Peress li fil-Budget Speech il-Ministru kien wiegħed li ser jitwaqqaf Fond Nazjonali għall-Investiment, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-Fond effettivament twaqqafx? Jekk iva, x'fondi ġew allokati f'dan il-fond biex jibda x-xogħol allokat lilu skond id-diskors tal-Budget? Dan il-fond ser jkun jista' jissellef huwa biex jwettaq il-proġetti? Jista' jgħid meta ser jinbeda l-ewwel proġett għas-sena 2010 minn dan il-fond ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu studjati d-dettalji kif ukoll diversi metodi ta’ kif jista’ jopera l-Fond Nazzjonali għall-Investiment, sabiex jkunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet tal-Fond, hekk kif imħabbra fil-Budget Speech.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12113 u jgħid kemm kien l-investiment matul din is-sena, xahar b’xahar? Kemm kien l-investiment li sar minn barra l-pajjiż matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi minħabba dan l-investiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14447, liema tweġiba tapplika wkoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 12113, 12932, 13145, 13384 u 14155.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11507, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hemmx xi tip ta' eżenzjoni tal-liċenzja tal-vettura? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min hu eżentat u xi jrid jagħmel biex jikkwalifika għal din l-eżenzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fit-termini tal-liġi “Att Dwar Ir-Reġistrazzjoni u L-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur (Kap. 368)”, minbarra l-eżenzjonijiet speċifiċi li joħorġu mill-liġi proprja, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, segwitu għal Artiklu 19 tal-liġi, jipproċessa talbiet għal eżenzjoni minn persuni b’diżabilità, Għaqdiet Filantropiċi u Organizzazzjonijiet Volontarji.
capsules Seven Seas Advanced Joint Care — diskrapanza fil-prezz
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13281 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega l-fatt kif il-capsules Seven Seas Advanced Joint Care li f’Malta jinbiegħu €28 għal 60 u €56 għal 120 kapsula, fl-Ingilterra jinxtraw b’ekwivalenti ta’ €20 għal 60 kapsula u meta wieħed jixtri 120 kapsula jħallas €40 u anki jingħata 60 kapsula b’xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni tqabbel il-prezzijiet tal-mediċina li jinbiegħu f’Malta ma’ dawk ta’ numru ta’ pajjiżi Ewropej. Dan l-istudju ma jsirx fuq id-dietary supplements.
B’danakollu jista' jiġi kkonfermat li l-prezz tad-
dietary supplements
tal-kapsuli Seven Seas Advanced Joint Care huwa orħos fl-Ingilterra milli dak f’Malta.
Korporazzjoni Enemalta — bozoz 70 watts out of stock
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-bozoz 70 watts ilhom out of stock fil-Korporazzjoni Enemalta fuq xahrejn, tant li hemm lampi li ilhom maqtugħin f'San Ġwann li ma jistgħux jinbidlu minħabba dan? X'passi ser tieħu l-Korporazzjoni Enemalta dwar din l-ineffiċjenza li ilha teżisti fil-Korporazzjoni Enemalta s-snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta irċiviet konsenja żgħira fix-xahar ta’ Jannar u oħra akbar fix-xahar ta’ Frar. L-istokk tal-lampi niżel għaliex l-ewwel konsenja ttardjat ma waslet minħabba inċident li ġara fuq il-vapur. Madankollu l-bożoż maqtugħin li kien hemm f’San Ġwann ġew mibdula u dawk f’postijiet oħra għandhom jiġu mibdula fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha impjegati l-Air Malta fl-1987? Kemm ġew impjegati nies mal-Air Malta mill-1987, sena b'sena u skond il-gradi? Kemm telqu impjegati għax ħadu l-Voluntary Retirement Scheme, skond skema skema u sena b'sena minn meta ġiet introdotta? Kemm telqu ħaddiema għax irriżenjaw, mill-1987 sal-bidu tas-sena 2010? Kemm spiċċaw ħaddiema bl-età tal-irtirar, sena b'sena, mill-1987 sal-bidu tas-sena 2010? Kemm impjegat nies l-Air Malta fil-bidu tas-sena 2010 skond il-gradi?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Attachments:14538 (papers laid 1).doc14538 (papers laid 2).xls14538 (papers laid 3).xls14538 (papers laid 4).xls
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma bħalissa l-prorpjetajiet li qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati? Għal liema skop pubbliku qed jiġu esproprjati dawn il-proprjetajiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment għandu diversi talbiet għall-esproprijazzjoni ġdida ta’ art f’ nħawi differenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar matul l-2007, 2008 u 2009 maqsumin skond l-areas ġeografiċi ewlenin u skond il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il Mejda tal-Kamra tlett tabelli b’informazzjoni mitluba.
Attachments:PQ 14661 Papers Laid (2009).xlsPQ 14661 Papers Laid (2007).xlsPQ 14661 Papers Laid (2008).xls
Għawdex — proġettazzjonijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tal-popolazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proġettazzjonijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tal-popolazzjoni ta’ Għawdex nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età tagħhom għas-snin 2015, 2020, 2025, 2030 u 2035?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proġettazzjonijiet tal-popolazzjoni fl-NSO jinħadmu biss fuq bażi nazzjonali. Għaldaqstant, l-Uffiċċju mhuwiex f’pożizzjoni li jipprovdi tbassir (forecasts) rigward il-popolazzjoni ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konċessjoni ta’ privattiva ngħatat fl-2009? Kemm minnhom saru minn applikanti Għawdxin? X’kien is-suġġett/prodott/attività/eċċ. ta’ kull konċessjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2009 kien hemm 34 konċessjoni ta' privattivi li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma kien hemm l-ebda privattiva relata ma’ applikazzjonijiet li saru minn applikanti Għawdxin.
Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — green jobs
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellent illi l-Gvern ilu li poġġa l-ambjent bħala wieħed mill-pilastri ewlenin tal-politika tiegħu. Matul iż-zmien, ittieħdu numru sostanzjali ta’ miżuri li mhux biss għinu fit-tħaris tal-ambjent iżda inċentivaw il-ħolqien ta’ mpjiegi ġodda wkoll. Fost il-miżuri li ttieħdu nsemmi:
1. It-tfassil ta’ strateġiji għall-enerġija alternattiva, għall-immaniġġjar tal-iskart u għal kontra t-tibdil fil-klima;
2. Ir-riforma estensiva fl-immaniġġjar tal-iskart u t-twettieq ta’ diversi proġetti fl-istess qasam flimkien mal-introduzzjoni ta’ skemi li jirkupraw l-iskart isseparat għall-iskop ta’ riciklaġġ;
3. L-introduzzjoni ta’ diversi nċentivi għall-istallazzjoni ta’ apparat li juża jew jiġġenera l-enerġija nadifa u rinnovabbli;
4. L-introduzzjoni ta’ diversi nċentivi sabiex tiddaħħal aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija u interventi sabiex dan iseħħ;
5. Inċentivi għax-xiri ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku;
6. Id-dħul ta’ regolamentazzjoni ambjentali għall-bini ġdid;
7. Id-dhul b’mod gradwali ta’ prodotti u servizzi li m’għandhom impatti negattivi fuq l-ambjent;
8. Programm estensiv ta’ nvestiment sabiex jagħmel minn Għawdex Gżira ekoloġika.
Minkejja dan ix-xogħol u l-inizjattivi kollha l-Gvern iħoss ukoll illi wasal iż-żmien li niffokow iżjed fuq l-iżvilupp tal-industrija ambjentali f’pajjiżna. Kif ħabbart fl-aħħar budġet, il-Gvern se jħejji studji u strateġiji apposta sabiex jintlaħaq dan il-għan.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qed jidħol l-ilma fid-dar tagħha u ħadd ma qiegħed jieħu r-responsabilità dwar dan, kemm min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif ukoll min-naħa tas-Sanità ? Jista' jara li l-każ jiġi solvut għall-ġid ta' dan il-konsumatur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jidher li l-Koporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma diġà ippruvat issolvi dan il-każ qabel, iżda rriżulta li l-kampjun li ttieħed jindika ilma li mhuwiex ġej mis-sistemi tal-ilma jew tad-drenaġġ tal-KSI. Fil-fatt, il-każ għadda f’idejn id-Dipartiment tas-Saħħa li investiga ir-residenzi tal-madwar.
Peress li għadda ftit taż-żmien, il-KSI se terġa’ tinvestiga il-każ billi:
a) jittieħed kampjun ieħor,
b) għal darb’oħra jiġu spezzjonati s-sistemi tal-ilma u d-drenaġġ tal-lokal.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' negozji li ma ħallsux il-liċenzji tagħhom matul l-2009 jew għax għalqu n-negozju jew għax kienu fil-proċess li jibdlu l-ġeneru tax-xogħol tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena kien hemm 191 kanċellazjoni ta' liċenzja. Tajjeb li wieħed jikklarifika li dan mhux neċessarjament għalqu n-negozju imma jista' jkun li ser juzaw il-post għal ġeneru ieħor liċenzjat minn awtorita oħra.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2010 kemm kien hemm talbiet għal għajnuna mill-industriji? X’raġunijiet ingħataw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa il-Malta Enterprise qed tikkunsidra madwar 20 talba għal għajnuna, il-biċċa l-kbira minnhom talbiet għal art industrijali. Hemm ukoll 3 talbiet għal Loan Guarantees u talba waħda għal Loan Interest Rate Subsidy. Ta’ min jinnota li dawn mhumiex talbiet relatati ma’ diffikultajiet minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja dinjija, imma huma talbiet relatati ma investiment ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat l-SR Techincs biex twaqqaf il-faċilità tagħha f’pajjiżna? Jista' jgħid għaliex il-Kummissjoni Ewopea qed tinvestiga din l-għajnuna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija SRT ingħatat għajnuna mill-Malta Enterprise bħala “Investment Aid” taħt il-Malta Enterprise Act. Din hija għajnuna “normali” li tingħata lil kull kumpanija li tkun eliġibbli għax tagħmel attività li hija msemmija fil-liġi. Fil-fatt il-kumpanija ser tagħmel f’Malta “maintenance, repair and overhaul” jew manutenzjoni u tiswijiet fuq ajruplani.
Il-Kummissjoni Ewropea mhux l-ewwel darba li tistaqsi x’għajnuna tkun ingħatat lil xi kumpanija. F’dawn il-każi l-Malta Enterprise tagħti l-informazzjoni meħtieġa lill-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk il-
Malta Enterprise
tinforma regolarment lil
State Aid Monitoring Board
b’kull għajnuna li tingħata lill-kumpaniji.
Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — xogħlijiet fit-telgħa tax-Xemxija
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-korporazzjonijiet konċernati u ċioe l-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jieħdu ħsieb isewwu b'mod permanenti dik il-parti tat-telgħa tax-Xemxija li tħaffret mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u li għalkemm isewwiet xi tlieta jew erba' darbiet din is-sena, fl-istess ħin reġgħet inqalgħet kull darba? Jista' jara li l-ħsara li tħalliet fil-bankina fi Triq il-Pijunieri (quddiem Triq il-Qroll) mill-Korporazzjoni Enemalta tissewwa immedjatament għaliex ilha hekk diversi ġimgħat?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol meħtieġ fi Triq il-Pijunieri nkluż it-tiswija tal-bankina issa ġie konkluż.
Jaf il-Ministru li bi tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12299 l-istess Ministru għal dak li jikkonċerna l-bejgħ tas-Super Yacht Facility kien spjega li n-negozjar mal-preferred bidder kien jinsab fi stadju avvanzat ħafna? Jista’ l-Ministru jgħid illum min huwa l-preferred bidder, peress li minn informazzjoni li għandi jirriżulta li l-ebda wieħed mill-preferred bidder mhux qed jiġi kkunsidrat? Ma jidhirlux il-Ministru li f’dan l-istadju wara daqstant dewmien u negozjar esklussiv ma’ ċerti bidders, li ma taw frott ta’ xejn, li wasal iż-żmien u li hu fl-interess pubbliku li jerġa’ joħroġ tender ġdida? B’referenza għall-mistoqisja parlamentari 12299 jista' jindika b’aktar preċiżjoni r-request for proposals li hemm imsemmija u kif dawn jinċidu fuq il-kwestjoni jekk għandux jinħareġ tender ġdid jew le? Jista’ jgħarraf lil din il-Kamra min huma l-konsulenti barranin bħal ngħidu aħna Investment Bank li qed jassistu fil-materja tas-Super Yacht Facility?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li mhux minnu li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12299 kont ghidt li ‘negozjati mal-‘preferred bidder’ kienu fi stadju avvanzat’.
Fil-proċess
qatt
ma kien hemm
preferred bidder
. Fl-istess risposta parlamentari kont semmejt li l-
bidders
kienu ġew mitluba jagħmlu offerti ġodda.
Il-konsolenti f’dan il-każ huma l-MIMCOL bħala konsolenti finanzjarji u
Shipyard Economics
tar-Renju Unit bħala konsolenti tekniċi.
Uffiċju Kongunt — skema ta' fidi ta' ċnus ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jinforma kemm saru kuntratti taħt l-iskema preżenti ta' fidi ta' ċnus ta' proprjetà residenzjali ta' bejgħ u ta' proprjetà residenzjali mikrija, amministrati mill-Uffiċċju Kongunt fis-snin 2005 , 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm kien id-dħul tal-Gvern f'dawn is-snin? Minn liema nutara tad-dipatiment jew nutura privati ġew pubblikati dawn il-kuntratti fl-2009? Meta bdiet ir-riforma ta' din l-iskema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti u d-dħul minnhom, taħt l-Iskema preżenti ta’ fidi ta’ ċnus ta’ proprjeta’ amministrata mill-Uffiċċju Konġunt fis-snin mill-2005 sal-2009 kienu kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nixtieq inżid li, ġaladarba issa qbadna ċertu ritmu wara s-sospensjoni tal-ipproċessar minħabba r-riforma, din is-sena huwa previst li jsiru ħafna iktar kuntratti mis-sena li għaddiet u ta’ qabilha, fil-fatt f’Jannar 2010 diġa saru 49 kuntratt bi dħul gross ta’ € 448,849.
Irrid niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru li, kif stipulat f’Artiklu 7 tal-Ftehim iffirmat fit-28 ta’ Novembru 1991 bejn l-Istat u s-Santa Sede, l-Gvern jieħu biss parti minn dan id-dħul. Kif jistipula l-istess Artiklu 7, il-bqija irid jingħata lill-Fondazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja permezz ta’
Bonds
li jinħarġu apposta.
Il-kuntratti li saru fl-2009 kienu ppublikati minn 3 nutara tal-Gvern li bejniethom ippublikaw 158 kuntratt, u minn 48 nutara privati li bejniethom ippublikaw 92.
Ir-riforma ta’ din l-iskema bdiet fid-29 ta’ Jannar 2009.