Bank Ċentrali — Investigazzjoni - xhieda kunfidenzjali
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, il-Ministru qal li ż-żewġ investigazzjonijiet saru fuq il-bażi li kull xhieda tingħata taħt garanzija li tinżamm il-kunfidenzjalità, jista' l-Ministru jgħid jekk u b'liema mod il-Bank Ċentrali kien avża lil persuni kollha li taw ix-xhieda tagħhom fiż-żewġ investigazzjonijiet, li x-xhieda tagħhom kienet se tibqa' kunfidenzajli u li r-rapporti kienu se jibqgħu mhux ippublikati, sabiex kif qal fit-tweġiba, x-xhieda tkun tista' tinġabar kif jixraq?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14330, liema tweġiba tapplika ukoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari 14162, 14163, 14164 u 14166 li saru mill-istess Onorevoli Interpellant.
Bank Ċentrali — Investigazzjonijiet - Xhieda kunfidenzjali
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li fuqhom wasslu biex l-istess tmexxija li hemm illum tal-Bank Ċentrali ddeċidiet li tagħti permess lill-ekonomista, impjegat f'dan il-Bank sabiex jagħti konsulenza bi ħlas lit-trade union ewlenija f'pajjiżna, permezz ta' rapporti dwar tema li dak iż-żmien kienet indiskutibilment ta' natura kontroversjali pubblika u politika, jiġifieri l-effetti ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u intiżi biex dak iż-żmien din il-union tieħu pożizzjoni dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u dawk il-kriterji li wasslu lill-Bank biex lill-ekonomista l-ieħor, impjegat ukoll fl-istess Bank, jinfurmah, waqt il-proċess dixxiplinari msemmi li ma kienx jingħata permess biex jagħmel il-kontribuzzjoni li għamel minħabba li skond il-Bank it-tema kienet ta' natura kontroversjali? Jista' juri d-dokumentazzjoni tal-permess li kien talab dan l-impjegat ekonomista biex jagħti konsulenza bi ħlas dwar l-effetti ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, hekk kif mitlub mir-regoli tal-Bank Ċentrali, u l-Minuti tal-laqgħa tal-Executive Management Committee meta dan iddiskuta u ddeċieda dwar din it-talba għal permess ta' xogħol ta' konsulenza part-time kif inhi l-prassi fil-Bank Ċentrali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14334.
B’referenza għat-Tabella 5.5 tal-Economic Survey 2009, bit-titlu “Main Types of Tourist Accomodation”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex hi attribwibbli ż-żieda ta’ sodod ta’ 1140, bejn Diċembru 2008 u Awwissu 2009, fost lukandi 3-star?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-differenza ta’ 1,140 sodda net fil-lukandi 3-star hi attribwita għal tliet raġunijiet:
1. Żewġ (2) lukandi li kienu magħluqin f’Diċembru 2008 u li kienu miftuħin f’Awwissu 2009. Dawn ikkontribwixxew għal żieda ta’ 858 sodda;
2. Ħames (5) lukandi li żiedu l-ammont ta’ sodod b’321 sa Awwissu 2009;
3. Żewġ (2) lukandi li naqqsu l-ammont ta’ sodod b’39 sa Awwissu 2009.
Nirreferi wkoll għat-Tabella 5.5 tal-
Economic Survey 2009
, fejn il-figuri jirreferu għal
net establishments and bed places
. Din il-figura teskludi n-numru ta’ sodod f’lukandi li, għal xi raġuni, ma jkunux qed jintużaw għall-akkomodazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-AirMalta hijiex tikkontempla li s-sezzjoni tal-Passenger Handling jiġi out sourced? Jekk iva, liema partijiet minn din is-sezzjoni se jiġu out sourced u x'se jiġri mill-impjegati ta' l-Air Malta li jaħdmu f'din is-sezzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta qeda tiddiskuti l-Collective Agreement ġdid ma’ General Workers’ Union li jinkludi fost affarijiet oħra tibdil fil-prassi tax-xogħol, flessibiltà u rosters li jinbiddlu skond il-ħtieġa. Jekk isirx out-sourcing jew le jiddependi fuq ir-rizultat ta’ dawn it-taħdidiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promotions u f'liema skali u/jew gradi fl-Air Malta mis-sena 2008 'l hawn skond id-data li fiha ngħatat il-promozzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha impjegati l-Air Malta fl-1987? Kemm ġew impjegati nies mal-Air Malta mill-1987, sena b'sena u skond il-gradi? Kemm telqu impjegati għax ħadu l-Voluntary Retirement Scheme, skond skema skema u sena b'sena minn meta ġiet introdotta? Kemm telqu ħaddiema għax irriżenjaw, mill-1987 sal-bidu tas-sena 2010? Kemm spiċċaw ħaddiema bl-età tal-irtirar, sena b'sena, mill-1987 sal-bidu tas-sena 2010? Kemm impjegat nies l-Air Malta fil-bidu tas-sena 2010 skond il-gradi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn jiġi mportat il-qamħ li nikkunsmaw fil-gżejjer Maltin? Kemm u minn fejn ġie importat il-qamħ ikkunsmat fil-gżejjer Maltin matul il-perjodu 2000-2009?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet liċenzjati li jikru d-DVDs f’Malta u Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jirrizulta li skond is-sistema tal-imaniġġjar tal-liċenzji (LMS), f`Malta u f'`Ghawdex hawn 59 negozju awtorizzati permezz ta' liċenzja relattiva sabiex jikru DVDs.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul globali miċ-ċnus u/jew qbiela matul l-2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul totali għas-sena 2009 minn qbiela kien ta’ €236,687 filwaqt li d-dħul minn kirjiet oħra ta’ postijiet kummerċjali u ċnus perpetwi jammonta għal €25,747,167.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13734 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li l-Assistent Direttur li, fil-prezent jidher li hu responsabbli għad-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan ic-CCD se jiġi jew diġà ġie trasferit, jew b'xi mod ieħor se jmur jaħdem jew diġà mar jaħdem ma' dipartiment jew direttorat ieħor? Fil-prezent, dan l-istess uffiċjal taħt liema payroll jaqa' ? Waqt il-ħinijiet tax-xogħol f'liema dipartiment jew direttorat qiegħed ikun? Il-Ministru jaf li d-Direttur li kien responsabbli għal dan id-direttorat huwa l-Assistent Personali tiegħu u ilu jokkupa din il-kariga għal mill-inqas sena u nofs jew aktar, u propriju għalhekk id-Direttorat tal-Infurzar ilu bla direttur għal dan iż-żmien twil? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux post vakanti jew le? Dan l-uffiċjal għadu jgawdi minn nomenklatura ta' direttur jew m'għadux? Jaħseb li hu ta' benefiċċju għal xi ħadd li dan id-Direttorat sensittiv tħalla mingħajr direttur? Jekk ma jaħsibx hekk għaliex, fil-fatt, tħalla mingħajr direttur? X'kienet ir-raġuni li dan id-direttur jew eks direttur li preżentement qed jagħmilha ta’ Assistent Personali tiegħu telaq mill-imsemmija kariga?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14285.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħal fis-seħħ it-twaqqif tal-Fond għall-Kawżi Ġusti sena b'sena, kemm kien l-ammont li kellu x'jonfoq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammonti li kellu x’jonfoq il-Fond għall-Kawżi Ġusti minn meta daħal fis-seħħ kienu dawn il-kontribuzzjonijiet li qed jinkludu ukoll interessi li ġġenera l-kont –
2006 - LM 914,378.07 (€ 2,129, 927.95)
2007 - LM 892,304.59 (€2,078,510.57)
2008 - €1,656,123.01
2009 - €2,073,084.73
Għaldaqstant f’dawn l-aħħar erba’ snin se jkunu tgawdew €7,937,646,26 minn għaqdiet u soċjetajiet li applikaw għall-għajnuna minn dan il-fond.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini li d-Dipartment tat-Taxxi Interni bagħtilhom avviż biex iħallsu taxxi dovuti qabel is-sena 2001? Għaliex jibgħatu dawn l-avvizi meta hemm sentenza tal-qorti li tgħid li hemm preskrizzjoni ta' tmien snin fuq taxxi dovuti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartment tat-Taxxi Interni bagħat avviż lil 38,319 taxpayer biex jitħallsu t-taxxi rispettivi dovuti fuq bilanċi li jinkludu xi sena li tiġi qabel is-sena 2001. Importanti jingħat li l-fatt li t-taxxa dovuta tirreferi għal snin qabel is-sena 2001 ma jfissirx li llum ma tistax tinġabar mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Rigward il-preskrizzjoni nagħmel riferenza għat-tweġiba li diġà ngħatat għall-PQ 13813 fejn intqal li teknikament, u skont il-parir mogħti lid-Dipartiment mill-Avukat Ġenerali, il-preskrizzjoni hija azzjoni li trid tiġi eċċepita f’kull kawża individwali, u ma tapplikax b’mod awtomatiku anki jekk ikun hemm sentenza tal-qorti fuq xi każ speċifiku. Għalhekk meta debitur, f’dan il-każ il-Kummissarju tat-Taxxi Interni, jieħu azzjoni biex jiġbor dejn li hu dovut barra miż-żmien stipulat mil-liġi biex jagħmel dan, l-individwu jista’ jeċepixxi l-preskrizzjoni biex iwaqqaf proċeduri kontra tiegħu quddiem il-Qrati ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ir-rapport intern li kien ikkunmmisjona wara l-iskandlu fid-Dipartiment tal-VAT? Min ġie kkummissjonat bir-rapport? Jista' jpoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Ir-rakkmandazzjonijiet tar-rapport se jiġu segwiti?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma r-rapporti li dehru fil-media lokali għal dak li jirrigwardja l-bejgħ ta' Selmun Palace Hotel? Jista' jagħti dettalji ta' fejn wasal dan il-proċess ta' bejgħ tal-istess lukanda?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14271.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea f'din l-aħħar sena?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onor. Interpellant hu infurmat li d-dokumenti li qed jitlob jikkontjenu informazzjoni ta’ natura kummerċjali u għalhekk mhux possibli li ‘tender documents’ jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jgħid minn liema pajjiż ġew importati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar u Settembru 2009 ġew impurtati dawn il-karozzi:
L-Italja
1
Il-Ġappun
1765
Ir-Repubblika tal-Korea
1
Il-Messiku
1
it-Tajwan
6
It-Turkija
1
Ir-Renju Unit
375
L-Amerka
1
Total
2151
Nota 1: Id-data tal-estrazzjoni tal-informazzjoni fit-tabella hija 23/11/2009
Nota 2: Dawn il-figuri jista’ jkun li ma jinkludux karozzi wżati mixtrija minn individwi li mhumiex reġistrati mal-VAT, u li allura mhumiex obbligati li jirrapurtaw oġġetti impurtati mill-Istati Membri tal-UE fis-
Supplementary Declaration
tal-Intrastat
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati muturi b'żewġ roti u muturi b'erba' roti bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jgħid iċ-cilindraġġ ta' dawn il-muturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Settembru 2009 ġew impurtati 810 muturi b’żewġ roti.
In-numru ta’ dawn il-muturi skont iċ-ċilindraġġ huwa kif ġej:
· 188 mutur b’ċilindraġġ sa 50 cm3
· 200 mutur b’ċilindraġġ aktar minn 50 cm3 sa 80 cm3
· 204 muturi b’ċilindraġġ aktar minn 80 cm3 sa 125 cm3
· 30 mutur b’ċilindraġġ aktar minn 125 cm3 sa 250 cm3
· 40 mutur b’ċilindraġġ aktar minn 250 cm3 sa 380 cm3
· 20 mutur b’ċilindraġġ aktar minn 380 cm3 sa 500 cm3
· 20 mutur b’ċilindraġġ aktar minn 500 cm3 sa 800 cm3
· 14-il mutur b’ċilindraġġ aktar minn 800 cm3
· 94 muturi oħrajn
Skont l-HS Code il-muturi b’erba’ roti huma klassifikati mal-karozzi u għalhekk ma teżistix statistika separata tagħhom.
Billi l-Prim Ministru riċentement tkellem fit-tul favur l-introduzzjoni tal-Islamic Finance f’Malta u billi issa għadda żmien mhux ħażin minn mindu l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji ppubblikat consultation document dwar dan u anke kisbet il-feedback meħtieġ, jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jiġi introdott dan il-kunċett ġdid? Fuq liema binarji ser jkun u x’time scales hemm maħsuba għal dan? Il-Gvern qed jikkonsidra retail banking, project financing, special purpose vehicles, jew anke fund management u assigurazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-onorevoli interpellant illi ninsab infurmat illi l-eżerċizzju dwar il-Consultation Document oriġinali kif ukoll il-Feedback Statement li sussegwentement inħareġ mill-MFSA dwar l-introduzzjoni tal-Islamic Finance f’Malta kienu jirreferu speċifikament għall-qasam tal-Banking (inkluż retail banking, u tranżazzjonijiet bankarji oħra bħal project financing), u għall-qasam tas- Securities (kompriż il-fund management).
Il-
Consultation
Document
ma kienx jirreferi għal qasam ta’ l-assigurazzjoni li fil-fatt kien ippjanat li jiġi trattat fi stadju ulterjuri.
Ninsab infurmat ukoll illi l-pożizzjoni preżenti hi li filwaqt li fil-qasam tas-
securities
, l-MFSA waslet biex tikkonkludi l-istudji tekniċi kollha sabiex tkun f’pożizzjoni li tippubblika linji gwida f’dan ir-rigward fl-ewwel nofs tal-2010, fil-każ ta’ l-
Islamic
Banking
ġew identifikati numru ta’ diffikultajiet legali u tekniċi li għadhom qed jiġu studjati mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma’ wieħed ikun jista’ jipproċedi f’dan ir-rigward.
Jikkonferma l-Ministru li f’ittra datata 10 ta’ Ġunju, 2009 huwa qal li l-Gvern qed jagħmel eżerċizzju biex jeżamina s-sitwazzjoni tal-gradi kollha ta’ għalliema u professjonisti oħra fis-servizz pubbliku biex jikkoreġi l-anomaliji li jsib bejniethom?
Response (FENECH, TONIO)
Nikkonferma illi fl-ittra imsemmija mill-Onor. Interpellant, il-Gvern għamel l-eżerċizzju illi qed jiġi riferut għalih fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal l-eżerċizzju għall-għalliema u meta beħsiebu jressaq għand il-unions differenti dak li sab dwar l-anomaliji li hemm fis-servizz pubbliku li impenja ruħu li jrid jikkoreġi? Kif se ssir din il-korrezzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ezerċizzju li qed jirreferi għalih, huwa lest u diġà hemm data mifthiema ta’ meta l-Ministru ser jiltaqa’ mal-unions sabiex tingħata preżentazzjoni dwar ir-rapport li tħejja mill-Joint Negotiating Team għall-Gvern.