Legislature:
Category:
Reset
Active:

Użu ta’ pestiċidi — proċeduri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu proċeduri kemm amminsitrattivi kif ukoll kriminali fil-konfront ta’ persuni dwar użu ta’ pestiċidi, ittikettjar ta’ pestiċidi, u kummerċ jew traffikar ta’ pestiċidi mhux skont il-liġi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena skont in-natura tal-każ?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt. · Proċeduri amministrattivi – Il-pitkalija jiġu avżati kull darba li kien hemm każ ta’ frott jew ħaxix li eċċeda l-MRL. 2013 = 3 każijiet 2014 = 12 -il każ 2015 = każ wieħed 2016 = 12 -il każ 2017 = 7 każijiet 2018 = 4 każijiet · Proċeduri kriminali – 2013 = 3 każijiet ta’ frott u ħaxix li eċċedew l-MRL 2014 = 12 -il każ ta’ frott u ħaxix li eċċedew l-MRL 1 każ ta’ mportazzjoni ta’ prodott mhux reġistrat 2015 = każ wieħed ta’ frott u ħaxix li eċċeda l-MRL 2016 = 12 -il każ ta’ frott u ħaxix li eċċeda l-MRL 2017 = 7 każijiet ta’ frott u ħaxix li eċċedew l-MRL 2018 = 4 każijiet ta’ frott u ħaxix li eċċedew l-MRL (sa 30 ta’ Novembru 2018)

Spezzjonijiet fuq distributuri ta’ pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq distributuri ta’ pestiċidi u kemm instabu pestiċidi mhux reġistrati jew mhux konformi mal-liġi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt. Numru ta’ retailers li ġew spezzjonati Numru ta’ PPPs spezzjonati Numru ta’ PPPs li nstabu mhux reġistrati 2018 sat- 30 ta’ Novembru 14 86 12 2017 15 109 41 2016 4 42 9 2015 3 21 2 2014 4 38 1 2013 6 43 1

Bejgħ ta’ pestiċidji — distributuri

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’miżuri qed jittieħdu biex jiġi żgurat li d-distributuri tal-pestiċidi jbiegħu biss pestiċidi lill-persuni li jkunu kwalifikati fl-użu tal-pestiċidi jew li jkunu attendew kors rikonoxxut ta’ kif għandhom jiġu applikati korrettement dawn il-pestiċidi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa hemm 'il fuq minn 3,513 utent professjonali li attendew taħriġ fuq ‘Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi’. Avviż Legali jitlob li utenti professjonali jridu jattendu dan it-taħriġ u li l-Awtorita’ timplimenta din is-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-utenti professjonali wara li dawn tal-aħħar jattendu tali taħriġ b’suċċess. Qed tiġi kkunsidrata ukoll emenda ġdida għal-leġiżlazzjoni Nazzjonali attwali biex id-distributuri jiżguraw li l-utenti professjonali tal-pestiċidi jippreżentaw iċ-ċertifikat maħruġ mill-Awtorità qabel ix-xiri, kif wkoll li l-utenti professjonali jkunu legalment obbligati li jippreżentaw dan iċ-ċertifikat.

Residwi ta’ pestiċidi — laboratorji

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema laboratorju jew laboratorji fil-preżent qed jiġu ingaġġati biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ analiżi ta’ residwi li qed isiru minn kull laboratorju rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni qed tingabar.

Residwi ta’ pestiċidi — kampjuni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-laboratorji li fil-preżent qed jintużaw biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali huma akkreditati skont il-liġijiet eżistenti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iScope of Accreditation ta’ dawn il-laboratorji?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni qed tingabar.

Kampjun ta’ oriġini veġetali – testijiet għar-residwi ta’ pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk meta jiġi pprelevat kampjun ta’ oriġini veġetali mingħand sid jew entità biex jiġi ttestjat għar-residwi tal-pestiċidi, jekk dak is-sid hux qed jingħata dokument jew notifika tan-natura u kwantità ta’ kampjun li ġie pprelevat? Is-sid jew produttur qed jiġi infurmat x’kien l-eżitu tar-riżultat ta’ analiżi ta’ kull kampjun li qed jiġi pprelevat mingħandu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li sid il-prodott jingħata kopja ta’ rċevuta uffiċjali tal-Awtorita’ li jkun fiha informazzjoni tan-natura u kwantita’ approssimattiva tal-prodott li jkun prelevat. Infurmat ukoll li s-sid jirċievi ittra bir-riżultat ta’ jekk il-kampjun instablux livelli għoljin jew le ta’ pesticidi wara li l-Awtorita’ tirċievi r-riżultat.

Traċċabilità tal-prodott – kampjuni prelevati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex meta jiġi prelevat kampjun tiġi aċċertata t-traċċabilità tal-prodott li minnu jkunu qed jiġu prelevati l-kampjuni? Jista’ jikkonferma jekk hijiex ukoll qed tintuża sistema ta’ double coding biex tassigura li min ikun qed jagħmel l-analiżi ma jkunx jaf l-identità tal-produttur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kull kampjun li jiġi pprelevat jiġi mpoġġi f’boroż ġodda tal-plastic u ssiġillat permezz ta’ siġil b’numru uniku quddiem sid il-prodott stess. Dan in-numru jitniżżel ukoll fuq l-irċevuta relevanti għal dak il-prodott. Kull korrispondenza mal-laboratorju, inkluż ir-riżultat, rigward il-prodott elevat tirreferi biss għal dan in-numru uniku sabiex tkun żgurata il-kunfidenzjalita ta’ sid il-prodott.

Residwi ta’ pestiċidi — kampjuni

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’inhi l-proċedura stabbilita ta’ meta jinġabar kampjun ta’ oriġini veġetali biex jiġi ttestjat għar-residwi tal-pestiċidi? Kemm jinżammu numru ta’ kampjuni biex ikun iggarantit li f’każ ta’ appell mingħand is-sid tal-prodott li jkunu rriżultaw li fihom ir-residwi ta’ pestiċidi jistgħu jiġu kkonfermati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kampjuni jittieħdu tlieta ta’ bejn wieħed u ieħor kilo il-wieħed li jiġu ssiġillati individwalment u jingħtaw numru uniku. Żewg kampjuni jinżammu mill-uffiċjali tal-Awtorita’ ġewwa freezer apposta sakemm ikun hemm bżonn, filwaqt li wieħed jingħata lura lis-sid tal-prodott issiġillat sabiex iżommu fil-freezer sakemm joħroġ ir-riżultat. Wieħed miz-żewġ kampjuni li jinżammu mill-uffiċjali tal-Awtorita’ jintbagħat il-laboratorju sabiex ikun ittestjat filwat li l-ieħor jibqa’ fil-freezer tal-Awtorita’ sakemm joħroġ ir-riżultat jew sakemm il-każ jintemm mill-Qorti. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument bi proċedura SP-TRD-902.

Residwi ta’ pestiċidi — kampjuni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jelenka meta kienu d-dati ta’ meta nġabru l-kampjuni biex jiġu ttestjati għar-residwi ta’ pestiċidi ta’ oriġini veġetali matul is-sena 2017 sal-ġurnata tal-lum u kif ukoll id-dati ta’ meta r-riżultati ta’ kull kampjun ġew f’idejn l-awtoritajiet kompetenti għal kull kampjun li ġie pprelevat?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor, Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 6815. Intant, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati aġġornati ta’ sena 2018.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali — ordnijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il ordni ta lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Aġenzija tal-Gvern skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (3) tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali (Kap. 90 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jagħti d-data u dwar xiex kien kull wieħed mill-imsemmija ordnijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ma jidhirx li qatt ingħatat ordni bħal dik imsemmija fid-domanda. Il-poter li jingħataw tali ordnijiet huwa wieħed ta’ riżerva u eċċezzjonali li jinstab f’numru ta’ liġijiet li waqqfu korporazzjonijiet pubbliċi fl-aħħar ċirca għoxrin sena.

Avukat Ġenerali – valuri ta’ servizz u Kodiċijiet ta’ Etika

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe valuri ta' servizz u Kodiċijiet ta' Etika li skont l-artikolu 3 (6) tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali (Kap. 90 tal-Liġijiet ta' Malta) jistgħu jiġu abbozzati mill-Avukat Ġenerali bi ftehim miegħu bħala l-Ministru responsabbli għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Aġenzija tal-Gvern?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Kawżi maqtugħa — Appelli kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi appelli kriminali mill-1 ta’ Lulju 2018 sal-lum u dan b’mod individwali minn kull ġudikant?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ Appelli Kriminali maqtugħa fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex mill-1 ta’ Lulju, 2018 sal- 5 ta’ Diċembru 2018 (l-ammont jinkludu numru ta’ kawżi deċiżi, ċeduti, deżerti) huma s-segwenti: L-Imħallef Antonio Mizzi: 141 L-Imħallef Giovanni Grixti: 58 L-Imħallef Edwina Grima: 31 L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera: 133 Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Imhallfin imsemmija, apparti Appelli Kriminali (Inferjuri) huma assenjati xoghol iehor. Naturalment dan ma japplikax fil-konfront tal-Imhallef Mizzi ghaliex irtira bl-eta'. Ghalhekk apparti l-Appelli Kriminali (Inferjuri) :- i. L-Imhallef Giovanni Grixti jiehu nofs il-Gurijiet u jaghmel l-Ghassa; ii. L-Imhallef Edwina Grima tifforma parti mill-komposizzjoni tal-Appelli Kriminali (Superjuri) u taghmel l-Ghassa; iii. L-Imhallef Consuelo Scerri Herrera tiehu nofs il-Gurijiet u taghmel l-Ghassa.

Qorti tal-Appell — Avviż Legali dwarit-Twaqqif tat-Tielet Sezzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn għadu ma ġiex ippubblikat (fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza) l-Avviż Legali li jipprovdi għat-twaqqif tat-Tielet Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell? Jaf il-Ministru li l-amministrazzjoni tal-Qrati għandha struzzjonijiet biex ma jkunux appuntati appelli quddiem din it-Tielet Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell? Jekk il-backlog ta’ kawżi fil-Qorti tal-Appell kulħadd jaf li hu problema, għaliex dan id-dewmien biex jiġi ppubblikat dan l-Avviż Legali li l-amministrazzjoni tal-Qorti qed tinsisti għalih?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Membru Interpellant illi r-Regoli tal-2018 li jemendaw ir-Regoli dwar id-Distribuzzjoni ta’ Kawżi fil-Qorti tal-Appell li jipprovdu għad-distribuzzjoni ta’ kawżi quddiem l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Sezzjonijiet tal-Qorti tal-Appell ġew pubblikati fil-25 ta’ Settembru 2018 permezz tal-Avviż Legali 301 tal-2018.

Kampjuni ta’ oriġini veġetali – ittestjar ta’ residwi ta’ pestiċidi u kontaminanti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm inġabru kampjuni ta’ oriġini veġetali biex jiġu ttestjati għar-residwi ta’ pestiċidi u kontaminanti oħra matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt tinsab tabella bl-informazzjoni mitluba. Sena Numru ta’ Kampjuni 2013 118 2014 133 2015 100 2016 136 2017 121 2018 (sa 30 ta’ Novembru 2018) 212

Maximum Residue Level — kampjuni

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema kienu r-residwi ta’ pestiċidi li nstabu f’kampjuni ta’ oriġini veġetali li nġabru kemm li jeċċedu u kif ukoll dawk li ġew kwantifikati li fihom residwi taħt il-Maximum Residue Level, il-ħaxix jew frott li nstabu fih dawn ir-residwi, u l-pajjiż tal-oriġini tal-kampjuni matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta’ snin 2018, 2017, 2016, 2015, 2014 u 2013 li juru liema residwi ta’ pestiċidi nstabu f’oriġini veġetali, x’kien il-livell tagħhom, f’liema tip ta’ ħxejjex, frott, ċereali jew prodotti oħra nstabu, x’kien il-Maximum Residue Level għal kull residwu partikolari, x’kien il-Limit of Detection ta’ kull metodu utilizzat għal kull residwu, u x’kien il-Level of Uncertainty ta’ kull riżultat pożittiv għall-kampjuni.

Residwi ta’ pestiċidi f’oriġini veġetali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema residwi ta’ pestiċidi nstabu f’oriġini veġetali, x’kien il-livell tagħhom, f’liema tip ta’ ħxejjex, frott, ċereali jew prodotti oħra nstabu, x’kien il-Maximum Residue Level għal kull residwu partikolari, x’kien il-Limit of Detection ta’ kull metodu utilizzat għal kull residwu, u x’kien il-Level of Uncertainty ta’ kull riżultat pożittiv għall-kampjuni matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 6815.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Aġenzija tal-Gvern hu obbligat li jagħmel skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (5) (d) tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali (Kap. 90 tal-Liġijiet ta' Malta) biex jiġu stabbiliti l-finanzjament tal-aġenzija kif ukoll il-ħidmiet li għandhom jiġu indirizzati u miksubin minnha?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta f'ohra.

Asset Recovery Bureau – Asset Management Unit — konfiski

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li nħaddmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti u/jew mill-Asset Recovery Bureau mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il hawn maqsuma xahar b'xahar u jgħid x’użu qed isir minn kull konfiska u/jew kienx hemm xi bejgħ tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Lista ta’ Deċiżjonijiet tal-Qorti — iffriżar ta’ flus u oġġetti

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7965, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ konfiska li semma fit-tweġiba u li m’għadhomx fis-seħħ (39 fl-2017) irriżultaw f’konfiska ta’ assi u fiex kienu jikkonsistu dawn il-konfiski?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7964, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha kkonfiskati mill-Istat b’rabta ma’ reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta f'ohra.