Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija rreġistrata fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2022 għandha Issued Share Capital li jaqbeż il-minimu stabbilit fil-liġi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar il-kumpaniji reġistrati li għandhom Issue Share Capital li jaqbez il-minimu stabbilit fil-liġi jigifieri b’ issued share capital ta’ € 1,166 jew iktar, tinstab hawn taħt:
Sena
Kumpaniji reġistrati
2019
4,048
2020
3,039
2021
3,207
Jan-Gunju 2022
1,340
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet struck off fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tal-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar kumpaniji li ġew struck off b’mod volontarju, struck off bil-Qorti, struck off wara merger jew division jew struck off bid-defunct procedure, jinsabu hawn taħt:
Sena
Kumpaniji struck off
2019
3,102
2020
13,474
2021
7,740
Jan-Gunju 2022
1,158
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija tqiegħdet taħt liquidation fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tal-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni titluba dwar l- kumpaniji li tqiegħdu taħt liquidation qiegħda hawn taħt:
Sena
Kumpaniji taħt liquidation
2019
1,944
2020
2,292
2021
2,108
Jan-Gunju 2022
983
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il partnership en nom commandite u en nom collectif ġew irreġistrati fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tal-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar partnerships en nom commandite u en nom collectif registrati, tinsab hawn taħt:
Sena
en nom commandite reġistrati
en nom collectif reġistrati
2019
22
76
2020
21
35
2021
20
53
Jan-Gunju 2022
10
49
Kummissjoni Ewropea – Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza – Pjan ippreżentat minn Malta
Question
Wara li Malta kienet ippreżentat pjan lill-Kummissjoni Ewropea li jikkonsisti fi 17-il investiment u 30 riforma li kienu se jiġu ko-finanzjati bl-ammont ta’ €316.4 miljun f’fondi taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), jista’ l-Ministru jipprovdi b’mod dettaljat l-aħħar żviluppi dwar il-progress li sar u l-proġetti li ġew implimentati vis-à-vis dawn l-investimenti u r-riformi msemmija u jekk Malta tinsabx on time fuq l-iskeda ta’ implimentazzjoni (timeline of completion) ta’ dawn l-investimenti u r-riformi maqbula mal-Kummissjoni Ewropea?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ investimenti u riformi bid-dettalji tal-progress li sar sal-lum.
Kummissjoni Ewropea – – Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza – Pjan ippreżentat minn Malta
Question
Wara li Malta kienet ippreżentat pjan lill-Kummissjoni Ewropea li jikkonsisti fi 17-il investiment u 30 riforma li kienu se jiġu ko-finanzjati bl-ammont ta’ €316.4 miljun f’fondi taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bidliet fl-investimenti u/jew ir-riformi msemmija vis-à-vis il-fondi allokati taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum il-ġurnata ma kienx hemm bidliet fl-investimenti u/jew fir-riformi msemmija vis-à-vis il-fondi allokati taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
Kuntratt bejn il-Gvern u l-American University of Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt bejn il-Gvern Malti u s-soċjetà Sadeen Education Investment Limited (“Sadeen”), fejn il-Gvern ikkonċeda lis-soċjetà Sadeen, b’titolu ta’ ċens temporanju, art parti minn SmartCity fix-Xgħajra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt bejn il-Gvern Malti u s-soċjetà Sadeen Education Investment Limited ġie ffirmat fid-29 ta’ Awwissu 2022.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 679 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 33, nhar it-Tnejn, 17 ta' Ottubru 2022)
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt bejn il-Gvern u SmartCity (Malta) (SCM), dwar terminazzjoni ta’ parti mill-enfitewsi temporanju u ċens relattiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt bejn il-Gvern Malti u Smart City Malta ġie ffirmat fit-28 ta’ Settembru 2022.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 680 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 33, nhar it-Tnejn, 17 ta' Ottubru 2022)
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u li kull entità timxi fuq HR Plan ta’ tliet snin, li jieħu konjizzjoni l'età tal-irtirar tal-ħaddiema.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpelant li li c-Chairpersons u s-CEOs jinħatru abbazi ta’ diversi fatturi u kwalitajiet fosthom esperjenza, u li jkollhom ħiliet ta tmexxija u l-ġudizzju meħtieg biex iwettqu dik il-funzjoni skont l objettivi li l entita tkun mwaqqfa għalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba sena b’sena mill-2017 s’issa, ġew diskussi quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-Kamra, l-infiq u d-dħul tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-estmi finanzjarji u r-rapport annuali ta MCA jiġu pre¿entati kull sena fil-Parlament. MCA mhux infurmata dwar li r-raporti gew diskussi fil Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.
Peress li l-mistoqsijiet parlamentari 511 u 865 ma ġewx imwieġba kompletament, u in vista tal-wegħda ta' qabel l-elezzjoni li l-ebda żvilupp mhu ser isir fiż-żona ta' Wied Żnuber, f'Ħal Far, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ftehim mal-Ħal Far Model Flying Association dwar l-użu ta' art fl-istess inħawi, jiġi kkanċellat jew modifikat biex jirrifletti din il-wegħda? Liema huma s-siti alternattivi li qed jiġu kkunsidrati għall-użu ta' Ħal Far Model Flying Association? Liema huma l-partijiet ikkonċernati li qed jiġu kkonsultati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba ngħatat seduta 11 PQ865
Awtorità ta’ Malta dwar il-Logħob – diskussjoni fil-PAC dwar l-infiq u d-dħul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba, sena b’sena, mill-2017 s’issa, ġew diskussi quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, l-infiq u d-dħul tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Logħob?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-estimi finanzjarji u r-rapport annwali tal-Awtorita ta’ Malta dwar il-Logħob jigu prezentati kull sena fil-Parlament, kif ukoll jigu publikati fuq is-sit tal-istess Awtorita. Ninsab infurmat li dawn qatt ma gew diskussi quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.”
Ħinijet ta’ Ftuħ tan-Negozji – uffiċjali inkarigati biex jinfurzaw in-normi tal-L.S. 441.08
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ uffiċjali pubbliċi li huma inkarigati li jinfurzaw in-normi tal-L.S. 441.08 dwar Regolamenti dwar il-Ħinijiet tal-Ftuħ tan-Negozji?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onerevoli interpellant li l-enforzar f’dak li jirrigwarda L.S. 441.08 dwar Regolamenti dwar il-Ħinijiet tal-Ftuħ tan-Negozji jaqa prinċipalment taħt ir-responsibilita tal-pulizjija
Għaldaqstant nitlob lil-Onor Interpellant jgħaddi il-mistoqsijiet tiegħu lil-Ministru kkonċernat
Ħinijet ta’ Ftuħ tan-Negozji – persuni li tressqu l-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti minħabba allegat ksur tal-L.S. 441.08 dwar Regolamenti dwar il-Ħinijiet tal-Ftuħ tan-Negozji mill-2018 s’issa, maqsuma sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onerevoli interpellant li l-enforzar f’dak li jirrigwarda L.S. 441.08 dwar Regolamenti dwar il-Ħinijiet tal-Ftuħ tan-Negozji jaqa prinċipalment taħt ir-responsibilita tal-pulizjija
Għaldaqstant nitlob lil-Onor Interpellant jgħaddi il-mistoqsijiet tiegħu lil-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 512 u 866 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità ta' artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din id-domanda u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ? Tista' tingħata d-data għal kull każ meta ser jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant rigward dawk il-ka¿ijiet mill-1990 sa’ l-2003, f’April 2022 skattat id-data fejn ka¿ijiet t‘esproprji li dwarhom il-Gazzetta kienet ilha li ħarget 25 sena qabel l-2017, gew preskritti. Kaw¿a ta’ dan, ħafna minn dawn il-ka¿ijiet qiegħdin għal gudizzju quddiem il-Qorti. Billi kull sena il-Gvern jalloka budget ghall dawn il-kazijiet, priorita ta’ ħlas dejjem trid tingħata lil dawk il-kaw¿i li jiġu deċizi mill-Qorti billi dawn ikollohom terminu speċifiku ta’ ħlas.
Għaldaqstant, il-programm tal-Gvern sabiex jigu risolti dawn il-kazijiet issa sejjer jiffoka sabiex jiġu risolti u mħallsa dawk il-ka¿ijiet li jiġu deċizi mill-Qorti, kif ukoll fi programm ta rilaxx ta’ artijiet illi kienu ġew esproprijati u qatt ma sar uzu minnhom kif kien maħsub originarjament.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — infiq f’reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, mill-2017 sal-lum kien hemm in-nefqa ta €35,454.41 fuq reklamar lill- Media.link,
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull entità timxi fuq HR Plan ta’ tliet snin, li jieħu konjizzjoni l-età tal-irtirar tal-ħaddiema.