Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni uXogħol — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti l-kbira tal-postijiet fid-dekasteru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huma aċċessibbli għal persuni b'diżabilità. Pereżempju, il-binja tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, li tinkludi wkoll Dipartimenti u Direttorati, hija kompletament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità. Madankollu, mhux il-postijiet kollha fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huma kompletament aċċessibbli. Uħud huma aċċessibbli parzjalment. Għalhekk, il-MEDE qed jaħdem bi pjan biex il-binjiet kollha li jaqgħu taħtu isiru aċċessibbli. Fl-aħħar sena ġew installati numru ta’ lifts, rampi, u ġew ukoll irranġati numru ta’ faċilitajiet sanitarji biex dawn isiru aktar aċċessibbli. Il-bini fejn hemm id-Dipartiment tal-Eżamijiet huwa aċċessibbli fis-sular t’isfel biss. Dan huwa bini skedat u ma jistax isir stallazzjoni ta’ lift. L-informazzjoni dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

LSE – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward il-ħtieġa ta’ LSE lill-istudent li ilu jistenna minn Frar 2018?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ġenituri għandhom appuntament għall-istatementing għall-bidu tax-xahar id-dieħel.

LSE – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward il-ħtieġa ta’ LSE lill-istudent li ilu jistenna għal aktar minn 3 snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ deher quddiem l-Istatementing Panel f’Diċembru 2017 u l-Panel irrakkomanda li jingħata sapport mir-riżorsi li hemm fil-klassi u l-iskola u li t-tifel jagħmel il-programm tal-Alert mill-O/T. L-iskola qed tara li l-istudent jiġi segwit mil-LSEs li hemm preżenti fil-klassi tant li ma saret l-ebda talba biex it-tifel jidher quddiem l-Istatementing Review Panel.
Leg 13 PQ #9758 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Malta Racing Club — generator

Question

B'referenza għall-inkjesta dwar il-Malta Racing Club tas-27 ta' Awwissu 2014, f'paġna 24 jingħad li "In case of a power failure on the national grid the generator on the Club's premises kicks in 30 seconds after black out." - il-Ministru huwa konxju li dan mhux il-każ, u li minflok, id-dwal iridu jinxtegħlu manwalment?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill huwa konxju ta' dan għall-fatt li minn meta ġie installat u inawgurat id-dawl, fit-22 ta' Frar 2003, dan dejjem kien mixgħul manwalment.
Leg 13 PQ #9759 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Malta Racing Club – persuni eletti fil-kumitat

Question

B'referenza għall-istatut tal-Malta Racing Club (MRC) fejn jingħad li f'Diċembru ta' kull sena għandha ssir elezzjoni bejn is-sidien taż-żwiemel, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-sidien li ġew eletti fl-elezzjoni ta' Diċembru 2018 sabiex jagħmlu parti mill-Kumitat tal-MRC?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-istatut ma jindika l-ebda xahar li fih għandha ssir l-elezzjoni però l-Kunsill qed jippjana li din l-elezzjoni ssir sal-aħħar ta' dan ix-xahar.
Leg 13 PQ #9760 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa – wiċċ ġdid tal-korsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-kunsill responsabbli mill-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa meta beħsiebu jagħti wiċċ ġdid ta' ramel lill-korsa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li r-ramel ġie mixtri xi ġimgħat ilu minn barra minn Malta u dan mistenni jkun mogħti skont ix-xewqa tas-sidien.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — miri tal-Horizon 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9281 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta': a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u b) nisa fuq advisory board?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9458.
Leg 13 PQ #9506 Sitting 211 2019-03-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rabat Għawdex — bini ta' skola primarja ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-permess 01717/18 għall-bini ta' skola ġdida primarja ġewwa r-Rabat Għawdex ġie withdrawn? U x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet saret applikazzjoni ġdida quddiem il-P.A. bin-numru PA 01898/19? X'inhi r-raġuni li saret applikazzjoni ġdida li tikkonsisti 'Extention to existing school of 130 Classrooms for 500 students, Multipurpose halls, Playgrounds and roofing over of part of private road' u x'tibdil hemm mill-ewwel applikazzjoni għat-tieni applikazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li t-Traffic Impact Assessment involva aktar ħin milli kien maħsub, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada kellha tirtira l-applikazzjoni numru 01717/18 u tagħmel applikazzjoni ġdida (numru 01898/19). Il-proġett għadu l-istess wieħed kif oriġinarjament maqbul.

Università ta’ Malta – tranġar tal-kmamar tal-banju

Question

B’referenza għad-domandi parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tul din is-sena, il-kmamar tal-banju li jinsabu fil-librerija tal-Università li huma aċċessibbli kemm għall-istudenti kif ukoll għall-ħaddiema, jiġu rranġati u possibbilment sostitwiti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ikkomunikat fir-risposti għall-mistoqsijiet preċedenti, il-kmamar tal-banju kollha tal-Librerija tal-Università ser jiġu sostitwiti matul is-sena 2019. Għaldaqstant, infurmat li tħejjew il-pjanti ta' dawn il-kmamar tal-banju u bħalissa qegħdin fil-proċess sabiex jitħejja t-tender għal dawn ix-xogħlijiet.
Leg 13 PQ #9473 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rabat Għawdex — Gozo College – lezzjonijiet imħassra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fl-Iskola Sekondarja tal-Gozo College fir-Rabat Għawdex, ripetutament qed jitħassru numru ta’ lezzjonijiet għall-istudenti tal-Form 5?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-eżamijiet ta’ nofs is-sena sal-14 ta’ Marzu 2019, il-lezzjonijiet tal-ħames sena li ma sarux kienu minħabba sick leave, attivitajiet edukattivi ġo l-iskola u barra mill-iskola, special leave u laqgħat tal-għalliema dwar is-suġġetti li jgħallmu.
Leg 13 PQ #9476 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Eks skola Maria Assumpta – refurbishment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-refurbishment li sar fi blokk fl-eks Skola Sekondarja Maria Assumpta li fih se jkunu akkomodati d-Dipartiment tal-E-learning u entitajiet oħra? Jista’ jgħid min wettaq dan ix-xogħol? Meta ħarġu t-tenders?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qiegħed jinftiehem li b’din il-mistoqsija l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għax-xogħlijiet li saru riċentement fuq żewġ blokkijiet fil-Kumpless Edukattiv Maria Assunta u li fihom hemm l-uffiċini tad-Digital Literacy Unit u l-Education Officers. L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #9477 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rifjut għal leave ‘to try alternative employment’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rifjutati talbiet minn edukaturi għal leave ‘ to try alternative employment ’? X’suġġetti jew f’liema qasam jgħallmu dawn l-għalliema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment Strateġija u Sapport, każi ta' talbiet minn edukaturi għal leave 'to try alternative employment' li ġew rifjutati huma kif se nsemmi: Edukatur - Grad Talbiet rifjutati Suġġett Teacher - Primarja 3 n/a KGEs 1 n/a Teacher - Sekondarja 3 1 PE / 1 Maths / 1 Religion LSEs 11 n/a

Università ta' Malta — membri tal-kamra tad-deputati - lectures

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-membri tal-Kamra tad-Deputati li jagħtu xi tip ta’ lectures ġewwa l-Università ta’ Malta? Jista' jagħti informazzjoni wieħed b'wieħed ta' kemm ilhom iwettqu dan, kif ukoll l-Onorarja li jirċievu kull sena jew permezz ta’ xi rata oħra? F’kull każ għandu jindika ukoll jekk kienx hemm sejħa ta’ interess qabel ma ntgħażlu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif muri fil-lista li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korsa tat-tlielaq tal-karozzi fuq art reklamata

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9398, jekk il-gvern kien għadu ma lestix l-istudji neċessarji, għalfejn inħarġet is-sejħa għall-proġetti fuq art reklamata ħames snin ilu? Għalfejn kien wiegħed li se jagħmel wirja b’dawn il-proġetti, jekk l-istudji ma kenux għadhom lesti? Jista’ jgħid min kien/kienu l-investituri li tefgħu l-proposta għall-iżvilupp ta’ korsa tat-tlielaq tal-karozzi fuq art reklamata? Għalfejn il-gvern ħela l-ħin u l-flus ta’ dan/dawn l-investituri? Jistgħu d-dilettanti tat-tlielaq tal karozzi ikomplu juru fiduċja f’dan il-gvern?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta ħarġet is-sejħa għall-Espressjoni ta’ Interess għall-Bini ta’ Korsa tal-Karozzi kien intqal li l-Proponent għandu jidentifika sit għal Motor Recreation and Education Park li tkun tista’ tospita numru ta’ attivitajiet marbuta mat-Tlielaq tal-Karozzi. Hemm programm Elettorali li fuqu ġie elett dan il-gvern u ser nassiguraw li dan jiġi mwettaq.
Leg 13 PQ #9451 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Assistant Child Carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Assistant Child Carers li qed jaħdmu f’Malta u Għawdex? X’inhuma l-kwalifiċi minimi li qed jintalbu qabel jingħataw l-impjieg?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. interpellant li l-Istandards ma jipprovdux għall-pożizzjoni ta' Assistant Child Carer.
Leg 13 PQ #9452 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Assistant Child Carers – school leaving certificate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Assistant Child Carers li qed jaħdmu f’Malta u Għawdex u li m’għandhomx aktar minn School Leaving Certificate?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9451.
Leg 13 PQ #9453 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Assistant Child Carers u Child Carers — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema rata qed jitħallsu ċ-Child Carers u l-Assistant Child Carers?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) li, skont il-Ftehim Kollettiv, fl-2018 persuna impjegata bħala ChildCare Assistant tista’ titħallas minn minimu ta’ €13,250 (step 1) sa massimu ta’ €18,430 (step 15) fis-sena, jiddependi minn kemm tkun ilha fl-impjieg mal-FES. Dawn ir-rati huma skont il-Ftehim Kollettiv li skada fl-aħħar ta’ Diċembru 2018. Il-Ftehim Kollettiv għadu ma ġiex iffinalizzat, u għalhekk bħalissa r-rati ġodda qegħdin jiġu diskussi.
Leg 13 PQ #9454 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Child Carers li ma jitkellmux bil-Malti jew Ingliż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Child Carers li ma jitkellmux bil-Malti jew bl-Ingliż?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Child Carers li jrid ikollhom minimu ċertifikat MQF Level 4, kollha jkunu jitkellmu bil-Malti jew bl-Ingliż biex jakkwistaw dan iċ-ċertifikat.
Leg 13 PQ #9455 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi – Childcare Centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Childcare Centres li jitmexxew mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? Jista’ jgħid jekk hux minnu li se jiġu privatizzati ċ-Childcare Centres tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi qed topera 14-il ċentru. Wieħed minnhom, dak tal-Gżira, ser jiġi privatizzat.
Leg 13 PQ #9456 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Childcare Centres – healthy eating policies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-healthy eating policy hijiex qed tiġi attwata anke fiċ-Childcare Centres?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iStandards Nazzjonali għall-Faċilitajiet tat-Tfal ta’ Matul il-Jum tal-2006 (Standard nru. 9) jirrikjedu miċ-ċentri li min qed jipprovdi s-servizz għandu jippromwovi l-benefiċċji ta’ dieta sanitarja u jinkuraġixxi lill-ġenituri jipprovdu ikel bnin u nutrittiv għat-tfal. Qabel ma ċentru jibda jopera u qabel ma tingħata r-reġistrazzjoni inizjali ta’ ċentru huwa rikjest li ċ-ċentru jinkludi fil-manwal tal-politika u l-proċeduri tiegħu healthy eating policy. Meta ssir l-evalwazzjoni esterna fiċ-ċentri, isir moniteraġġ li Standard nru. 9 qed ikun implimentat kif xieraq.