Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta' bullying fuq tfal matul Ottubru 2008 u Mejju 2009 ? F'liema skola kienu dawn il-każijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn Settembru 2008 sa Ġunju 2009 kienu rreferuti 286 każ lill-Unit Kontra l-Ibbulljar fi ħdan is-Servizzi għall-Istudent.
Dawn il-każijiet ġew referuti minn ġenituri li uliedhom jattendu f’dawn il-Kulleġġi.
Kulleġġi
Sta Margarita 16
San Benedittu 19
San Ġorg Preca 58
Sant Injażju 38
Santa Klara 31
Maria Reġina 19
San Nikola 23
Santa Tereża 28
San Tumas More 28
Għawdex 2
Skejjel tal-Knisja 22
Skejjel Indipendenti 2
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta' bullying fuq l-għalliema matul Ottubru 2008 u Mejju 2009? F'liema skola kienu dawn u x'passi ittieħdu biex dawn il-każijiet ma jkomplux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Divizjoni tal-Edukazzjoni — Wied il-Għajn - rata ta' assenteiżmu
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kiener ir-rata ta' assenteiżmu mhux ġustifikat ta' studenti li joqogħdu fil-lokalità ta' Wied il-Għajn u li jattendu fl-iskejjel primarji, sekondarji u fl-iskejjel speċjali fis-snin 2005, 2006, 2007 u 2008? Tista' tgħid kemm minn dawn il-każijiet ittellgħu l-qorti? Kemm minn dawn l-istudenti qed jiġu segwiti regolarment mis-social workers tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 2963, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dikjarazzjoni ffirmata mill-ħaddiema kollha li jaqgħu taħt it-TSB u l-Gardening Section fejn jikkonfermaw li qatt ma ntbagħtu fuq il-lant tax-xogħol mingħajr l-għodda tad-Direttorat u li qatt ma użaw l-għodda tagħhom biex tissustanzja r-risposta tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għodda kollha meħtieġa mill-ħaddiema tat-Technical Services Branch u l-Gardening Section hija provduta mid-Direttorat. Wieħed jifhem li l-għodda kollha mhix replikata għall-gruppi kollha fl-istess ħin.
Id-direzzjoni tad-Direttorat tiċħad li talbet lil xi ħaddiema biex imorru fuq xi lant tax-xogħol bl-għodda tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti spiċċaw il-form five fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u tal-Privat, matul dawn l-aħħar ħames snin, skola bi skola u sena b'sena? Kemm minn dawn l-istudenti kienu bniet u kemm kienu subien u mil-liema skejjel ġew? Kemm minn dawn l-istudenti qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC u kemm minnhom ġabu grad minn 1 sa 5 u f'liema suġġetti? Kemm minn dawn l-istudenti komplew is-sixth formu f'liema istituzzjonijiet, sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti komplew is-sixth form u f'liema istituzzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u skola bi skola? Kemm minn dawn l-istudenti kienu bniet u kemm kienu subien? Xi kwalifiki ottjenew fl-aħħar tal-kors tagħhom u f'liema grad, sena b'sena, student student u skola skola? Kemm minn dawn l-istudenti daħlu l-Università ta' Malta u għal liema korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Diviżjoni tas-saħħa — sezzjoni sanità - Spezzjonijiet
Question
B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 4547, tista' l-Ministru tgħid kif in-nuqqasijiet f'kull skola li għalihom inġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet mill-ispetturi tas-sanità jvarjaw minn dawk indikati fir-risk assessment ta' kull skola għall-istess perijodu ppreparati mill-Health and Safety Teachers tad-Direttorati tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għalliema tal-Health and Safety jagħmlu risk assessment tal-iskola u jistabilixxu dawk l-affarijiet li għandhom potenzjal ta’ periklu. L-ispetturi sanitarji jfittxu affarijiet li ma jkunux konformi mal-Liġi tas-Sanita’, għalhekk mhux kull nuqqas li jsibu jkollu potenzjal ta’ periklu.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hux minnu li studenti li jattendu korsijiet fl-MCAST ikollhom jirrepetu s-sena skolastika li jkunu għadhom kemm spiċċaw jekk ma jattendux għall-eżamijiet annwali, ukoll jekk dan in-nuqqas ta' attendenza jkun riżultat ta' mard, u wkoll jekk l-istudent/a fil-fatt ikun fl-isptar għal kura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta l-istudenti jkollhom l-eżamijiet kemm annwali kif ukoll oħrajn, dawn huma mistennija li jattendu kif mitlub. F’każ li għal xi raġuni dawn ma jistgħux jattendu huma għandhom jinfurmaw lill-istitut konċernat u jippreżentaw xhieda neċessarja skont il-ħtieġa. F’każi ta’ mard jew sptar dawn għandhom jagħtu ċertifikat mediku biex ikunu jistgħu jsiru arranġamenti ħalli l-istudenti jkunu jistgħu jersqu għall-eżami jew assessment f’data oħra. Mhux minnu li l-istudenti li jkunu morda jew ikollhom trattament l-isptar jkollhom jirrepetu s-sena b’riżultat tal-mard tagħhom.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm f'kull skola tal-gvern kien in-numru ta' tfal li laħqu l-età li joqgħodu għall-eżamijiet tal-Junior Lyceum din is-sena? Kemm minn dawn fil-fatt, f'kull skola qagħdu għal dan l-eżami? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi raġuni partikulari għaliex dawk li setgħu jagħmlu l-eżami fil-fatt m'għamlux l-eżami?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinżamm r-resits tal-eżamijiet tal-Junior Lyceum (wara sitt sena tal-primarja) din is-sena? Taħseb il-Ministru li dawn ir-resits se jsiru kmieni biżżejjed biex min jgħaddi minnhom jilħaq jipprepara għall-iskola l-ġdida jekk jgħaddi? A bażi tar-riżultati tas-sena li għaddiet u dawk tas-sena 2007, kemm hu mistenni li jkun in-numru ta' tfal li għandhom ir-resits u f'liema suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-resit tal-eżamijiet tal-Junior Lyceum se jsir fil-31 ta’ Lulju, 2009.
Din id-data intagħżlet biex jingħata żmien biżżejjed biex jitlesta l-proċess tar-reviżjoni tal-karti li jkunu saru f’Mejju kif ukoll biex it-tfal jingħataw żmien biżżejjed biex jippreparaw ruħhom għall-eżami tar-
resit
.
In-numru ta’ tfal eliġibbli għar-
resit
fl-Ingliż huwa ta’ 188, filwaqt li għall-matematika huwa ta’ 211. Mhux se jkun hemm
resit
fil-Malti, Reliġjon u Studji Soċjali għax ħadd ma weħel f’wieħed minn dawn it-tliet suġġetti biss.
Prinċipali tal-Kulleġġi — ħatra ta' oprinċipal ġdid
Question
Peress li minn fost il-Prinċipali tal-Kulleġġi kien hemm min ingħata promozzjoni, tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi maħtur prinċipal ġdid? Kif se ssir din il-ħatra jew għażla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sejħa għall-Prinċipal ta’ Kulleġġ diġa’ qed tiġi proċessata. Huwa mistenni li sa l-ewwel term tas-sena skolastika l-ġdida l-Prinċipal l-ġdid ikun fil-post.
L-għażla ssir permezz tas-sejħa ta’ applikazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku kif isir fis-sejħiet kollha.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema tax-xjenza, physics, chemistry u biology fiż-żewġ skejjel statali fil-livell sekondarju ta’ Għawdex u kemm hi t-teaching load ta' kull wieħed u waħda minnhom? Kemm hemm studenti li qed jieħdu chemistry u biology skola bi skola u klassi bi klassi? Minbarra li tagħti t-tagħrif mitlub għas-sena skolastika kurrenti, tista’ tagħti wkoll l-istess tagħrif għas-sena skolastika 2006 – 2007 u 2007 – 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid min jieħu d-deċiżjoni finali dwar tqassim ta’ personnel, kemm minor kif ukoll edukattiv, fl-iskejjel statali t’Għawdex, jekk hux il-Ministeru tal-Edukazzjoni jew il-Ministeru għal Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-personnel edukattiv fl-iskejjel statali t’Għawdex huwa mqassam mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, filwaqt li d-deċiżjonijiet finali dwar tqassim ta’ minor staff jittieħdu mill-Ministeru għal Għawdex.
Tista’ l-Ministru tgħid liema aspetti tas-sistema edukattiva ta’ Għawdex huma responsabbiltà tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u liema aspetti huma tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fejn jidħol Għawdex il-Ministeru tal-Edukazzjoni hu responsabbli għall-Iżvilupp u Implimentazzjoni tal-Kurrikulu, l-Elearning fl-iskejjel kemm tal-Istat u mhux tal-Istat, fl-eta’ obbligatorja u inkluż ukoll is-Sir Mikelang Refalo – sixth form f’Għawdex.
Il-Ministeru tal-Eukazzjoni hu wkoll responsabbli għal reklutaġġ tal-gradi edukattivi u
deployment
tagħhom fl-iskejjel tal-Istat Għawdxin. L-istess Ministeru huwa responsabbli għal proviżjoni ta’ servizzi għall-istudenti fl-iskejjel Għawdxin.
Għawdex — Studeneti li temmew l-edukazzjoni sekondarja
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom fl-iskejjel statali, privati u tal-Knisja f’Għawdex fis-sena skolastika 2007 – 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom fl-iskejjel statali, privati u tal-Knisja f’Għawdex fis-sena skolastika 2007/2008 kien hekk:
Numru ta’ Studenti
Ninu Cremona Lyceum Complex
157
Agius de Soldanis Girls’ Junior Lyceum & Secondary
171
Skejjel tal-Knisja
74
F’Għawdex m’hemmx skejjel indipendenti
Tista’ l-Ministru tgħid kemm fis-sena 2008 kemm kien hemm studenti minn Għawdex li qagħdu għas-sessjonijiet tal-eżamijiet tas-SEC f’kull suġġett u kemm minnhom ġabu l-gradi 1 sa 5 u kemm minnhom kienu mis-settur tal-iskejjel statali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandna studenti qed jattendu istituzzjonijiet edukattivi post-sekondarji f’Għawdex, sena b’sena tal-kors tagħhom, suġġett b’suġġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li titlesta minn kollox l-iskola ġdida li qed tinbena l-Mosta? Liema żgħażagħ huma mistennija li jattendu għat-tagħlim f'din l-iskola? Meta hu mistenni li tinfetaħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskola l-ġdida fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina ser tilqa’ s-subien ta’ eta’ sekondarja mis-sena skolastika 2010-2011.
Is-subien li ser jattendu din l-iskola huma mill-primarji tal-istess Kulleġġ Maria Reġina.
Jista' l-Ministru jara li jingħata facilitator lil tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fuq parir professjonali għandu bżonn urġenti ta' din l-għajnuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikazzjoni ġiet reġistrata f’Ġunju 2009. il-ġenituri jingħataw appuntament biex jidhru quddiem l-iStatementing Moderating Panel meta jkun imisshom skond il-lista ta’ reġistrazzjoni.
It-tifel diġa’ qed jingħata l-għajnuna li għandu bżonn mir-riżorsi li hemm preżenti fl-iskola.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — sorsi alternttivi ta' enerġija
Question
Tista' l-Ministru tagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħadet l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha biex jutilizzaw alternative sources of energy fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.