Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — impjieg ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament m’għandha l-ebda impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħi u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — ħlas lil persuna
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-2013 sal-lum, il-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw b’mod separat ma sarilha l-ebda ħlas mill-baġit tal-Ministeru u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Jista’ l-Ministru jispjega x'xogħol sar s’issa fil-proġett ta' Wied Fulija?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’żieda ma dak li ġa intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12911, ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru u qed isiru bħalissa f’Wied Fulija jinkludu xogħlijiet ta 'reprofiling' tal-miżla, xogħlijiet ta’ capping, bini ta’ ħajt ta’ lqugħ fit-tarf tal-irdum; tħaffir u kostruzzjoni ta’ ġibjun ta' l-ilma kif ukoll it-tneħħija u l-ipproċessar ta’ sitt elef tunnellata ta’ ħġieġ li kienu mormija fuq din il-miżbla.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entità/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħi ġew impjegati dawn l-ammonti ta’ persuni skont kull entità u s-snin: Ministeru (Head Office) — 20 (2017), 10 (2018), 12 (2019), 2 (2020*); Ambjent Malta — 2 (2017), 3 (2018), 4 (2019); 1 (2020*); Wasteserv (Malta) Ltd – 3 (2017), 6 (2018), 3 (2019) u 2 (2020*); Awtorità tal-Ippjanar – 25 (2017), 23 (2018), 23 (2019) u 7 (2020*); Awtorità għall-Ambejnt u r-Riżorsi – 24 (2017), 38 (2018), 29 (2019) u 19 (2020*); Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi – 3 (2017), 2 (2018), 2 (2019) u 2 (2020*); Aġenzija għall-Irkupru tar-Riżorsi u r-Riċiklaġġ – 0 (2017), 0 (2018), 10 (2019) u 1 (2020*); Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – 0 (2017), 1 (2018), 1 (2019) u 1 (2020*).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kunsilli lokali kienu talbu li ssir ġabra ta' skart nhar ta' Ħadd (b'mod speċjali fix-xhur tas-sajf, kemm minn dawn il-kunsilli ġew imwieġba u kemm minn dawn l-Kunsilli Lokali ngħataw l-permess jagħmlu ġabra ta' skatt il-Ħadd?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li kien hemm 4 Kunsilli Lokali li għamlu talba għal ġbir ta’ xi tip ta’ skart nhar ta’ Ħadd fis-sajf. Dan kollha ngħataw risposta posittiva.
Iż-Żurrieq – Wied Fulija – proġett ta’ Park Nazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun lest u miftuħ il-proġett ta' Park Nazzjonali li kien tħabbar mill-Gvern aktar minn sena ilu f'Wied Fulija fiż-Żurrieq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-proġett għandu jkun lest sa l-aħħar ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed jitfa’ l-muntanji ta' terrapin f'Wied Fulija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-materjal in kwistjoni huwa materjal inert u ggradat, kif idoneu ghal skop ta’ capping u qed jintefa’ mill-kuntrattur imqabbad mill-WasteServ.
Jista’ l-Ministru jippreżenta l-minuti tal-Bord jew Direttorat tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fejn ġiet ikkunsidrata u deċiża l-applikazzjoni għan-Nature Permit 53/20?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-permess in kwistjoni huwa maħruġ bis-saħħa tar-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali (L.S. 549.44), liema liġi ma tispeċifikax proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet fil-miftuħ. Din id-deċizjoni ġiet mehuda permezz tad-delega mgħotija in linea man-Notifika tal-Gvern Nru 992 tal-2016 ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 19,639 nhar is-16 ta’ Settembru 2016 li taghha qed inpoggi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Government Notices published in Govt. Gazette No. 19,639 of 16 September 2016.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-payment notices tal-wage supplements fir-rigward tal-COVID-19 ma ħarġux b’mod elettroniku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas tal-wage supplements ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tad-dekasteru tiegħi u għaldaqstant nitolbu jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess u meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet u d-dokumenti meħtieġa, biex ikun jista’ jibda x-xogħol ta’ emerġenza ġewwa Triq it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur Għawdex, u meta hu mistenni li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tagħti l-clearance biex ikun jista’ jibda x-xogħol meħtieġ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rigward l-aspetti ambjentali, fis-6 ta’ April, 2020, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Rizorsi ħarġet l-awtorizzazzjoni tagħha bil-kundizzjonijiet ambjentali rilevanti sabiex ikun jista’ jingħalaq il-każ mil-lat ambjentali.
Abbozz ta’ liġi dwar tniġġis tal-madwar bi storbju
Question
Billi l-mużika f’żoni rurali fil-konfini ta’ lokalitajiet ma hijiex kontrollata mil-liġi skont il-ħtiġijiet u x-xjenza tal-lum u l-istess jiġri minn parties privati f’żoni residenzjali fejn l-inkonvenjent u d-disturb matul il-lejl b’mod regolari lir-residenti partikolarment minn diskoteki hu wieħed li qed jaffettwa s-saħħa tal-familji u peress li dan hu tniġġis li jaffettwa s-saħħa fiżika, mentali u soċjali tal-bniedem, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitressaq l-abbozz ta’ liġi dwar tniġġis tal-madwar bi storbju li ilu fuq l-ixkaffa sentejn minkejja li ġie diskuss fil-Kabinett? Dan se jkun ifisser li ġej sajf ieħor ta’ inkonvenjent?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ligijiet dwar storbju minn stabilimenti kummerċjali Kemm jekk huma f’żoni rurali, Kif ukoll f’żoni residenzjali diġà jezistu u huma kkontrolati minn entitajiet li jaqghu taht Ministeri oħra. Intant, il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar se jistudja best practices ta’ pajjiżi oħra u jhares lejn l-impatt ta’ dan l-istorbju fuq il-biodiversità f’żoni rurali.
Masġar bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar — rijabilitazzjoni
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14293, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk dan il-masġar bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar huwiex ser jinfetaħ għall-pubbliku tul din is-sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar — Triq Dawret il-Gżejjer – qtugħ tal-ħaxix
Question
Jista’ l-Ministru jara li min hu responsabbli mill-qtugħ tal-ħaxix taħt u fuq il-bankini fi Triq Dawret il-Gżejjer f’San Pawl il-Baħar u ż-żona tal-madwar, jagħmel dan mill-aktar fis possibbli?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieghu lill-Ministru konċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15016, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet tiswa fi flus kull direct order li ngħatat mill-Wasteserv f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġibiet parlamentari li rreferejt għalihom fir-risposta għall-mistoqsija 15016 jinkludu wkoll dettall dwar kemm swiet fi flus kull direct order li ngħatat mill-Wasteserv. B’żieda ma’ dan qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kemm kienu jiswew it-tnax-il direct order li ngħataw bejn l-aħħar t’Ottubru 2019 u Mejju 2020.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda riżenji fis-Segretarjat tiegħi fil-perjodu indikat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi studji li għandu f’idejh dwar l-ammont u l-post eżatt fejn tinstab fil wiċċ il-ġebla taż-żonqor? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra x’inhu l-prezz li din il-ġebla ġġib fis-suq bħalissa fil-forom varji tagħha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninfoma lill-Onor. Interpellant li jien m’għandix f’idejja l-istudju li qed jirreferi għalih. Infakkar ukoll li s-settur in kwistjoni huwa suq liberu u l-prezz huwa dak li jkun ddeterminat fis-suq fil-mument tat-transazzjoni relattiva. Ovvjament il-materja allura ma taqax taħt ir-responsabbiltà tad-dekasteru tiegħi.