Tista' l-Ministru tgħid meta ħarġet l-aħħar offerta għall-provvista, installazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex? Fhiex waslet il-proċedura dwar din l-offerta? Kemm kienu ħarġu offerti oħra qabel u meta kienu ħarġu? Għaliex f'kull każ ma ntagħżel l-ebda offerent?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-aħħar offerta għall-Provista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta’ Apparat u Servizzi Anċillari tal-Biċċerija ta’ Għawdex ġiet ippubblikata fis-26 ta’ Ottubru 2007 u għalqet fit-18 ta’ Diċembru 2007 u li l-agudikazzjoni teknika dalwaqt tkun lesta. Jiena infurmata ukoll li qabel din l-offerta, kienet ħarġet oħra għall-istess suġġett fit-22 ta’ Marzu 2005 u għalqet fis-17 ta’ Mejju 2005 u li din l-offerta ma ngħatatx minħabba li l-ebda sottomissjoni ma kienet skond l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-offerta
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien ħallas il-pubbliku meta kienu nxtraw l-oqbra fiċ-ċimiterju ta' Santa Marija fl-1993 u fl-1994? Kemm se jħallas min se jieħu qabar issa? Kemm se jingħataw oqbra issa u meta se jingħataw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li l-prezz ghall-akkkwist ta' qabar fic-Cimerterju ta' Santa Marija f'Ghawdex fl-1993 u fl-1994 kien hekk:
Lm230 ghal qabar mibni b'zewg taqsimiet u Lm280 ghal qabar mibni bi tliet taqsimiet.
Permezz ta' avviz legali 377 ta' l-2007, il-prezz li ghandu jithallas ghall-akkwist ta' qabar inkluz is-sit fl-estensjoni proposta tac-Cimeterju ta' Santa Marija huwa ta' €2329.37 ekwivalenti ghal Lm1000.
Se jinghataw 370 qabar u l-kuntratti ta' bejgh se jsiru fi zmien qarib.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħolijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru mill-Ministeru għal Għawdex, mill-Malta Industrial Parks u mill-Malta Enterprise f'dan il-qasam kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa kull sena fuq dawn x-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fis-snin 2003,2004 u 2005 sar upgrading tal-bini tal-fabbrika GGX005B mill Ministeru għal Għawdex bi spiza ta’ Lm13,080, Lm19,747 u Lm1,035 ghal kull sena rispettivament. Ninsab infurmata wkoll li min zmien ghall iehor saru xoghlijiet ta’ tindif u xoghol ta’ manutenzjoni bil haddiema tal-gvern
Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija, peress li l-Qasam Industrijali tax-Xewkija huwa amministrat mill-Malta Industrial Parks nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Minisitru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tħawlu siġar, mhux xtieli u xarbitelli, mill-Ministeru tagħha kull sena mill-1999 sal-lum lokalita', lokalita' skond it-tip ta' siġar? Kemm intnefqu flus kull sena fuq dan il-programm ta' taħwil ta' siġar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fuq l-iskeda li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra u li x-xoghol ta' tahwil u manutenzjoni tas-sigar isir mill-haddiema tal-gvern.
Tista' l-Ministru tgħid fil-Ministeru tagħha kemm kien il-valur ta' ħlas ta' inċentivi li sar taħt il-Business Promotion Act kull sena mill-1999 'l hawn lill-industrijalisti li joperaw f'Għawdex? Kemm kienu kull sena l-industrijalisti li rċevew ħlas? Tista' tgħid kemm hu n-numru u l-valur ta' l-għotjiet ta' inċentivi għall-industrija f'Għawdex taħt l-istess Att li huma approvati mill-Malta Enterprise u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Meta saru t-talbiet mill-industrijalisti u meta ġew approvati mill-Malta Enterprise? Meta mistennija li jitħallsu? Kemm hemm talbiet li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Malta Enterprise u għal liema snin huma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghada qed tingabar.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-proġett għall-bini mill-ġdid tat-Triq Rabat, San Lawrenz tlestiex minn kollox? Jekk fin-negattiv, x'xogħlijiet jonqos isiru? Kemm-il kilometru tul ta' triq kellu jkopri dan il-proġett? Kemm-il kilometru ta' triq fil-fatt inbena mill-ġdid?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li nbnew mill-gdid 2.47km ta' triq minn tul ta' 3.3km u li x-xoghlijiet pendenti huma dawk ta' kisi ta' xi hitan bis-sejjiegh u li jinghata tarmac fil-bqija tat-triq.
Tista' l-Ministru tgħid meta waqaf jopera s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex? X'sar s'issa mill-Gvern minn dak inhar 'l hawn biex jerġa' jkun hemm servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex? Meta l-aħħar li saru diskussjonijiet/ konsultazzjonijiet mal-Gozo Toursim Association u mal-Gozo Business Chamber dwar dan is-servizz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Helicopter bejn Malta u Ghawdex waqaf f'Ottubru 2006. Minn dakinhar 'l hawn saru laqghat ma kumpaniji li wrew interess li jhaddmu dan is-servizz. Kif dejjem gara l-Gozo Tourism Association u l-Gozo Business Chamber kienu nfurmati kull meta kien hemm xi zvilupp f'dan ir-rigward.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa fuq il-proġett tal-bini mill-ġdid tat-Triq tax-Xlendi? Kemm huwa t-tul tat-triq? Kemm se jiswa dan il-proġett? X'inhuwa t-timeframe għat-tlestija ta' dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li parti sostanzjali mix-xoghol preliminari huwa lest izda ghadhom qieghdin jigu diskussi xi dettalji relatati mas-sejha ghall-offerti. Jiena nfurmata wkoll li huwa ppjanat li x-xoghol ser isir fuq medda ta' 1.6 kilometri ta' triq.
Tista' l-Ministru tgħid meta kienet ġiet inawgurata l-Hyperbaric Unit fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mill-Prim Ministru? Kemm flus sewwa dan il-proġett? Kemm pazjenti ngħataw kura f'dan il-Hyperbaric Unit? Kemm ħaddiema segwew korsijiet ta' taħriġ dwar it-tħaddim ta' dan il-Unit? Xi gradi huma? Meta lestew il-kors tat-taħriġ tagħhom? Hemm impjegati li għadhom iridu jingħataw taħriġ għat-tħaddim ta' dan il-Unit? X'tip ta' reklamar sar ta' dan il-Unit? Fejn sar u meta sar? Kemm sewa dan ir-reklamar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Hyperbaric Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ġiet inawgurata fis-16 ta’ Diċembru 2006.
Ninsab infurmata li l-proġett sewa €387,121.82 fuq xogħol ta’ kostruzzjoni u €408,041.63 għax-xiri u stallazzjoni tad-Decompression Chamber. Ma sar ebda reklamar bi ħlas ta’ dan il-unit.
Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposti mogħtija għall-mistoqsijiet 147, 158 u 643 fis-seduta 6 tal 20/05/08 u seduta 13 tal 04/06/08 respettivament.
Tista' l-Ministru tgħid meta kellu jitlesta u jibda jiffunzjona l-proġett għat-twaqqif ta' faċilita' fil-Qala għat-taħriġ tal-ħaddiema fit-turiżmu? Tista' tgħid meta fil-fatt tlesta u beda jifffunzjona? Kemm ħaddiema ngħataw taħriġ f'din il-faċilita' ġdida? Kemm sewa flus il-proġett? Sa meta tlesta dan il-proġett, fejn ngħataw it-taħriġ il-ħaddiema fis-settur turistiku f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-proġett kellu jkun lest biex jiehu l-ewwel studenti għas-sena akkademika 2008-2009. Fil-fatt din il-faċilita għandha tilqa’ l-ewwel studenti F’Ottubru li ġej.
L-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett tinsab f’fazi avvanzata. Dan il-proġett huwa stmat li jiswa € 1926,630,54 (VAT inkluza)
Waqt l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett, it-taħriġ kien qiegħed jingħata minn post alternattiv li jinsab fix-Xewkija.
Tista' l-Ministru tgħid meta ngħataw struzzjonijiet biex ma jitħaddimx aktar l-inċineratur ta' l-iSptar Ġenerali ta' Għawdex? Min ħariġhom dawn l-istruzzjonijiet? Meta fil-fatt waqaf jaħdem? X'sistema ta' immaniġjar ta' l-iskart tossiku ntużat meta waqaf jaħdem l-inċeneratur? X'sistema qed tintuża llum? Jista' jkun hemm elementi radju attivi f'dan l-iskart? X'sistemi ta' saħħa u sigurta' hemm biex tiġi evitata ħsara lis-saħħa ta' min jaħdem qrib dan l-iskart?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-inċineratur ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex waqaf jaħdem fis-27 ta’ Novembru 2007 skond il-pjan ta’ l-immaniġjar ta’ l-iskart għall-gżejjer Maltin. Sa kemm dan il-pjan ġie attwat, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ħa dawk il-miżuri kollha li kien hemm bżonn biex naqqas kemm jista’ jkun l-ammont ta’ Clinical Waste li kien jinħareġ.
Meta waqaf jaħdem l-inċeneratur, l-iskart tossiku ġie immaniġġjat skond il-
Clinical Waste Management Plan For Hospitals and Health Care Facilities
maħruġa mid-Diviżżjoni tas-Saħħa kif ukoll skond gwidi fuq is-suġġett maħruġa mis-Supretendent Mediku ta’ l-Isptar.
Minn meta ngħalaq l-inċeneratur il-
Clinical Waste
li qabel kien jinħaraq, qed jinġabar bl-istess sistema ta’ qabel iżda issa qed jiġi maħżun fi
skips
apposta li kienu maqfula f’depot apposta f’temperatura ikkontrollata, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-
Wasteserv Malta Ltd.
Hija responsabbli li tieħu dan il-
Clinical Waste
minn dan id-depot, tittraspurtah lejn Malta f’vetturi apposta u tiddisponi minnu fil
Marsa Therminal Treatment Facility
.
Minn
waste surveys
li saru fl-isptar, dawn jindikaw li l-isptar ma jkollux
Radioactive Waste.
L-impjegati kollha ta’ l-Isptar huma ipprovduti b’
Personal Protective Equipment
u ngħata t-taħriġ meħtieġ lil dawk l-impjegati li jiġbru l-iskart fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1207 tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jibda jaħdem dan id-Direttorat għat-Turiżmu u kemm hu ppjanat li jkollu nies biex jaħdem?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tigi kkunsidrata fl-ezercizzju ta' ristrutturazzjoni li ghaddej ghar-rigward tal-Ministeru ghal Ghawdex u ghaldaqstant rirreferih ghar-risposta precedenti Nru.1207 li nghatat f'seduta Nru. 22.
Peress li l-avukati prattikanti Għawdex qed ikollhom diversi każijiet fejn qed ikollhom jirrikorru għall-video conferencing biex jeżaminaw xhieda barra minn Malta u qed ikollhom jagħmlu dan barra mill-Qorti, u peress li jidher li kull m'hemm bżonn huwa software partikolari, tista' l-Ministru tara li din is-sistema tiġi nstallata fil-Qorti ta' Għawdex a benefiċċju mhux ta' l-avukati biss, imma wkoll tal-ġudikatura u tal-pubbliku in ġenerali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Nterpellant illi kien f’żewġ kawżi biss li kellna t-talba biex nipprovdu faċilitajiet ta’ video-conferencing ma’ barra. F’każ minnhom, li jirrigwardja kawża pendenti quddiem Qorti Ingliża, saru xi tlieta jew erbgħa seduti matul dawn l-aħħar sena u nofs, li għal sezzjoni waħda minnhom biss il-Qorti t’Għawdex intalbet biex tipprovdi tali servizz. L-oħrajn saru fuq bażi privata.
L-apparat u cioe’ l-
hardware,
u mhux sempliċement
software
kif qed jiġi msemmi, involut f’dawn is-sessjonijiet ta’
video-conferencing
jiswa eluf ta’ liri.
Għaldaqstant mhux vijabbli li l-Qorti t’Għawdex jidħol għal tali spejjeż meta wieħed iqis li dan is-servizz jista’ jingħata mill-Ministeru għal Għawdex mingħajr sparpaljar ta’ flus kif fil-fatt diga sar.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema fażi wasal ix-xogħol tad-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, tgħid x'apparat hemm maħsub li jinxtara u tindika l-ispecifications ta' l-istess apparat, kif ukoll l-istima ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħol relatat mal-proġett tad-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex beda. L-apparat li hemm maħsub li jinxtara huwa kif muri fit-tabella annessa. Dan il-progett, ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja huwa xhieda ta’ l-inizjattivi li l-Gvern qed jiehu sabiex ikompli jtejjeb is-servizzi tas-sahha f’Ghawdex. Permezz ta’ dan l-investiment il-pazjenti Ghawdxin se jinghataw servizzi mill-aqwa minghajr l-inkonvenjenza u t-tbatija li jirrizultaw minn tragitti bejn il-gzejjer ghall-kura mehtiega.
Rigward l-
ispecifications
ta’ l-istess apparat’ kif ukoll l-istejjem ma nħosx li għandha tingħata l-informazzjoni f’dan l-stadju ghaliex l-offerti ghax-xiri ta’ dan l-apparat ghadhom fl-istadju ta’ qabel il-pubblikazzjoni.
L-apparat li hemm il-ħsieb li jinxtara huwa:
·
Digital Skeletal X-Ray Unit
·
Digital Fluoroscopy X-Ray Unit
·
Spiral CT Scanner
·
Ultasound Unit with colour Doppler
·
Mammography Unit
·
CR (Computed Radiography) System
Seduta Nru 25
(30.06.08)
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kriterji użati sabiex toħroġ promozzjoni għall-ħaddiema fl-isptar ta' Għawdex humiex l-istess kriterji li jintużaw biex toħroġ promozzjoni għall-ħaddiema fl-isptar ta' Malta?
Tista' l-Ministru tgħid f'hiex wasal ix-xogħol biex jitwaqqaf direttorat għat-turiżmu fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? X'riżorsi umani u finanzjarji se jkollu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li dan id-direttorat jaghmel parti mir-ristrutturazzjoni tal-Ministeru ghal Ghawdex u ghaldaqstant qeghdin jittiehdu l-mizuri necessarji f'dan ir-rigward.
Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna qed jagħti jew li beħsiebu jagħti l-Ministeru għall-avvenimenti ta' TV Moda li ser issir f'Għawdex ix-xahar id-dieħel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru ghal Ghawdex ta l-permess sabiex din l-attivita' tkun tista tigi riklamata fuq il-bill boards li ghandu l-Ministeru.