Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 293 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjni u issa ġiet riferuta lilha, u tgħid kemm ġew reġistrati divorzji fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex f'dawn l-aħħar tlett snin separatament u jindika l-pajjiżi ta' min fejn ġew ottenuti dawn id-divorzji?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija hawn taħt;
2005 3 divorzji – 2 ottenuti minn Parramarra, Awstralja u l-ieħor minn Edinburgh, Skozja.
2006 2 divorzji – 1 ottenut minn St. Petersburg, Russja u l-ieħor minn New York, U.S.A.
2007 2 divorzji – 1 ottenut minn Melbourne, Awstralja u l-ieħor minn New York, U.S.A.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 292 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha, u tgħid kemm kien hemm żwiġijiet ċivili f'Għawdex bejn persuni Maltin u persuni ta' nazzjonalita' barranija f'dawn l-aħħar tlett snin separatament? Tista' tindika s-sess u l-eta' tal-partijiet u tgħid jekk tweldux tfal minn dawn iż-żwiġijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa.
ŻWIĠIJIET ĊIVILI BEJN MALTIN U BARRANIN
2005 7 irġiel Maltin iżżewġu ma’ barranin u 2 irġiel barranin iżżewġu ma’ Maltin. L-irġiel Maltin kellhom 59,38,33,57,43,36,33 sena u n-nisa barranin li izzewguhom kellhom 28, 28, 30, 42, 37, 37, 24 sena rispettivament. L-irgiel barranin kellhom 28 u 39 sena filwaqt li n-nisa Maltin li żżewġuhom kellhom 21 sena.
2006 6 irġiel Maltin iżżewġu ma’ barranin u raġel barrani iżżewweġ ma’ Maltija. L-irġiel Maltin kellhom 34,26,36,32,45,44,27 sena u n-nisa li żżewġuhom kellhom 29,26,25,33,20,25 sena rispettivament. Il-barrani kellu 28 sena u l-mara Maltija kellha 36 sena.
2007 5 irġiel Maltin iżżewġu ma’ barranin u 2 irġiel barranin iżżewġu nisa Maltin.
L-irġiel Maltin kellhom 61,32,44,25 u31 sena u n-nisa barranin li żżewġuhom kellhom 44,29,38,31 u 20 sena. L-irġiel barranin kellhom 30 u 65 sena u n-nisa Maltin li żżewġuhom kellhom 23 u 46 sena rispettivament.
Ma tinżammx statistika tat-tfal li twieldu minn dawn iż-żwiġijiet.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment/entitajiet/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li huma fuq reduced hours? Tista' tgħid hux tikkonsidra li jidħol/jew jiżdied n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-present in-numru ta' haddiema fid-dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru ghal Ghawdex u li huma fuq reduced hours jammonta ghal 53. Nixtieq ngharraf lill-Onorevoli Nterpellant li talbiet ghat-teleworking iridu jkunu skond il-parametri li huma mnizzla fic-cirkulari Numru 6/2008.
Tista' l-Ministru tgħid fejn sar xogħol ta' patching ta' toroq f'din l-aħħar sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xoghol ta' patching li sar f'Ghawdex mill-haddiema tal-Gvern b'materjal provdut minn fondi tal-Ministeru ghal Ghawdex f'din l-ahhar sena, huwa kif jidher fl-iskeda li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra. Dan ix-xoghol ma jinkludix xoghol maghmul mill-Kunsilli Lokali f'Ghawdex.
Peress li ħafna qed jilmentaw li l-ispiżerija tal-Gvern qed tagħlaq fil-ħin minkejja li xi drabi ikun għad baqa` kju twil ta' nies jistennew għall-medicini, tista` l-Ministu tara jekk hux possibbli li jsiru arrangamenti biex meta jkun għad fadal in-nies l-ispiżerija tibqa' miftuħa sakemm jinqeda kulħadd?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-ispizerija tal-Gvern tkun miftuha ghall-pubbliku bejn is-7.30 u l-11.30 ta' fil-ghodu. Kull min ikun prezenti sal- 11.30 jinqeda. Saru arrangamenti, wara diskussjoni ma l-istaff sabiex l-ispizerija tibqa miftuha ghall-pubbliku sas-1.00 ta' wara nofsinhar fost il-Gimgha u sal-11.30 ta' fil-ghodu kull nhar ta' Sibt.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Bejn Jannar u Marzu 2008 fil-Ministeru ghal Ghawdex inghataw dawn il-promozzjonijiet wara sejha ghall-ezami kompettittiv u pubbliku kif ukoll dak dipartimentali:
30 skrivan / skrivan anzjan promossi ghal ufficcjal ezekuttiv
2 ghalliema promossi ghal Assistent Kap
Is-sejhiet ghall-ufficjal ezekuttiv kif ukoll ghal Assistent kap ma hargitx mill-Ministeru ghal Ghawdex imma huma haddiema fil-Ministeru t'Ghawdex.
2 Senior Agricultural Officers promossi ghal Principal Agricultural Officers.
Tista` l-Ministru telenka kemm sar xogħol ta' konkos f'Għawdex mill-Ministeru f'dawn l-aħħar sentejn xahar b'xahar separatament, fejn sar dan ix-xogħol, minn min u kemm sewa?
Tista` l-Minsitru telenka t-tenders kollha li nħarġu mill-Ministeru f'din l-aħħar sena? Tista' tgħid ukoll min tefa` l-offerta għal kull tender, kemm kienet l-offerta u eventwalment min ħa t-tender?
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 121, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha, u cioe': peress li r-residenti ta' Triq Santa Dminka, Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li kull meta tagħmel kwantita' ta' xita din it-triq qed tispiċċa mgħarrqa u dan b'dannu u inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata kemm jista' jkun malajr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s-sitwazzjoni ta' Triq Santa Dminka fir-Rabat, Ghawdex diga bdiet tigi ndirizzata permezz ta' Water culvert li sar f'parti minn din it-triq u twessiegh ta' kanal tal-ilma li jaghti ghal Wied Siekel. Hu mahsub li jigi estiz il-water culvert fi Triq santa Dminka biex jilqa' ahjar l-ilma li jigi minn Triq Carolina Cauchi, Triq Cetta Mintoff u Triq Manuel Dimech biex ikompli jittaffa l-inkonvenjent
Tista` l-Ministru tgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tagħha f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Tista' tagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista` l-Ministru tgħid kif inhu kompost il-Kunsill tal-Kultura għal Ghawdex u meta saru l-ħatriet? Tista' tgħid ukoll kull wieħed u waħda mill-membri xi kwalifiki jew esperjenza għandhom fil-qasam tal-kultura?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Kunsill tal-Kultura l-gdid ghadu ma giex mahtur peress li bhalissa qeghdin jigu studjati proposti li hargu mit-Tieni Konferenza Regjonali tal-Kultura li saret ix-xahar li ghadda fir-rigward ta' strutturi imsahha fil-qasam tal-Kultura f'Ghawdex.
Peress li r-residenti ta' Triq il-Kbira, fix-Xewkija, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-ħafna ħofor fondi li hemm f'din it-triq, tista' l-Ministru tara li f'din it-triq issir il-manutenzjoni opportuna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija taqa' fir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali ta' din il-lokalita' nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti ser jitwettqu matul is-sena kurrenti mill-Gvern biex Għawdex ikun gżira ekoloġika, kif ukoll x'miżuri konkreti u x'passi konkreti ser jittieħdu din is-sena biex Għawdex verament ikun mudell ta' żvilupp sostenibbli?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bhalissa ghaddejja l-hidma biex jithejja l-pjan ghat-twettiq tal-vizjoni 'Eco-Ghawdex' li l-gvern ghandu ghal Ghawdex. Il-progetti u l-mizuri li ser jitwettqu fil-kuntest tal-inizjattiva Eko-Ghawdex jithabbru aktar 'il-quddiem.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Gvern għandux xi pjanijiet għall-ftuħ ta' child care centres u faċilitajiet oħra għat-tfal f'Għawdex fil-futur qrib?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Ministeru qieghed ihejji l-pjanijiet necessarji ghall-post centrali biex jintuza bhala Child Care Centre. Il-hsieb hu li dan ic-Child Care Centre l-ewwel jibda jilqa' fih t-tfal tal-haddiema tas-Servizz Pubbliku u wara jista jinfetah ukoll ghall-haddiema tal-privat.
Tista' l-Ministru tgħid b'liema kundizzjonijiet ingħata l-kuntratt lill-kumpannija privata biex tmexxi l-attivitajiet 1, 2, 3, 4 f'Mejju 2008 f'Għawdex? Jista' jgħid jekk il-kuntratt kienx jinkludi li ikel u xorb jiġi provdut mill-kumpannija li ngħatat il-kuntratt u mhux mill-ħwienet Għawdxin?