Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda jingħata l-programm edukattiv ‘Lifemap’ u min ser ikun qiegħed jamministrah, jekk hux f’idejn il-Gvern jew f’idejn il-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm imsemmi ser jibda jopera matul dan ix-xhar. Il-programm ser jiġi amministrat minn operatur privat.
Fid-dawl li hemm żieda fil-popolazzjoni tal-istudenti fl-Imġarr Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-librerija pubblika li tinsab fil-binja tal-Iskola tal-Gvern fl-istess lokalità, titmexxa f’binja oħra minħabba li hemm il-bżonn ta’ aktar klassijiet? Jista’ jassigura li jekk il-librerija tinbidel fi klassi, dan ma jkunx bil-konsegwenza li l-librerija pubblika tispiċċa minn din il-lokalità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’hemm l-ebda ntenzjoni minn naħa tal-Ministeru li jgħalaq libreriji pubbliċi.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Sindki u Kunsilliera
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30133 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29974 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-lokalitajiet huma: Ħaż-Żebbuġ, Żejtun, Rabat (Għawdex), Gudja, Ħamrun, Marsa, Mosta, Qrendi, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Santa Venera, Xewkija, Siġġiewi, Mellieħa, Floriana, Gżira, Raħal Ġdid, San Ġiljan, Attard, Sliema, Ta’ Xbiex, Msida, Pieta, u Wied il-Għajn.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23929 fejn intqal li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?
Dipartiment tax-Xjenza - Pubblikazzjoni ta’ textbooks u workbooks
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tax-Xjenza fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni hux qed jippubblika sensiela sħiħa ta’ textbooks u workbooks li jkopru s-snin kollha tal-primarja? Jista’ jgħid ukoll jekk dan hux inġust mal-pubblikaturi Maltin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-interess primarju tal-edukaturi hu l-ġid tal-istudenti. Għalhekk, il-materjal li jiġi pprovdut huwa importanti li jibqa’ ta’ kwalità u aċċessibbli għal kulħadd, kif dejjem sar matul is-snin.
Riżorsi tax-Xjenza fil-Primarja f’forma ta’ kotba/workbooks u li huma ppubblikati u provduti mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni hija prattika li tmur lura għexieren ta’ snin. Ir-
resource pack
tax-Xjenza, li għadu kif ġie aġġornat mit-tim tax-Xjenza fil-primarja, ilu provdut online mill-2017.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li l-edukaturi ma għandhomx l-intenzjoni li jikkawżaw telf finanzjarju fl-industrija tal-pubblikazzjoni tal-kotba. Fil-fatt, hemm rikonoxximent lejn il-kotba kollha li huma ta' livell għoli. F’dan il-kuntest, qed jiġi mfittex bilanċ bejn ir-riżorsi prodotti mill-edukaturi stess u l-kotba li jinxtraw.
Kull sena id-Direttorat jirrevedi l-lista ta’ kotba approvati fl-iskejjel tal-istat u m’hemm l-ebda diffikultà li tiġi aġġornat l-lista skont il-ħtieġa. Kull skola tista’ tagħżel liema skema trid taħdem biha u li tħoss li l-iktar tapplika għall-kuntest li taħdem fih.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li jsiru wkoll laqgħat kontinwi mal-pubblikaturi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29719 u 30078 u ċjoè: Peress li jidher li l-iskejjel preżenti mhumiex biżżejjed għat-tfal li joqogħdu fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar (partikolarment fejn jikkonċerna l-iskola tal-Qawra), jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li tinbena skola primarja oħra fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, jew li ssir estensjoni tal-iskejjel eżistenti? Jekk dan mhux ippjanat, kif inhu mistenni li tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s’issa għad m’hemmx pjanijiet sabiex tinbena skola primarja ġdida fl-inħawi msemmija.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28389, jista’ l-Ministru jgħid x’benefiċċji jiġu offruti mill-Gvern għal kull dixxiplina sportiva differenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru jipprovdi assistenza finanzjarja, skont il-bżonn, lill-diversi dixxiplini sportivi. Din l-assistenza tingħata sabiex ikun jista’ jsir l-investiment meħtieġ, b’mod partikolari fil-faċilitajiet tagħhom.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Sindki u Kunsilliera
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29974 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29719 u ċjoè: Peress li jidher li l-iskejjel preżenti mhumiex biżżejjed għat-tfal li joqogħdu fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar (partikolarment fejn jikkonċerna l-iskola tal-Qawra), jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li tinbena skola primarja oħra fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, jew li ssir estensjoni tal-iskejjel eżistenti? Jekk dan mhux ippjanat, kif inhu mistenni li tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29706 dwar xogħlijiet fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid u fejn ġie mwieġeb li “bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.”, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-istakeholders li qed isiru diskussjonijiet magħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix iżjed xi nżid ma dak li diġa weġibt.