Ħal Far — Irwejjaħ fl-impjant tar-riċiklaġġ tat-tonn - Rapport
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx rapport komprensiv li jinvestiga s-sors u n-natura tal-irwejjaħ assoċjati mal-impjant tar-riċiklaġġ tat-tonn f'Ħal Far? Jekk fl-affermattiv, tista' tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi fil-Fgura u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-lokalità msemmija, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir m’humiex responsabbli għall-immaniġġjar ta’ siti fejn hemm imħawla siġar taż-żebbuġ.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Deputati tal-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hija responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk illum hawnx Electric Car Charging points li wieħed jista' juża biex jiċċarġja l-karozza elettrika tiegħu mingħajr ħlas, u jekk iva fejn jinsabu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Electric Car Charging Points f’Malta u Għawdex llum huma kollha bi ħlas.
Electric Car Charging points mingħajr ħlas sal-2022
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sal-2022 kienx hawn Electric Car Charging points li wieħed kien jista' juża' biex jiċċarġja l-karozza elettrika tiegħu mingħajr ħlas, u jekk iva fejn kienu jinsabu?
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Wied il-Għajn u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green hija responsabbli mill-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn li fih hemm 83 siġra taż-żebbuġ. L-uffiċjali tal-Aġenzija jagħtu kura lil dawn is-siġar flimkien ma’ siġar u arbuxelli oħrajn li jinsabu f’dan il-park, li tinkludi monitoraġġ regolari tas-siġar biex issir tisqija skont kif meħtieġ u tingħata attenzjoni partikolari lil dawk is-siġar taż-żebbuġ li għadhom mhux maturi. Fost miżuri oħrajn li jittieħdu biex jiġu mħarsa s-siġar hemm dik li ssir żabra annwali fil-perjodu adegwat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess. li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Marsaxlokk u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li, fil-lokalità msemmija, hemm siġra taż-żebbuġ imħawla f’sit li jaqa’ taħt il-kuntratt tal-landscaping li tiġġestixxi Ambjent Malta. F’dan il-każ, id-Dipartiment jagħmel il-monitoraġġ meħtieġ sabiex jassigura li l-kuntrattur jaqdi l-obbligi tiegħu u jindokra lil din is-siġra kif titlob is-sengħa.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi fiż-Żejtun u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li, fil-lokalità msemmija, hemm siġra taż-żebbuġ imħawla f’sit li jaqa’ taħt il-kuntratt tal-landscaping li tiġġestixxi Ambjent Malta. F’dan il-każ, id-Dipartiment jagħmel il-monitoraġġ meħtieġ sabiex jassigura li l-kuntrattur jaqdi l-obbligi tiegħu u jindokra lil din is-siġra kif titlob is-sengħa.
Ħal Tarxien — Ġnien il-Kunsill Lokali – Dawl adegwat
Question
Tista' l-Ministru tara jekk hux possibbli li Ġnien il-Kunsill Lokali li jinsab f'kantuniera bejn Triq Temi Zammit, Triq Sammat u Triq Santa Monika, f'Ħal Tarxien, jinxtegħel kif xieraq u ma jitħalliex fid-dlam ċappa li jagħti lok għal abbuż?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ġnien indikat huwa responsabbiltà tal-Kunsill Lokali u li l-Enemalta ma rċeviet l-ebda rapport ta’ qtugħ ta’ dawl.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti li ser tkun qed tibda Project Green fil-Kottonera fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8846, inżid ninfurmah li nbdew ix-xogħlijiet marbuta mal-instalazzjoni ta’ fencing madwar il-konfini ta’ Ġnien Kottoner, li għandu jservi għal aktar sigurtà.
Fir-rigward tan-New Leaf Park li kien propost mill-Kulleġġ De La Salle u li se jkun qed ikopri 4,200 metru kwadru u jagħti prijorità l-element edukattiv, bħalissa qed issir il-verifika tas-sejħa għall-offerti marbuta max-xogħlijiet meħtieġa ma’ dan il-Park. Tressqet ukoll l-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar għall-permessi meħtieġa.
Fil-każ tal-proġett li se jsir biex 3,000 metru kwadru ta’ art żviluppabbli li tinsab ħdejn l-American University of Malta minflok tinbidel fi spazju miftuħ, ġiet sottomessa wkoll l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-permessi meħtieġa, filwaqt li beda t-tfassil tas-sejħa għall-offerti marbuta max-xogħlijiet meħtieġa għal dan il-proġett. Minbarra li se jsaħħaħ il-bijodiversità urbana tal-inħawi bi tħawwil ta’ siġar u arbuxelli, ir-riġenerazzjoni ta’ dan l-ispazju se tinkludi bandli u logħob inklussiv għat-tfal, żona għall-meditazzjoni, picnic area, faċilitajiet għall-parkour, spazju għall-artiġġjanat u parkeġġ taħt l-art għal madwar 240 karozza.
Fil-Kottonera bħalissa għaddejjina ukoll b’ritmu tajjeb ix-xogħlijiet fuq żona ġdida ta’ rikreazzjoni li tinsab fil-qalba tal-Birgu li mistennija tinfetaħ għall-pubbliku fix-xhur li ġejjin. Dan l-ispazju ta’ 9,000 metru kwadru, li jinsab fiż-żona mgħarufa bħala ‘Fuq il-Glacis’, se jkun maqsum f’żoni ta’ rikrezzjoni differenti, li jinkludu picnic area, playgorund u park għall-klieb.
Tista' l-Ministru tgħid kemm jgħaddi żmien biex il-ħwienet jieħdu lura l-flus dovuti lilhom mill-iskema tar-rifużjoni tal-fliexken kif imħaddma mill-BCRS?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t- termini ta’ ħlas lill-operaturi huwa determinat mill-operatur BCRS Malta Ltd. Ninsab infurmata li l-ħwienet li għandhom Reverse Vending Machine (Magna tal-BCRS) u ħwienet oħra li jsarrfu vawċers tal-BCRS għandhom 90 jum (mit-tmiem ta’ xahar) għal rifużjoni tal-vawċer tad-depożitu. Filwaqt li l-ħwienet li jużaw is-servizz tal-ġbir manwali offrut mill-operatur u l-ħwienet li jużaw il-card Business to Business f'magna (RVM) għandhom 30 jum (mit-tmiem ta’ xahar ) għal rifużjoni tad-depożitu.
Tista’ l-Ministru tgħid x’metodu ta’ procurement se jintuża mill-Enemalta li beħsiebha takkwista żewg turbini addizzjonali ta’ 60MW?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa li ħarġet l-Enemalta, mhix għal teknoloġija speċifika imma hija għall-kiri ta’ impjant għal ġenerazzjoni t’emerġenza b’kapaċità ta’ 60MW, liema sejħa pubblika ħarġet għall-offerti fil-25 ta’ Jannar 2024.
Tista’ l-Ministru tieħu passi sabiex il-pressa tal-ilma tax-xorb fin-Nadur, Għawdex, tiżdied?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li s-sistema tal-ilma preżenti fin-Nadur hija fornuta minn networks diversi fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dejjem qisitha bħala sistema bi pressa tajba. Jekk l-Onor. Interpellant huwa infurmat b’ismijiet ta’ toroq bi pressa baxxa jista’ jgħaddili din l-informazzjoni.
Però tajjeb infakkar li persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jistgħu jċemplu fuq 8007 6400 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku
www.wsc.com.mt
Tista' l-Ministru tgħid jekk iż-żewġ turbini addizzjonali li ser jinkrew biex jassistu fiż-żieda fil-ġenerazzjoni tal-enerġija, humiex ser jitħaddmu bid-diesel jew bl-LNG?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa li ħarġet l-Enemalta, mhix għal teknoloġija speċifika imma hija għall-kiri ta’ impjant għal ġenerazzjoni t’emerġenza b’kapaċita ta’ 60MW. Kif ġie spjegat kemm-il darba, l-Enemalta għandha biżżejjed sorsi ta’ ġenerazzjoni biex tlaħħaq mad-domanda tal-elettriku kemm kurrenti u kemm prevista.
Għaldaqstant, dan l-impjant mhux se jinkera biex jassisti fiż-żieda tad-domanda. Se jkun qed jinkera sabiex ikun standby f’każi ta’ emerġenza skont il-ħtieġa. Dan biex kontinwament nassiguraw is-sigurta tal-provvista għall-konsumaturi.
L-impjant propost li se jkun qed jitħaddem bid-diesel, kif spjegat fis-sejħa għall-offerti u jekk dan jintuża, ikun għal numru ristrett ta’ sigħat.
Birżebbuġa — Impjant tal-31 ta' Marzu - Proċess ta' dekummisjonar
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li beda l-proċess ta' dekummisjonar (decommissioning) tal-impjant tal-31 ta' Marzu, f'Birżebbuġa? F'każ illi dan il-proċess għadu ma bediex, tista' tindika meta ser jibda? Fi kwalunkwe każ, tista' tippreżenta l-project time-line dwar liema proċessi ser isiru u meta fid-dekummisjoni ta' dan l-impjant?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Enemalta u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) rigward il-method statement għad-dekummissjonar tal-impjant 31 ta’ Marzu, f’Birżebbuġa. Ladarba dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi tinħareġ sejħa għall-offerti sabiex isir dan id-dekummissjonar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' proprjetajiet madwar Malta u Għawdex li għandhom servizz kemm tad-dawl kif ukoll tal-ilma li hu residenzjali, maqsuma lokalità lokalità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' proprjetajiet madwar Malta u Għawdex li għandhom servizz tad-dawl biss li hu residenzjali, maqsuma lokalità lokalità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' proprjetajiet madwar Malta u Għawdex li għandhom servizz tal-ilma biss li hu residenzjali, maqsuma lokalità lokalità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.