B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3360 u 2905 jista' l-Ministru jara li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li ħejjew l-uffiċjali tal-pulizija li nvestigaw il-każ ta' aġġudikazzjoni tat-tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Billi ftit ilu ġejt mgħarraf li t-triq li tagħti minn Mekkek Bar sa Victoria Gardens/Lukanda Halland reġgħet infetħet two way jista' l-Ministru jinvestiga dawn in-nuqqasijiet marbutin ma' din it-triq u jgħid x’rimedji qed joffri billi :
- it-triq hija biss parzjalment
surfaced
- parti minnha hija ‘
obstructed
’
- parti minnha hija biss tajba għal
one lane
filwaqt li partijiet oħrajn għal
two lane
- fiha hemm xejn anqas minn tliet
blind corners
- u m'hemm l-ebda
footpaths
B’żieda ma' dan hemm il-bottlenecks kontinwi li qed jinqalgħu regolarment mit-traffiku li jkun ġej miż-żewġ naħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3522 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3424 u jgħid kemm-il persuna resqet għal eżami tas-sewqan, kategorija b'kategorija, xahar b'xahar din is-sena? Kemm m'għaddewx minn dan l-eżami? Kemm baqgħu m'għaddewx għal aktar minn darba, u għal kemm-il darba ġara dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4532, 4088, 3370 u 2653 u jispeċifika l-ammont totali ta' bad debts li għandha l-Korporazzjoni Enemalta li ftit li xejn għandha ċans li qatt tirkupra?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għall-liema perjodu qed jirreferi u x'jifhem bil-frażi "ftit li xejn għandha ċans li tirkupra" peress li dan hu insitu fil-frażi " bad debt ".
Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport f'kollaborazzjoni mal-ELC, jieħu l-passi neċessarji biex fl-approaches lejn roundabouts u turnings oħrajn, l-arbuxelli li hemm, fil-fatt jinżammu baxxi biex jiġi evitat periklu bla bżonn għat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Freeport — Ħaddiema full/part-time u casual workers
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3459 li oriġinarjament saret lil Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm daħlu jaħdmu nies part-time/full-time jew casual workers mal-kumpannija Freeport fl-aħħar tliet xhur ta' qabel l-elezzjoni ġenerali ta' Marzu 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kumpanija Freeport hija kumpanija privata u għalhekk ma nistax nagħti l-informazzjoni mitluba.
Mosta — Triq il-Ħtajriet - esproprjazzjoni tal-bini
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex sejjer jsir esproprjazzjoni tal-bini neċessarju matul ix-xogħol ta' rikostruzzjoni li qed isir ġewwa triq il-Ħtajriet il-Mosta, u liema xogħol qed isir fil-preżent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bini fi Triq il-Ħtajriet imsemmi mill-Onorevoli Nterpellant ġie esproprijat. L-ADT qed tistenna li tinstab akkomodazzjoni alternattiva għar-residenti li jgħixu f’dan il-bini qabel ma jkun jista’jipproċedi x-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kif u liema toroq residenzjali fil-Mosta sejrin jinbena jew jingħataw wiċċ ġdid fis-sena 2009? F'każ li hemm diversi toroq, min jagħti l-parir ta' prijorità? Il-gvern lokali jkun involut f'dan il-proċess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skond il-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali li ħejjiet l-Awtorità Dwar it-Trasport, fil-lokalita imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ser isiru xogħlijiet f’ dawn it-toroq:
Kumplament ta’ Triq il-Ħtajriet bejn Triq Sant’ Antnin u Vjal il-Qalbiena Mostin;
Parti minn Triq l-Inkurunazzjoni;
Triq Patri Avertan Fenech;
Triq Ferdinand Calleja;
Triq Gio. Dei Marchesi Mallia Tabone
Parti minn Triq Alwetta
Triq Salvu Barbara
Il-Kunsilli Lokali kemm-il darba ġew ikkonsultati sabiex jagħtu listi ta’ toroq li jridu jinbnew fil-lokalità tagħhom. L-ADT tiddeċiedi liema toroq isiru l-ewwel, a bażi ta’ din il-konsultazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi raġuni għala wara li tlestiet Triq Rudolph Tas-Sliema xi ftit tax-xhur ilu, issa qiegħda tinqala xi partijiet tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dak li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien riżultat ta' deċiżjoni tal-Kunsill Lokali. Hu min hu li ddeċieda m'hemmx dubju li dawn l-episodji joħolqu inkonvenjenti u ħela ta' flejjes pubbliċi li jeħtieġ jitwaqqfu. Minħabba f'dan fil-ġranet li ġejjin se nħabbar proċeduri ġodda fil-ħruġ ta' permessi għal xogħlijiet fuq it-toroq inklużi toroq fil-kompetenza tal-Kunsilli Lokali.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Volum ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4112 u 3880 u jgħid x'kien il-volum totali ta' ilma prodott kull sena milll-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mis-sena 2000 sal-lum? X'kien il-volum ta' ilma li ġie metered għal kull sena? X'kien id-dħul għal kull sena mill-bejgħ ta' dan l-ilma? X'kien l-ammont ta' sussidju li ta l-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul dawn is-snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4003, jista' l-Ministru jikkunsidra li s'April li ġej, il-gvern ikollu pożizzjoni uffiċjali dwar il-proġett tal-bini tat-Teatru Rjal? Jekk fl-affermativ, meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif diġa jaf l-Onorevoli Nterpellant, il-Gvern diġa ħabbar il-ħsibijiet dwar dan il-proġett.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Vetturi mixtrija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4206 u 3856 u jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4302 u jgħid din is-sena kemm kien in-numru ta' każijiet ta' żbroff/fawran tad-drenaġġ rapportati lill-awtorità konċernata f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jinvolvu żbroff/fawran fil-widien u x'passi ttieħdu? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li jaħdmu f'dan id-dipartiment konċernat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Raddet ir-Roti, Xemxija, San Pawl il-Baħar fil-fatt tinqala', tiġi allinejata u mogħtija wiċċ bit-tarmac għax tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' barranin, ta' liema nazzjonalità huma u f'liema lokalità joqogħdu, skont in-nazzjonalità tagħhom f'Malta u f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3933 u ċioè b'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3583, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li huma CVA exempt?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4019 u 3688 u jgħid kemm kien is-sussidju mogħti mill-gvern lill-Korporazzjoni Enemalta għall-elettriku u għall-gass separatament għal kull sena mill-1996 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-għotjiet mogħtija mill-Gvern lil Enemalta kienu kif jidhru hawn taħt.
Sena finanzjarja
2004/5
2005/6
2006/7
€
€
€
Elettriku
15,166,550
44,807,827
37,065,334
Gass
4,192,872
4,891,684
4,891,684
Total
19,359,422
49,699,511
41,957,018
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamenari 4020 u 3689 u jgħid kemm kien is-sussidji mogħti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kull sena mill-1996 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-infroamzzjoni mitluba.
Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4047 u 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.