Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-Investiment Totali, jiġifieri tal-Formazzjoni ta’ Kapital Fiss Gross f’Għawdex kull sena mill-1999 ‘l hawn? Kemm minnu kien investiment pubbliku u kemm kien investiment privat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-data rigward il-varjabbli: ‘Formazzjoni ta’ Kapital Fiss Gross’ (GFCF) tinġabar biss f’forma aggregata, jiġifieri għal Malta u Għawdex f’daqqa.
Għawdex — valur tan-Nefqa Domestika Gross fuq Riċerka u Żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tan-Nefqa Domestika Gross fuq Riċerka u Żvilupp f’Għawdex kull sena mill-1999 ‘l hawn? Kemm minnha kienet nefqa pubblika u kemm kienet nefqa privata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika rigward in-Nefqa Domestika Gross fuq l-R&D tinġabar biss b’mod aggregat u mhijiex disponibbli fuq bażi reġjonali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-garaxxijiet, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, għadhomx mikrija jew għaddewx lura għand il-Gvern għax ilhom ma jinfetħu ħafna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wieħed mill-garaxxijiet li d-dettalji tagħhom intbagħtu separatament huwa mikri, ieħor qiegħed fil-proċess li tinħareġ Ordni ta’ Żgumbrament, filwaqt li t-tnejn l-oħra qegħdin f’idejn il-Gvern u hemm il-ħsieb li dawn jiġu mikrija wara li tinħareġ sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jiddikjara meta se titħallas, lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, f'riveżjoni tal-bilanċ ta' Lm 442 income tax żejda li kienet ħallset u li ilhom dovuti għal aktar minn ħames snin? Għaliex l-aħħar pagament sar qabel l-elezzjoni u mill-elezzjoni 'l hawn ma rċevitx din is-somma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-refund tal-persuna li d-dettalji tagħha jidhru separatament, u li kellu joħroġ sal-aħħar ta’ Diċembru li għadda, se joħroġ ma jdumx, u se tirċevih bl-imgħax ta’ 0.75% fix-xahar.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Internal audits f'awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ dawk l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li:
a) għandhom
internal auditor
?
b) li għad m'għandhomx
internal auditor
?
ċ) f'każ ta' dawk li għandhom
internal auditor
jgħid kemm ilu li nħatar u min huwa?
d) filwaqt li jagħti raġuni għaliex m'hemmx
internal auditor
f’dawk l-entitajiet li s’issa għad m'għandhomx wieħed, jindika ukoll meta dan il-vojt mistenni jimtela'?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12952, 12492, 12219 u 11970 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm kien il-grant li rċieva l-Gvern biex permezz tiegħu xtara ħafna mill-apparat ta' dan il-laboratorju nazzjonali? Jikkonferma li ħafna minnu mhuwiex jintuża bħalissa? X'inhi r-raġuni għal dan, jekk dan jirriżulta li huwa minnu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12952.
F’Marzu 2008, il-Kummissarju tat-Taxxi Interni għamel write-off ta’ ċerti bilanċi ta’ bosta taxpayers li, skont hu, kienu ġew preskritti, jista’l- Ministru
(i) jagħti l-lista ta’ dawn it-
taxpayers
;
(ii) jgħid kemm kien il-bilanċ tat-taxxa li nqata’ mir-rekord tat-
taxpayers
f’kull kaz;
(ii) jgħid jekk kull
write-off
imsemmi sarx fuq talba tal-istess
taxpayers
jew inkella b'deċiżjoni ħielsa tal-Kummissarju wara li kien sar l-iċċekkjar meħtieġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji mitluba dwar it-taxpayers individwali ma jistgħux jingħataw minħabba li l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa ma jippermettix li dawn jingħataw, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.
Ir-
write off
imsemmi sar b’deċiżjoni tal-Kummissarju u wara l-iċċekkjar meħtieġ li dawn l-ammonti kienu preskritti.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn ir-
write offs
jiġu awditjati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta l-Awditur.
Skema għal tnaqqis ta' taxxa dovuta għas-sena bażi 1997
Question
Meta nafu li issa tnediet l-iskema għal tnaqqis ta' taxxa dovuta fuq is-snin sas-sena bażi 1997, u għal tnaqqis ta' multi u interessi fuq kontijiet mis-sena bażi 1998 sas-sena bażi 2007, jista' l-Ministru jgħid ukoll
(i) jekk qabel il-ħruġ tal-avviż meħtieġ lil kull
taxpayer
li kien għad baqagħlu xi bilanċ ta’ taxxa x’jitħallas sarx l-iċċekkjar meħtieġ sabiex dan jiżgura li ma jinħarġux talbiet għal taxxa li sal-lum ġiet preskritta?
(ii) jekk sar, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ min huma dawn it-
taxpayers
li l-bilanċ tagħhom għalhekk ġie
written-off
kif dovut għax ma kienx hemm lok li toħroġ it-talba għall-ħlas?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Iskema mħabbra fl-4 ta’ Settembru 2009, wieħed irid jaraha fi sfond ta’ żewġ fatturi ewlenin: l-ewwelnett ir-rapport tal-Awditur Ġenerali li ta’ kull sena juri ammont ta’ arretrati li kulħadd jaf li mhux kollu huwa kollettibbli; it-tieni l-fatt li l-income tax f’Malta ilha sittin sena u wara dawn is-snin kollha wieħed jifhem li bilfors ikun hemm bżonn ta’ ċertu tindif fir-records tad-dipartiment.
Biex dan isir fl-iqsar żmien possibbli, u biex jiġi evitat li jinqalgħu fiżikament eluf ta’ files, ħaġa li tirrikjedi xogħol amministrattiv kbir, ma kienx possibbli li jiġu ċċekkjati l-bilanċi wieħed wieħed jekk humiex preskritti jew le. Għaldaqstant fl-4 ta’ Settembru li għadda kien tħabbar li l-Iskema kienet se tkun miftuħa għal kull min kellu xi bilanċ ta’ taxxa, inklużi dawk it-taxpayers li skont huma – imma mhux bilfors kien hekk – il-kontijiet tagħhom kienu preskritti.
Rigward il-preskrizzjoni wieħed irid jgħid ukoll li teknikament, u skont il-parir mogħti lid-dipartiment mill-Avukat Ġenerali, il-preskrizzjoni hija azzjoni li trid tiġi eċċepita f’kull kawża individwali, u ma tapplikax b’mod awtomatiku. Għalhekk meta debitur, f’dan il-każ il-Kummissarju tat-Taxxi Interni, jieħu azzjoni biex jiġbor dejn li hu dovut barra miż-żmien stipulat mil-liġi biex jagħmel dan, l-individwu jista’ jeċepixxi l-preskrizzjoni biex iwaqqaf proċeduri kontra tiegħu quddiem il-Qrati ta’ Malta.
Jaqbel l-Ministru li x-xogħol li jsir u d-
data
li tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar statistika għal Għawdex jibda jinġabar u
jsir minn Għawdex bies b’hekk jinħolqu ukoll xi postijiet tax-xogħol ġodda f’Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol li jsir u l-ġbir tad-data fl-NSO dwar statistika għal Għawdex, iseħħ prinċipalment minn sorsi amministrattivi. Huma dawn is-sorsi amministrattivi li jipprovdu data maqsuma fuq bażi reġjonali fir-rigward ta’ Malta u Għawdex. Għalhekk, f’dan l-istadju u f’din il-konnessjoni, m’hemmx il-ħsieb u l-bżonn li dan ix-xogħol jinqasam u jsir f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-istrateġiji li fassal il-Gvern f’din il-leġislatura, s’issa, li jinċentivaw u jsostnu x-xogħol fil-pajjiż? Fejn u kif il-Gvern għen intraprizi li kienu għaddejjin minn diffikultajiet minħabba s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja internazzjonali u li għandhom futur tant li kienu lesti jkomplu jinvestu fil-pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12535. Ta’ min iżid, li l-inċentiv fiskali l-ġdid li ġie varat fil-budget għall-2010 għal kumpanniji ta’daqs micro issa bdiet topera taħt l-isem ta’ Micro-Invest. L-iskema hija amministrata mill-Malta Enterprise.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — dikjarazzjoni tal-ispejjez għal safar
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promotions u f'liema skali u/jew gradi fl-Air Malta mis-sena 2008 'l hawn skond id-data li fiha ngħatat il-promozzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Air Malta ħarġet 122 sejħiet interni mis-sena 2008 s’issa. Id-dettalji mitluba huma kif ġej:
Summary
Manager
2
Asst. Manager
8
Officer
21
Asst. Officer
9
Purser
20
Technician I
1
Technician II
3
Technician III
6
Supervisor Engineer
3
Engineer
4
Industrial Supervisor
5
Asst. Industrial Supervisor
19
Driver/Loader
12
EN Skilled Labourer
4
Flight Operations Officer(FD)
3
Flight Despatcher I
2
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn jiġi mportat il-qamħ li nikkunsmaw fil-gżejjer Maltin? Kemm u minn fejn ġie importat il-qamħ ikkunsmat fil-gżejjer Maltin matul il-perjodu 2000-2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 14357 u jgħid f'liema stadju wasal ir-rapport intern li kien ikkummisjona wara l-iskandlu fid-Dipartiment tal-VAT? Min ġie kkummissjonat bir-rapport? Jista' jpoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Ir-rakkmandazzjonijiet tar-rapport se jiġu segwiti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord li ġie kummissjonat biex jagħmel rapport fuq il-VAT mistenni li jikkonkludi fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-Bord hu magħmul minn membri maħturin mill-Ministru għal dan il-għan, li huma is-Sur Herbert Agius bħala Chairperson, u s-sinjuri Dr Cynthia Xerri Debono u Joseph Croker bħala membri.
F’dan l-istadju hu prematur li jinġibdu xi konklużjonijiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13986 u jagħti l-Prodott Gross Domestiku Reġjonali għal Malta u Għawdex separatament, ras għal ras:
a) tar-residenti fir-reġjun u
b) ta’ dawk li jaħdmu fir-reġjun,
f’Purchasing Power Standards
fuq bażi u fil-qafas ta’ reġjuni NUTS Level III tal-Unjoni Ewropea mis-sena 2000 sas-sena 2008 kemm a bażi ta’ EU 25 = 100 u kemm a bażi ta’ EU 27 = 100?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13986.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13987 u jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13987.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar matul l-2007, 2008 u 2009 maqsumin skond l-areas ġeografiċi ewlenin u skond il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f’Għawdex fl-aħħar ta’ Dicembru 2009? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kumitat tal-Kuntratti bidel it-terms of reference u /jew requirements għal dawk li jissottomettu tenders? Jaħseb li din il-bidla sejra tagħmel ġid biex intejbu l-kwalità u livell ta' responsablità kif ukoll il-valur għall-flus (value for money) ta' minn jissottometti tali tenders?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ma bidel l-ebda terms of reference/jew requirements għal dawk li jissottomettu t-tenders.