Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta — Toroq li ngħataw it-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li ngħataw it-tarmac matul l-2008 fil-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul l-2008 inbniet il-parti ta’ Triq il-Htajriet bejn Triq il-Kbira u Triq Sant’ Antnin. Sadattant, bħalissa qed isir xogħol fil-parti ta’ Triq il-Htajriet bejn Triq Sant’Antnin u Triq E.B. Vella.

Airport Tax Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni fl-AirMalta fejn jidħol ir-refund ta' l-Airport Tax għal dawk li laħqu bbukkjaw titjiriet qabel l-1 ta' Novembru, 2008? Kemm hu l-ammont ta' flus f'refund li ħallset l-AirMalta s'issa għal dan il-għan? Kemm hu l-ammont ta' flus li għad iridu jiġu mħallsa? Meta se jsir dan il-ħlas?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Qormi — Triq il-Wied

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex f'dawn l-aħħar ġranet qed jinżel kontinwament kwantità ta' ilma fi Triq il-Wied f'Hal Qormi, bil-konsegwenza li diversi residenti ma jistgħux jaqsmu din it-triq mingħajr dan l-inkonvenjent? Jista' l-Ministru jikkonferna jekk hemmx ħsarat ta' l-ilma jew xi outflow f'dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għalkemm jidher li l-ilma fil-parti l-kbira mhux ilma tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, il-Korporazzjoni xorta qed tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa biex tassigura ruħha li m’hemmx xi kawża min-naħa tagħha għal dan l-ilma.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — tibdil ta' mains u house connections

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li fihom il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, beħsiebha tbiddel il-mains u l-house connections matul l-2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha pjanijiet biex tibdel il-mains tal-ilma kif ukoll is-servizzi tal-ilma f’partijiet minn xi toroq f’San Pawl il-Baħar. It-toroq huma Awwista, Haġra Wieqfa, Pwales, JD La Cassiere, St Paul’s By The Sea, Knisja, Isuard. Ix-xogħol huwa ppjanat lejn l-aħħar tas-sena. Għal rigward bdil ta' mains ta' drenaġġ ser isir xogħol fi Triq il-Mosta. Barra minn hekk, skond il-proċeduri kurrenti, jekk ikun hemm xi proġetti ta’ rranġar ta’ toroq oħra, il-Korporazzjoni tikkopera mal-entitajiet konċernati biex tagħmel ix-xogħol meħtieġ f’dawn it-toroq ukoll.

Importazzjoni ta' karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand matul is-sena 2008, maqsuma xahar, xahar kif ukoll skond il-marka, it-tip u ċ-ċilindraġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Pont Manwel Dimech — Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4109 u jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha tal-proġett tal-Bridge Manwel Dimech inkluż ix-xogħol tal-landscaping fil-wied ta' taħt il-bridge hux lest kollu? Jekk fin-negattiv, meta se jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4124 u jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sar biss xogħol ta' manutenzjoni u l-valur kien ta' 2,355 Ewro.

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija parlamentari 3233 jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet l-offerta għall-operat ta’ dan l-impjant? Meta ngħata l-kuntratt relattiv? Għaliex hemm ċerti kundizzjonijiet tal-kuntratt li qed jiġu ffinalizzati wara li ngħata l-kuntratt? X’inhuma l-kundizzjonijiet li qed jiġu ffinalizzati wara l-għoti tal-kuntratt? X’inhi l-kapaċità massima tat-trattament ta’ drenaġġ tal-impjant? Kemm ittratta drenaġġ kull xahar minn meta beda jopera l-impjant sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-offerta għall-operat u l-manutenzjoni ta’ l-impjant kienet ħarġet bħala parti integrali mis-sejħa għall-offerti għall-kostruzzjoni ta’ l-istess impjant fit-28 ta’ April 2004. Il-kuntratt ġie iffirmat fil-11 ta’ Frar 2005. Il-kuntratt jagħmel referenza u provediment għal reviżjoni tar-rati li jitħallsu lill-kuntrattur. Dawn qegħdin fil-proċess li jiġu riveduti partikolarment minħabba t-tariffi ġodda ta' l-elettriku. L-impjant għandu il-kapaċita li jittratta l-medja ta’ 6,000 metri kubi ta’ drenaġġ kuljum. L-impjant ittratta il-volum ta’ 1,343,568 metri kubi ta’ drenaġġ minn kemm ilu jopera. Din il-figura hija ekwivalenti għall-medja ta’ 111,964 metri kubi fix-xahar, sa l-aħħar ta’ Novembru 2008.

Xiri ta' żejt mhux maħdum għas-suq Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn jinxtara ż-żejt mhux maħdum għas-suq Malti? Fejn jinħadem biex ikun jista' jintuża mill-konsumatur? Kemm saru ordnijiet fl-2007 u din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Importazzjoni ta' petrol, diesel, light heating oil u aviation fuel

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm ġie impurtat petrol, diesel, light heating oil u aviation fuel din is-sena? Kemm kien jiswa l-prezz ta' kull prodott maħdum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Advanced street light optimization systems

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern biex jintroduċi advanced street light optimization systems li jinkludu adaptive lighting control, improved lamp performance, kif ukoll sistema wiesa' ta’ centralized street light asset management? Dan billi sistemi simili jnaqqsu sostanzjalment il-konsum tal-enerġija, il-maintenance costs u anke l-impatt ambjentali? Kif jaf żgur il-Ministru jeżistu wkoll sistemi stand alone ta’ lamp control li jsaħħu l-performance u l-effiċjenza fi street lighting simili permezz ta’ retrofitting ta' lamp controllers għal street lighting fixtures eżistenti.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.