Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inkjesti dwar korriment fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22435 u jgħid kemm hu n-numru ta' inkjesti li għaddejjin bħalissa fil-Qrati Maltin dwar każijiet fejn persuna tgħid li tkun weġġgħet fuq il-post tax-xogħol? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont il-post tax-xogħol (sit ta’ kostruzzjoni eċċ.)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ inkjesti maġisterjali li jinsabu għaddejjin dwar każijiet fejn persuna tgħid li tkun weġġgħet fuq il-post tax-xogħol quddiem il-Qrati ta’ Malta huwa ta’ 15 u dawk fil-Qrati ta’ Għawdex huwa ta’ 2. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tad-domanda ma tistax tingħata ai termini tal-artikolu 518 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Inkjesti dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22434 u 22549 u jgħid kemm hu n-numru ta' inkjesti li għaddejjin bħalissa fil-Qrati Maltin dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont il-post tax-xogħol (sit ta’ kostruzzjoni eċċ.)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ inkjesti maġisterjali li jinsabu għaddejjin dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol quddiem il-Qrati ta’ Malta huwa ta’ 12 u dawk fil-Qrati ta’ Għawdex huwa ta’ 3. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tad-domanda ma tistax tingħata ai termini tal-artikolu 518 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Pagamenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dati preċiżi ta' meta saru l-pagamenti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jipprovdi kull invoice preżentata in konnessjoni ma' dawn il-pagamenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont ta' invoices u l-perjodi relattivi li matulhom jkun sar is-servizz / xogħol bl-approvazzjoni tal-Qorti. Inkwantu għal kopji tal-invoices, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn ma jistgħux jiġu provduti stante li jistgħu jinkludu dettalji ta' inkjesti jew proċeduri kriminali oħrajn.

Proposal for Available Property or Land for Outright Acquisition in Victoria (Rabat) Gozo or in the Vicinity of Victoria (Rabat) Gozo to be Converted into Gozo Court

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-'Preliminary Market Consultation' li ħarġet l-Aġenzija tal-Qrati 'Proposal for Available Property or Land for Outright Acquisition in Victoria (Rabat) Gozo or in the Vicinity of Victoria (Rabat) Gozo to be Converted into Gozo Court' li għalqet fis-6 ta' Jannar 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm u min kienu l-persuni jew kumpaniji li wrew interess? Fejn se ssir il-Qorti l-ġdida f'Għawdex u meta ser tinfetaħ?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu għaddej u l-Ministeru ser ikun qed jagħti aktar dettalji fil-mument opportun.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21482.

Inkjesti dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22434 u jgħid kemm hu n-numru ta' inkjesti li għaddejjin bħalissa fil-Qrati Maltin dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont il-post tax-xogħol (sit ta’ kostruzzjoni eċċ.)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Inkjesti dwar korriment fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' inkjesti li għaddejjin bħalissa fil-Qrati Maltin dwar każijiet fejn persuna tgħid li tkun weġġgħet fuq il-post tax-xogħol? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont il-post tax-xogħol (sit ta’ kostruzzjoni eċċ.)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Liġijiet tal-kera – Kumpens li l-Gvern ġie ordnat iħallas lis-sidien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16731 u 20539 u jgħid kemm kien it-total illi l-Gvern ġie ordnat li jħallas bħala kumpens mill-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) u mill-Qorti Kostituzzjonali lis-sidien ta’ proprjetajiet in konsegwenza tal-liġijiet tal-kera fis-sena 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont li l-Gvern ħallas effettivament bħala kumpens għas-sena 2022 u 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpens li l-Gvern ġie kkundannat li jħallas lis-sidien ta’ proprjetajiet in konsegwenza tal-liġijiet tal-kera fis-sena 2022 u 2023 huma s-segwenti: Għas-sena 2022 - € 14,377,549.74 Għas-sena 2023 - € 21,267,638.73 Fir-rigward ta' kemm il-Gvern effettivament ħallas ammonti, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru u fis-segretarjat tiegħu li jaħdmu part-time?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru u is-segretarjat tiegħi hemm 65 ħaddiem li jaħdmu part-time.

Istanbul Convention 2012

Question

B’referenza għall-Istanbul Convention ta’ 2012 li kien ratifikat fl-2014 u fejn Malta hija firmatarja tiegħu, fejn hemm imniżżel li f’każ ta’ vjolenza domestika huwa l-ġeneru maskili li għandu jinħareġ mid-dar tal-koppja u diversi drabi dan mhuwiex il-każ, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan ma jseħħx?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Inkjesti dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' inkjesti li għaddejjin bħalissa fil-Qrati Maltin dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont il-post tax-xogħol (sit ta’ kostruzzjoni eċċ.)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Qorti ġdida ta’ Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20395 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta' qorti ġdida ġewwa Għawdex?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15367.

IDPC — Penalitajiet Amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imposti penalitajiet amministrattivi (irrispettivament tal-mod kif deskritti) da parti tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC) mill-bidu tal-2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet il-penali f’kull każ, jekk ġietx ikkontesta quddiem it-Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data u jekk kienx hemm xi kontestazzjoni quddiem il-Qorti Kostituzzjonali minħabba allegat ksur tal-kostituzzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li mis-sena 2022 sal-21 t’Ottubru 2024 ġew imposti disa` (9) multi amministrattivi u erbgħa (4) minnhom ġew appellati mill-kontrollur quddiem it-Tribunal għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data. Ma kien hemm l-ebda kontestazzjoni quddiem il-Qorti Kostituzzjonali minħabba allegat ksur tal-kostituzzjoni fir-rigward ta’ dawn id-deċiżjonijiet li kienu jinvolvu l-multi amministrattivi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont tal-multi amministrattivi imposti fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm żewġ każijiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mill-bidu tal-leġislatura sa Settembru 2024.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Konsulenti/Persons of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti / persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

L.S. 9.14 — Penalitajiet finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tal-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba saret da parti ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 9.14 - Regolamenti dwar l-Eżekuzzjoni ta’ Penali Finanzjarji fl-Unjoni Ewropea, għall-infurzar f’Malta ta’ deċiżjonijiet mogħtija minn qrati fi Stati Membri oħra fejn ġew imposti multi ossia penalitajiet finanzjarji għar-rigward ta’ persuni (inkluż persuni legali) residenti f’Malta jew li huma stabbiliti f’Malta? Jista’ f’dan il-kuntest jelenka wkoll in-numri ta’ talbiet li saru skont l-Istat Membru?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-18 ta’ Settembru 2024.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19962.

Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni – Talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu in kwistjoni kien hemm 62 talba, li minnhom 24 ġew aċċettati, 4 għadhom miftuħa u 4 oħra rtirati. It-talbiet li ma’ kinux aċċettati kienu dovut għal fatt li ma kinux jaqgħu fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

Inkjesti maġisterjali li għadhom pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm inkjesti maġisterjali li għadhom pendenti? Jista' jgħid ukoll kemm ilha pendenti kull inkjesta maġisterjali u quddiem liema Maġistrat tinsab pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.