif stipulat mill-Kummissjoni Ewropea. Minħabba l-prezzijiet fis-swieq internazzjonali ta’ additivi rinovabbli, l-aktar prodott irħis li jinstab fuq is-suq huwa il-“Biodiesel” jew teknikament FAME . Dan il-“Biodiesel” huwa wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ tniġġis peress li ma jinħaraqx kollu fil-magna tal-karozza u jispiċċa joħrog bħalha duħħan iswed li fil-fatt jispiċċa iżid il-“particulate matter” fl-arja.
L-Enemed permezz tar-riċerka li għamlet, identifikat prodott li m’għandhux din il-karatteristika u jinħaraq kollu mingħajr ma jagħmel ħsara lil magni tal-karozzi u jiġġenera duħħan. Il-prodott il-ġdid li l-Enemed tagħtu l-isem ta’ E-Diesel huwa filfatt l-ekwivalenti ta’ ‘super diesels’ li jinbiegħu fil-pajjiżi Ewropej li huma ta’ kwalita superjuri għad-diesel normali. Dawn is-
super diesels
huma magħrufa li jagħtu
performance
tal-magna aħjar, fejn jonqsu l-emissjonijiet sa 30 fil-mija u l-karozza żżid l-effiċjenza tagħha u għalhekk taħli sa 20 fil-mija anqas fjuwil.
Għalkemm dawn is-
super diesels
barra minn Malta jqumu aktar mid-diesel normali, l-Enemed fuq direzzjoni mix-
shareholder
tagħha ddeċidiet li tbiegħu bl-istess prezz tad-diesel l-antik u tassorbi ż-żieda fil-prezz hi. Għalhekk minn Jannar ta’ din is-sena l-kumpanija waqqfet il-bejgħ tad-diesel normali u qalbet għall-E-Diesel, li kif semmejt huwa prodott ta’ kwalità superjuri li hu aktar effiċjenti u naqqas bil-kbir l-emissjoniet ta’ duħħan u trab iswed.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’qed tagħmel l-Enemed fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex issaħħaħ is-servizz tar-refuelling tal-ajruplani, issa li nafu li n-numru ta’ ajruplani li jġibu t-turisti f’pajjiżna żdied u mistenni jkompli jiżdied?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta l-kumpanija Enemed ħadet f’idejha l-operazzjoni tar-refuelling tal-ajruplani fl-Ajruport Internazzjonali għamlet analiżi biex tara f’liema stat jinsab l-apparat u l-infrastruttura tal-faċilità tagħha. Irriżulta li mill-għaxar bowzers tal-fuel li kellha, l-aktar wieħed ġdid kellu l-fuq minn għaxar snin filwaqt li l-maġġoranza tal-bowsers kienu jqarrbu l-għoxrin sena. L-impjant tal-ħażna tal-fjuwil fl-ajruport kien laħaq kważi l-maximum capacityu s-sistemi tal-IT kienu antikwati u ma jilqgħux għall-ħtiġijiet tal-llum. Prattikament, l-investiment li sar tul dawn l-aħħar 25 sena kien kważi xejn.
Għalhekk ġie deċiz li b’mod immedjat tibda’ tinbidel il-flotta ta’
bowsers
li jintużaw għal “
fuelling
tal-ajruplani”. Sal-llum, ġew
refurbished
l-għaxar
bowser
, inġieb wieħed
second hand, fully refurbished
bowser
biex in-numru tela’ għal-ħdax u sal-bidu tas-sena d-dieħla jaslu tlett
bowsers
ġodda b’investiment ta’ €1.5 miljuni. Dawn il-
bowsers
flimkien mal-flotta l-ġdida se jiggarantixxu
turnaround time
aħjar biex ir-
r
efueling
tal-ajruplan isir fi żmien iqsar.
Fil-bidu ta’ din is-sena l-Enemed ħarġet ukoll tender sabiex il-ħażna tal-fuel tiġi mibdula kompletament fejn se jitneħħew it-tankijiet eżiztenti u jiġu mibdula b’tankijiet ikbar. B’hekk fejn għandu x’jaqsam mal-ħażna, l-Enemed se jkollha l-kapaċità li tilħaq id-domanda għal għoxrin sena li ġejjin. Hu stmat li dan il-proġett se jqum madwar €15-il miljun u x-xogħol antiċipat li jibda’ lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
L-Enemed ukoll nidiet proġett biex tinbidel is-sistema tal-IT kollha u tiġi installata sistema tal-aħħar teknoloġija. Dan il-proġett se jqum madwar €100,000 u l-proċess kollu mistenni jitlesta wkoll sa l-aħħar tas-sena.
Minbarra hekk, b’kollaborazzjoni u bi qbil mal-GWU, se jibda’ xift ġdid tal-ħaddiema bi prova għal sena fejn b’dan ix-xift kemm il-work/life balance tal-ħaddiema se jkun aħjar u kif ukoll jitjieb b’mod sostanzjali s-servizz lejn l-operaturi tal-ajru.
Filwaqt li għaddej dan kollu, l-Enemed se tkun qed tikkummisjona studju ta’ ‘’Business Process Re-Engineering” sabiex tagħmel ċert li tibqa’ taqdi l-ħtiġijiet tal-klijenti tagħha fil-futur u b’hekk tkun qed tiggarantixxi lil pajjiż li wieħed mill-pilastri tal-ekonomija jibqa’ jiġi moqdi kif suppost.
Jista’ l-Ministru jispjega x’għamlet u x’qed tagħmel l-Enemed biex tiggarantixxi kwalità ta’ fjuwils superjuri u li din tibqa’ konsistenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-Enemed irrivediet il-proċessi ta’ kwalità tagħha għar-rigward tal-fuels sabet li għalkemm kienu jsiru xi testijiet fuq il-prodotti meta jitgħabba l-vapur mingħand is-supplier u anke meta jasal Malta, dawn it-testijiet kienu biżżejjed biex ikollha ċertifikat ta’ kwalita kif stipulat bħalha minimu skond il-liġi. Ħafna drabi kien ikollha toqgħod fuq riżultati ta’ testijiet li jsiru minn laboratorji esterni jew subcontracted u b’hekk il-proċess ta’ kwalità ma kienx taħt il-kontroll assolut tagħha.
Kien għalhekk li l-ewwel miżura li ħadet kien li mpjegat magħha
chemist
sabiex jibda’ jibni laboratorju. L-għan kien li ma jsirux biss testijiet bażiċi fuq il-kwalità imma jiżdied in-numru ta’
checks
fil-proċessi kollha sabiex il-kwalità tkun garantita. ll-kumpanija bniet laboratorju ġdid b’investiment ta’ aktar minn tlett mitt elf ewro (€300,000) u mpjegat
laboratory technician
biex jagħmel il-
quality checks
neċessarji.
Barra minn hekk irrevidiet il-proċess kollu u f’kull stadju daħħlet miżuri ta’ kwalità biex tiggarantixxi kemm il-kwalità kif ukoll il-konsistenza tal-kwalita tal-prodotti tagħha. Kien għalhekk li qed tibgħat il-
chemist
għand il-fornituri tal-
fuels
biex jiċċertifika l-prodott qabel jitgħabba fuq il-vapur. Meta jasal Malta qed tieħu kampjuni biex tagħmel ċert li l-prodotti tagħha ma biddlux il-karatteristiċi u baqgħu tajbin. Żiedet ukoll testiijiet u proċeduri li jivverifikaw il-kwalità kemm meta jkun maħżun fit-Tankijiet il-kbar kif ukoll fuq kull
bowser
li joħroġ biex iqassam ix-xogħol.
Dan li semmejt għandu x’jaqsam ma proċessi interni tal-kumpanija. Fejn għandu x’jaqsam mal-prodott li jkun fil-pompa tal-petrol, l-Enemed ħadet ħsieb li perjodikament tnaddaf it-tankijiet kollha tal-ħażna tal-pompi biex tnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni. Għal dan ix-xogħol għandha “team” ta’ nies speċjaliżżati.
Sabiex isserraħ moħħ is-sidien tal-karozzi li jixtru l-prodotti tal-Enemed li filfatt il-prodott hu tagħha u mhux imħallat ma` ta’ ħaddieħor, il-kumpanija żżid il-
brand marker
li hu trasparenti għal għajnejn tal-bniedem flimkien mal-kulur.
Team
ta’ nies oħra jagħmel spezzjonijiet regolari lil pompi tal-petrol kollha ta’ Malta u Għawdex fejn b’apparat speċjali jivverifikaw il-preżenza u l-kwantità ta’ dan il-
brand marker
. Jekk l-ammont li suppost ikun fih
in parts per million – ppm
ma jaqbilx ma dak li jkun ħareġ bih il-prodott mill-
Filling Depot
tagħha, il-kumpanija tiftaħ investigazzjoni dettaljata biex tara jekk kienx hemm taħlit ta’ prodotti. Jekk jinstab li l-prodott kien imħallat, l-Enemed tista’ twaqqaf milli tforni dik il-pompa tal-petrol bi prodotti tagħha.
L-Enemed bdiet ukoll proċess li jwassal sabiex il-kumpanija tkun ISO9001
certified
. Dan ikun qed jiggarantixxi li l-kwalità kemm tal-proċessi u tal-prodotti tagħha huma ta’ l-għola livelli Internazzjonali kif wara kollox jixraq għal-konsumatur u anke l-pajjiż.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — transfers ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sena qiegħed jirreferi.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma kien hemm l-ebda nfiq f’reklamar mill-Engineering Resources Ltd. u mill-MOBC.
Fir-Rigward tal-Enemalta l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Smart Meters li mhux qed jagħtu informazzjoni dwar konsum
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’informazzjoni għandu dwar Smart Meters li mhux qed jagħtu informazzjoni dwar konsum fir-residenzi (mhux jipprovdu remote information)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm minn dawn is-Smart Meters mhux qed jagħtu din l-informazzjoni dwar konsum, lokalità, b’lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Intrerpellant għandu jkun infurmat li Enemalta plc għandha tim speċjalizzat li jaħdem sabiex meta jkun hemm diffikultajiet bħal dawn, tittieħed azzjoni mill-aktar fis u jitnaqqas l-inkonvenjent lill-klijenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet u x’miżuri qed jittieħdu biex jara li l-iSmart Meters kollha jipprovdu l-informazzjoni kollha lill-Enemalta dwar il-konsum u allura jipprovdu remote information?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta plc għandha tim speċjaliżżat li jaħdem sabiex meta jkun hemm diffikultajiet fl-operat tal-ismart meters, tittieħed azzjoni mill-aktar fis u jitnaqqas l-inkonvenjent lill-klijenti.
Minbarra l-miżuri tekniċi rakkomandati mill-kumpanija li tipproduċi s-sistema, permezz tar-riċerka kontinwa, l-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta identifikaw ukoll diversi inizzjattivi oħra li qed jgħinu biex minn sena għal oħra l-użu tal-i
smart metres
ikun dejjem aktar effettiv.
Smart Meter — Residenzi jew negozji li m’għandhomx smart meters installati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ammont ta’ kemm hawn djar u/jew negozji li għad m’għandhomx Smart Meter installat madwar Malta u Għawdex, lokalita b’lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta installat smart meters tista’ tgħid lill-klijenti kollha tagħha u bħalissa għaddejja b’ħidma sabiex tibdel persentaġġ żgħir ta’ meters li għal xi raġuni jew oħra għadhom ma nbidlux. Ħafna minn dawn il-każi jinkludu propjetajiet ma jintużawx, aktarx antiki, li Enemalta jkun għadha ma rnexxiliex tikseb aċċess għalihom.
Sabiex tibdel dawn l-aħħar ftit
meters
antiki, Enemalta ilha għal dawn l-aħħar snin tieħu diversi miżuri. Minbarra li allokat aktar riżorsi umani sabiex il-proċess tal-bdil tal-
meters
ikompli jitħaffef, Enemalta qed tibgħat ittri, messaġġi u fejn hemm bżonn anke ċċempel lill-klijenti sabiex tingħata aċċess għall-propjetajiet fejn hemm bżonn isir bdil tal-
meter
.
Dan il-proġett huwa wieħed kontinwu peress li s-sistema teħtieġ manutenzjoni, kontroll u monitoraġġ kuljum sabiex tkun tista’ topera kif mixtieq.
Jekk hemm xi klijenti li għad baqagħlhom xi
meter
antik fil-propjetajiet tagħhom, jistgħu jikkuntattjaw lil Enemalta plc fuq 8007 2224 jew
customercare.em@enemalta.com.mt
sabiex jingħatalhom appuntament għal
smart meter
ġdid bla ħlas.
Smart Meter – Servizz lir-residenzi u negozji kollha
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra sa meta huwa l-pjan li r-residenzi u/jew in-negozji kollha fil-pajjiż, ikunu pprovduti bis-servizz ta’ Smart Meter?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 957.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux il-ħsieb tal-Gvern li jdaħħal night tariff? Lil min se tkun provduta n-night tariff – residenzi u negozji jew residenzi biss jew negozji biss?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li n-night tariffs għall-klijenti non-residenzjali ilhom li ddaħħlu fis-seħħ diversi snin.
Il-proposta li f’Malta jkun hawn
night tariffs
għal klijenti residenzjali kienet qed tiġi kkunsidrata qabel l-2013 biex ittaffi l-problema tat-tariffi għoljin, fi żmien meta Malta kellha waħda mill-ogħla tariffi tal-elettriku fl-Ewropa. Permezz ta’ din il-proposta, ir-residenzi kien ser ikollhom tariffi irħas jekk jużaw l-elettriku tard bil-lejl. Din is-sitwazzjoni nbidlet fl-2014 u fl-2015, meta t-tariffi tal-elettriku f’Malta raħsu b’25 fil-mija mhux biss bil-lejl, iżda 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd. B’hekk il-familji Maltin bdew igawdu minn fost l-irħas tariffi tal-enerġija fl-Ewropa.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl mill-21 ta’ Ġunju 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jagħti din l-informazzjoni lokalità, lokalità, bid-data, għal kemm ħin dam maqtugħ id-dawl u liema Sub-Stations kienu affetwati u kienu invouti f’dan il-qtugħ ta’ dawl?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin Enemalta plc wettqet investiment li jlaħħaq mal-€100 miljun sabiex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku billi żżid il-konnessjonijiet għal aktar flessibilità, tilqa’ għaż-żieda fid-domanda u tibdel apparat antik li kien ilu ma jinbidel għaxieren ta’ snin.
B’riżultat ta’ din il-ħidma li kkordinaw u wettqu l-ħaddiema ta’ din il-Kumpanija, il-ħin ta’ qtugħ ta’ provvista għall-klijenti f’Malta u Għawdex naqas b’61 fil-mija meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel beda dan l-investiment, fl-2013.
Jista’ l- Ministru jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li kienu parti mill-proċess kollu ta’ għażla fl-2013 immexxi mill-Enemalta sabiex eventwalment intgħażlet l-ElectoGas bħala l-preferred bidder f’Ottubru 2013?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali u tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma – reklamar fuq Facebook — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-Enemed f’reklamar fuq is-sit soċjali Facebook fil-perjodu msemmi kienet ta’ €298.06 (VAT eskluża).
Fil-każ tal-Enemalta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ma sar l-ebda nfiq hekk kif stipulat f’din il-Mistoqsija Parlamentari mill-entitajiet l-oħra u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu għall-ex impjant tal-gass fil-Qajjenza li issa ilu snin ma jintużax u mitluq?
Response (MIZZI, JOE)
L-impjant tal-gass fil-Qajjenza ġie decommissioned fl-2013 u żżarma fis-snin li għaddew. Enemalta plc qed tevalwa x’inhu l-aħjar użu li tista’ tagħmel minn dan is-sit.
Birżebbuġa – gas cylinder filling facility fil-Qajjenza u tankijiet tal-fjuwil 31 ta’ Marzu
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf il-Kamra xi pjani hemm għas-sit fejn kien hemm il-gas cylinder filling facility fil-Qajjenza Birżebbuġa u xi pjani hemm għas-sit fejn hemm it-tankijiet tal-fjuwil 31 ta’ Marzu f’Birżebbuga issa li dawn it-tankijiet qegħdin jitneħħew?
Response (MIZZI, JOE)
L-impjant tal-gass fil-Qajjenza ġie decommissioned fl-2013 u żżarma fis-snin li għaddew. L-impjant 31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa beda jiġi żarmat din is-sena u mistenni jitlesta fis-snin li ġejjin, meta jieqaf jintuża kompletament.
Enemalta plc qed tevalwa x’inhu l-aħjar użu li tista’ tagħmel minn dawn is-siti.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju?