Legislature:
Category:
Reset
Active:

Unjoni Ewropea — Cohesion Funds - Modernizar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14080 u 12527 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk il-fondi approvati mill-Unjoni Ewropea mill-Cohesion Funds għall-Immodernizar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn, għaddewx għand l-awtoritajiet/entijiet rispettivi? Jekk fl-affermattiv, meta? Lil liema awtorità/enti? Kemm flus?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-sistema użata minn Malta f’dak li jirrigwarda il- Cohesion Funds hija li l-ispiża prevista fil-Proġetti għal sena partikolari tiġi vvutata fil- Baġit ta’ dik is-sena taħt il-Ministeru konċernat li fil-każ tal-Proġett għall-Immodernizzar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn huwa l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Kull spiża li ssir tiġi mħallsa mill-allokazzjoni fl-Estimi. Wara li tkun saret l-ispiża, jittella dak li jissejjah Statement of Expenditure fiż-żmien indikat mill-Awtorità konċernata, jiġifieri l- Managing Authority li taqa taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-proċess iwassal id-dokumentazzjoni kollha sabiex tiġi ċertifikata mis- Certifying Authority fil-Ministeru tal- Finanzi, l-Ekonomija u Investiment. Wara ċ-ċertifikazzjoni ssir it-talba għal rimbors tal-ammont tal- EU Funds lill-Kummissjoni Ewropea. Malli ssir it-talba, is- Certifying Authority tgħaddi l-ammont applikabbli bħala dħul fil-Fond Konsolidat tal-Gvern. Dan isir permezz ta’ transazzjoni fejn jiġi ddebitat il-kont fil-Bank Ċentrali ta’ Malta (fejn il-Kummissjoni Ewropea tiddepożita il-Fondi) u jiġi kkreditat il-Fond Konsolidat. L-ammont totali li ġie kkreditat fil-Fond Konsolidat tal-Gvern abbinat mal-Proġett imsemmi sa llum huwa € 8,184,085.73.

Ship building — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex il-kuntratt tas-Ship Building twaqqaf mill-Gvern? X'kienet ir-raġuni lin-negozjati fallew minkejja li kienu ilhom għaddejjin xhur sħaħ? Jista' jagħti spjegazzjoni dwar il-falliment tal-privatizzazzjoni tax-Shipyards u tas-Super Yachts?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif ġie mħabbar fil Press Conference tat-2 ta’ Frar 2010 f’dawn iż-żewġ proċessi l-aspettattivi tal-Gvern ma ġewx milħuqa. Għaldaqstant ġew imwaqqfa. Peress li l-quddiem l-Gvern jista jerġa jipprova jiddisponi min dawn il-faċilitajiet ma nħoss li hu fl-interess pubbliku li ngħati aktar dettalji.

Kumpanija privata — art tal-Ex Dockyard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet ikkalkolata per square metre (rental value) tal-bankini u hinterland rispettivament li jiffurmaw il-proprjetà assenjata jew konċessa lill-kumpanija privata li ħadet l-art tal-ex Dockyard? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar? Kemm se jkun l-investiment ta' din il-kumpanija fl-ex Dockyard? Kemm se tħaddem nies?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji kollha tal-ftehim dwar l-art ta’ l-ex Dockyard li ser tiġi konċessa lil Palumbo SpA ser jitressqu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-futur qarib meta mistennija titressaq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament sabiex jiġi approvat it-trasferiment. L-ammont ta’ ċens annwali li ser jitħallas minn din il-kumpanija għall-użu tal-art huwa skont l-offerta finanzjarja tal-istess kumpanija, li kellha tkun ta’ mhux inqas minn ammont minimu ta’ ċens annwali preskritt fir-Request for Proposals. Dan l-ammont minimu ta’ ċens ġie maħdum fuq bażi ta’ valutazzjoni professjonali li saret qabel ma ħareġ ir-Request for Proposals.

Persuni Barra mill-Unjoni Ewropea — Restrizzjoni dwar xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi restrizzjoni dwar xogħol għall-persuni barra mill-Unjoni Ewropea? X'se tkun l-attività primarja tal-kumpanija li ħadet l-konċessjoni? Għandha fakultà li tagħti b'sub konċessjoni porzjonijiet diversi mill-istess art konċessa?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara għal xiex qed jirreferi fit-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija. Rigward l-ewwel parti tad-domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma — VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14797 u jgħid x'inhi r-raġuni għala fil-kontijiet il-ġodda tal-elettriku u l-ilma, qiegħed jiddaħħal il-VAT meta qabel din it-taxxa ma kenitx inkluża fil-konijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi rigward id-dawl, il-VAT ta’ 5% fuq l-elettriku kienet dejjem inkluża fil-kontijiet. Fil-kontijiet preżenti hemm inkluż spjegazzjoni dettaljata fuq kull aspett tal-kont għaldaqstant il-VAT hija spjegata aktar ċara. Rigward l-ilma l-ebda VAT fuq l-ilma mhux inkluż fil-kont.

Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14895 u jgħid matul is-sena 2009 u fis-sena 2010 s’issa kemm-il darba ċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta kellu laqghat ma’ individwu li għalihom kienet preżenti persuna mill-kumpanija Typeset Ltd li tefgħet l-offerta f’isem il-BWSC għall-estensjoni tal-Power Station f’Delimara, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda laqgħa ma' individwi mill-kumpanija ‘Typset Ltd’.

Dħul ta' flus fil-Fond għall-Kawżi Ġusti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu flus fil-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2009? Kemm minn dawn tqassmu matul l-2009? Jista' jagħti lista ta' min ibbenefika minn dan il-fond matul l-2009? Kemm kienu l-ammonti li ngħataw f'kull każ separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex għall-ewwel parti tad-domanda jagħmel referenza għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14355. Dwar it-tieni parti tad-domanda nirreferik ukoll għar-rapport annwali li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra nhar id-9 ta’ Frar 2010.

prezz tal-LPG

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prezz li bih inxtara l-LPG b'rabta mal-konsenja li qed tinbiegħ lill-konsumatur Malti u Għawdxi b'effett mid-9 ta' Frar 2010? Kemm qed jiġi jiswa nett iċ-ċilindru tal-gas ta' 12-il kilo, jiġifieri il-prezz nett qabel jasal għand il-konsumatur (iġifieri mgħobbi fuq it-trakk tad-distributur)?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Entitajiet reliġjuzi — proċess ta' rikonċiljazzjoni tal-valuri tal-proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma kemm huma l-entitajiet reliġjuzi li tagħhom ġie konkluż il-proċess ta' rikonċiljazzjoni tal-valuri tal-proprjetajiet minnhom trasferiti lill-Gvern permezz tal-ftehim bejn il-Gvern u s-Santa Sede fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ entitajiet reliġjużi li l-proċess ta' rikonċiljazzjoni tal-valuri tal-proprjetajiet minnhom trasferiti lill-Gvern permezz tal-ftehim bejn il-Gvern u s-Santa Sede ġie konluż huwa kif muri fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li kull entità tinkorpora numru konsiderevoli ta’ proprjetajiet, infatti l-aħħar żewġ entitajiet li ġew rikonċiljati, bejniethom jinkorporaw aktar minn 1,500 proprjetà.

Flus mill-bejgħ ta' proprjetajiet amministrati mill-Uffiċċju Konġunt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mill-bejgħ ta' proprjetajiet amministrati mill-uffiċċju konġunt, wara l-ħruġ ta' tenders għas-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm kien l-ammont ta' bonds trasferiti fis-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 lill-foundation of church schools konsegwenti għal dan il-bejgħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul tal-Gvern mill-bejgħ ta' proprjetajiet amministrati mill-Uffiċċju Konġunt, wara l-ħruġ ta' tenders u l-ammont ta' bonds trasferiti lill-foundation of church schools konsegwenti għal dan il-bejgħ għas-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 kien hekk: SENA DĦUL GROSS Stock lill-Fondazzjoni 2005 € 1,152,304 € 1,085,546 2006 € 3,651,700 € 2,684,415 2007 € 3,639,152 € 3,560,241 2008 € 11,876,384 € 11,797,558 2009 € 473,510 # # L-ammont li jrid jinħareġ bħala Stock fis-sena 2010 b’ konsegwenza tad-dħul gross minn proprjetajiet fis-sena 2009, għadu mhux magħruf peress li r-Rata tal-Inflazzjoni għas-sena 2009 għadha ma ġietx stabbilita.

Art li ttieħdet mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex art li ttieħdet mill-Gvern u ġiet mogħtija it-tarmak madwar sentejn ilu, biex tinfetaħ it-triq, parti minnha għadha ma ġietx esprorijata? Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern se jagħmel din l-esproprijazzjoni u jagħti l-kumpens lis-sidien?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħti iktar dettalji sabiex tiġi identifikata l-art li ttieħdet mill-Gvern madwar sentejn ilu sabiex tkun tista’ tiġi mwieġba din il-mistoqsija.

Refund tat-taxxa żejda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jħallas l-interessi lil dawk li għadhom ma ngħatawx ir-refund tat-taxxa żejda li ħallsu? Jekk iva, kemm se jagħti flus f'interessi ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13872.

Applikazzjonijiet għal fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sejħa għall-offerti ta' din l-applikazzjoni, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed ikun hemm dewmien żejjed meta l-applikazzjoni saret aktar minn sentejn ilu? Jista' jgħid meta se tinħareġ din is-sejħa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol meħtieġ biex tkun tista’ toħroġ is-sejħa għall-offerti imsemmija huwa kważi lest u jonqos biss li jsiru l-aħħar irtokki fil-pjanti tal-fond u allura jekk ma jkunx hemm problemi tekniċi, is-sejħa għall-offeri tkun tista’ ssir fi żmien qasir. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli membru li din l-applikazzjoni ħadet ftit aktar żmien min-normali peress li kienet applikazzjoni għal xiri tad-Dirett Dominju Temporanju u s-sussegwenti proprjeta’ ta’ fond użat mhux għall-abitazzjoni u dan l-aħħar kien hemm xi tibdil fil-mod kif jiġu proċessati talbiet simili.

Garaxxijiet ta' karozzi privati — Dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li garages ta' karozza waħda, jew ta' tnejn, li ma jkununx qed jintużaw għal skop kummerċjali, iżda sempliċement biex fihom titqiegħed karozza privata (u b'hekk titneħħa mit-triq), u li jkollhom is-servizz tad-dawl u tal-ilma, ma jħallsux bir-rata kummerċjali ta' l-arloġġ tagħhom, għaliex dawn fil-fatt kwazi kwazi lanqas biss jużaw dan l-istess servizz li għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Electricity Supply Regulations Chapter 36 (5) jgħid li garages ta’ karozza waħda li ma jaqbżux 30m2 f’area u jintużaw għal użu privat biss u mhux użu kummerċjali dawn għandhom jitqiesu bħala residenzjali. Għalhekk biex niċċaraw l-impressjoni ta’ l-Onor. Interpellant garages ta’ karozza waħda li jintużaw esklussivament għal skop privat ma jħallsux rata non-residenzjali (kummerċjali). Garage b’area ta’ 30m2 huwa biżżejjed biex jesa’ żewġ karozzi.

Dawl pubbliku f'toroq residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li numru ta' toroq f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, li m'għandhomx dwal pubbliċi, anke fejn dawn it-toroq huma residenzjali, fil-fatt jitwaħħal fihom id-dawl li hu meħtieġ, għaliex hu diffiċli ferm għal uħud mill-kunsilli lokali li jistallaw dan id-dawl li hu neċessarju għal matul il-lejl?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li d-delegazzjoni tal-Awtorità rigward is-street lighting għadda bħala Avviż Legali fl-2001/2002, ir-responsabbiltà għal street lighting ġdid waqgħet taħt il-Kunsilli Lokali rispettivament.

Selmun Palace Hotel — bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi ġodda qed iseħħu dwar il-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel? Jista' jikkonferma li ser jerġgħu joħorġu sejħiet ġodda biex din il-lukanda tinbiegħ, jew tingħata taħt xi forma ta' konċessjoni oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 14271 u 14651.

karozzi reġistrati TFI ma jħallsux il-liċenzja tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11505, li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jikkonferma li kif kienet ipproponiet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, karozzi reġistrati TFI ma jħallsux il-liċenzja tat-triq (road licence)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hu kkonfermat li l-proċeduri addottati mill-Finanzi sabiex vetturi ta’ persuni b’diżabilità jkunu eżentati mill-ħlas dovut fuq il-liċenzja tat-triq, ġew maqbula flimkien mal-Kummissjoni Nazzjonali b’Persuni b’Diżabilità (KNPD).

Taxxa tad-dħul

Question

Wara li fl-14 ta' Settembru 2007, il-Gvern kien ħabbar li se jirrifondi parti sostanzjali mit-taxxa tad-dħul dovuta lura lit-taxpayers fi tliet pagamenti skedati tmiem Diċembru 2007, 2008 u 2009, jista' l-Ministru jikkonferma jekk din il-wegħda pubblika nżammitx? Jekk le: a) Kemm kien hemm pagamenti f'termini ta' flus u taxpayers li kellhom jitħallsu sa tmiem is-sena 2009 u li baqgħu ma tħallsux sa dik id-data? b) Meta mistenni jsir il-pagament dovut lilhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-total tat-tielet pagament li kellu jitħallas sa tmiem is-sena 2009 kien ta €11,617,530. In-numru ta’ taxpayers kien 6,711. Il-pagament mistenni li jsir ma jdumx.

Esproprazzjoni ta' triq privata

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga ftit il-każ tal-applikazzjoni li qiegħda ssir biex isir esproprjazzjoni ta' triq privata bl-isem Daħlet ix-Xagħri ta' Barbra, fin-Nadur, Għawdex meta din l-esproprjazzjoni qiegħda tintalab biex jiġi stultifikat proċess ġudizzjarju u dan peress li l-mertu huwa oġġett ta' kawża pendent quddiem il-Qrati f'Għawdex fl-ismijiet li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjoni jirriżulta li d-Dipartiment tal-Artijiet għandu talba għall-esproprju ta’ din it-triq sabiex dan l-esproprju issir għan-nom ta’ terzi. F’każijet bħal dawn (ċioe talbiet għall-esproprju minn terzi) fejn hemm kawżi pendenti quddiem il-Qorti, hi l-policy tad-Dipartiment li jistenna l-eżitu tal-kawża qabel ma tittiehed deċiżjoni.

self employed — arretrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14027 u jgħid kemm huwa n-numru ta' self employed li fil-mument għandhom arretrati għar-rigward tal-Bolla u tan-National Insurance? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li dawn għandhom iħallsu fil-mument?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14027.