Legislature:
Category:
Reset
Active:

Delimara — Power Plant ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-power plant il-ġdida f’Delimara? Din ser tkun stand alone power plant ġdida għal kollox, jew estensjoni ġdida b’impjant ġdid mal-power plant eżistenti? Huma x’inhuma l-għażliet strateġiċi li ħa l-Gvern – mingħajr ma wieħed jidħol fil-merti tal-kumpanniji potenzjalment interessati fil-proċess – jista' jippubblika l-istudji purament tekniċi li wasslu lill-Gvern jagħżel jekk għandhiex tkun stand alone power plant jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tender tal-"power plant" il-ġdida f’Delimara qiegħed fi stat avvanzat imma għadu ma ġiex finalizzat. Dan l-impjant ħa jkun estensjoni ma’ Delimara Power Station u mhux impjant għalih waħdu. L-istrateġiji tal-Gvern qegħdin indikati fil-"Generation Plan" ippublikat mill-Enemalta fl-2006 u li jien qgħedt fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsilliera li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Baċier numru 1 — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar il-Baċir numru 1? Meta jaħseb li dawn ix-xogħlijiet tant mistennija u tant imwiegħda fl-aħħar jibdew?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern informa l-iżviluppaturi illi għal diversi raġunijiet, il-proġett tal-Baċir numru 1 kif propost minnhom, ma kienx aktar desiderabbli . Kif diġa tħabbar f'dan il-Parlament, il-Gvern iddeċieda li l-areatal-Baċir numru 1 ikun konvertit f'Arts and Crafts Centrebilli jiġi restawrat il-bini eżistenti. Fil-ġimgħat li ġejjin inkun f'pożizzjoni fejn nagħti aktar dettalji dwar dan il-proġett.

Testijiet tal-VRT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4031 u jagħti statistika ta' kemm daħħal flus minn fuq l-vetturi minħabba t-test tal-VRT matul is-sena 2006, 2007 u 2008? Fiex qed jintużaw dawn il-flus? Kemm minnhom qed jintużaw ħalli jissewwew it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-VRT, l-ADT daħħlet LM 26,140.80 fl'2006, LM 28,591.90 fl'2007 u €58,241.55 fl'2008 (Jannar - Ottubru) għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Eko-Kontribuzzjoniji fuq il-liċenzji tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4030 u jgħid fuq liema proġett sejra tintuża' l-eko-kontribuzzjoni li ddaħħlet din is-sena fil-budget li permezz tagħha għolew il-liċenzji tal-vetturi kollha? Jista' jgħid kif dan il-proġett li għandu sejjer jaffettwa pożittivament l-ambjent u allura permezz ta' hekk jonqos il-mard li huwa semma' bħall-ażma u l-kanċer?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għawdex — Polishing plant - ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4151 u jgħid kemm jiswa f'nefqa rikorrenti kull metru kubu ta' ilma li tipproduċi l-polishing plant f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispiża hi 25c ta Euro kull metru kubu. Din ma tinkludix l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ilma mill-ispieri.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Ilma użat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4143, 3931 u 3519 u jgħid kemm użaw ilma provdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-bdiewa u r-raħħala matul is-snin 2005, 2006 u 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma

Question

Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4289, 4047 u 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Impjant tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4245 u jgħid x’qed isir mill-ilma tad-drenaġġ trattat fl-impjant ta’ Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ilma tad-drenaġġ ittrattat fl-impjant f’Għawdex bħalissa qed imur il-baħar. Il-KSI qegħda bħalissa tevalwa l-implikazzjonijiet finanzjarji u tekniċi biex dan l-ilma jiġi utilizzat, fosthom fil-qasam agrikolu u industrijali. Dan l-eżerċizzju mistenni jagħti direzzjoni aħjar f’dan il-qasam, b’konsultazzjoni ma’ diversi korpi kostitwiti.

Air Malta — Ħaddiema fiċ-Ċili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li f’dawn il-jiem hemm numru ta’ ħaddiema tal-Air Malta fiċ-Ċili? Hemm il-ħsieb li xi ajruplan tal-Air Malta jkun mikri fiċ-Ċili s-sena d-dieħla?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għeluq tal-power station tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4507 u jgħid jekk hemmx data preċiża ta' meta se tagħlaq il-power station tal-Marsa? Jista' jgħid jekk hemmx tagħmir bħalma huma turbine u makkinarju ieħor li huma tajbin biex jibqgħu jintużaw f'post ieħor? X'se jsir mit-tagħmir li ma jkunx tajjeb?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Total ta' elettriku li ntuża mill-fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li ntuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fabbriki li għadhom joperaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4509 u jgħid kemm hemm fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4509.

Balzan — Toroq li se jingħataw it-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li mistennija li jingħataw it-tarmac matul l-2009 f’Ħal-Balzan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skond il-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali li ħejjiet l-Awtorita Dwar it-Trasport, ma fadalx toroq xi jsiru fil-lokalita imsemmija mill-Onorevoli Interpellant peress li ix-xogħolijiet fi Triq Birbal tlestew matul l-2007 u l-2008.

Water Services Corporation

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4335 u jgħid għal liema raġuni l-impjegati tad-distribtution tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Għawdex m'għandhomx l-istess shift bhal impjegati sħabhom f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għadu kif ġie introdott shift pattern ġdid fis-sezzjoni tad-Distribuzzjoni tal-Ilma f’Malta u qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex jiġi applikat f'Għawdex fl-aqsar żmien possibli.

Liquid Natural Gas

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri biex pajjiżna jibda jimporta kwantitajiet kbar ta' LNG - liquid natural gas? Jekk dan diġà beda, b'seħħ minn meta beda u jekk le, meta mistenni jsir dan? L-importazzjoni sejra ssir mingħand kumpannija waħda u li dan ser jsir b'tankers speċjali permezz tal-baħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ppublikat f’Mejju tal-2007 dokument (Request for Proposals) għal użu tan-Natural Gas biex jintuża fl-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Kull alternattiva possibli kienet miftuħa għal konsiderazzjoni inkluż pipeline, compressed natural gas (CNG) u LNG. Il-proposti li waslu kif ukoll possibilitajiet oħra għadhom qed jiġu kkunsidrati mill-Enemalta.

Xemxija, Buġibba u San Pawl il-Baħar — Bini ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tistax tagħti prijorità għall-bini ta' diversi toroq li għadhom qatt ma saru fl-inħawi tax-Xemxija, Buġibba u San Pawl il-Baħar biex b'hekk jiġi assigurat li matul l-2009 n-numru ta' toroq mhux magħmula f'dawn l-inħawi jonqos sostanzjalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — voti akkwistati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-persentaġġ ta' voti li akkwistaw kull partit politiku f’kull lokal fir-round tal-elezzjoniet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.