Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4438 u jgħid x’kien l-istokk ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1988 sal-2007 u fl-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena? Jista' jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u karozzi tal-linja, taxis, eċċ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mis-sena 1995 sa Ottubru 2008. L-informazzjoni ta' qabel l-1995 mhix kompjuteriżżata u għalhekk ma' tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid x'użu għandha l-camera li kienet twaħħlet fi Triq tal-Barrani kantuniera ma' Triq Bir id-Deheb fiż-Żejtun? Jista' jgħid ukoll min kien talab sabiex din il-camera titwaħħal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — Investiment infrastratturali fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jara li matul is-sena 2009 ikun hemm nefqa straordinarja (bħala parti mill-investiment infrastrutturali li ser isir madwar Malta din is-sena) biex numru sostanzjali ta' toroq u bankini fil-qalba tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra fil-fatt jiġu rranġati, kemm għall-eluf ta' residenti li joqogħdu hemm kif ukoll għall-benefiċċju tat-turisti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Jean De La Cassiere, San Pawl il-Baħar fil-fatt tiġi mogħtija wiċċ tat-tarmac fil-parti li għadha mhix kompluta? Jista' jiġi assigurat li dan isir matul ix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li triq li twassal mis-Siġġiewi sa Ta' Kandja sa l-Imqabba tingħata wiċċ ġdid u forsi ankè titwessa' f'xi partijiet dojoq tagħha peress li din it-triq tinstab fi stat hażin u hija wkoll triq li tintuża ħafna kemm mill-Maltin u ankè mit-turisti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta Dwar it-Trasport innutat it-talba mressqa mill-Onorevoli Interpellant, madankollu ix-xogħol mitlub mhux ippjanat għal din is-sena minħabba limitazzjonijiet finanzjarji u li hemm prioritajiet oħra. L-ADT tkun qed tikkonsidra din il-proposta fis-snin ta’ wara.
Jista' l-Ministru jikonferma jekk fl-aħħar parti ta' Rudolph Street Ta' Sliema ħdejn l-Imperial Hotel saritx darbtejn? Jekk fl-affermativ għaliex sar hekk u kemm swiet aktar biex inqalgħet u reġgħet saret?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija tiegħu Nru 4384, rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa flus il-pubblikazzjoni dwar Smart City li ġiet ippubblikata qabel l-elezzjoni li għaddiet ta' Marzu 2008? Kemm-il kopja ġiet ipprintjata minn din il-pubblikazzjoni? Fejn sar il-printing ta' din il-pubblikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lil Awtorità dwar it-Trasport milli timplimenta internament il-proġett propost u żviluppat mill-istess awtorità fi Triq il-Knisja (Church Street) f'Ħal Tarxien biex titwaħħal bus shelter fuq in-naħa minn fejn jgħaddi t-trasport pubbliku fid-direzzjoni tal-Belt Valletta kif fuq kollox kien jidher fil-pjanti oriġinali?
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità dwar it-Trasport ser tpoġġi lura f'postu bus shelter li kien inqala' mill-istess awtorità minn Triq il-Palma f'Ħal Għaxaq disa' xhur ilu bil-konsegwenza li ċ-ċittadini li jużaw dan il-bus stop fi Triq Ewlenija, spiċċaw mingħajr kenn sakemm ikunu qed jistennew it-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Volum ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4388, 4112 u 3880 u jgħid x'kien il-volum totali ta' ilma prodott kull sena milll-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mis-sena 2000 sal-lum? X'kien il-volum ta' ilma li ġie metered għal kull sena? X'kien id-dħul għal kull sena mill-bejgħ ta' dan l-ilma? X'kien l-ammont ta' sussidju li ta l-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul dawn is-snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3222, jista' l-Ministru jgħid meta hija mistennija li toħroġ din is-sejħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li It- tenders mistennija li jinħarġu aktar tard din is-sena wara li tiġi kkonfermata l-allokazzjoni tal-fondi mill-UE u jinħareġ il-permess mill-MEPA.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pjan li jiġi mibni mill-ġdid il-villaġġ tas-snajja' f’Ta’Qali twarrabx għal kollox? Jekk iva, għaliex? Jekk le, meta hemm il-ħsieb li ssir xi ħaġa konkreta biex jinbeda bi sħiħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma illi l-pjan imsemmi ġie mwaqqaf wara li ma kisibx fondi mill-Unjoni Ewropea. L-alternattiva li qed tiġi evalwata hi li Dock 1 jintuża għal skop simili.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3052 u 3465 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser isir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Bormla — Irranġar ta' triq quddiem l-Iskola G. Despott
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex tigi rranġata darba għal dejjem il-problema fit-triq quddiem l-iskola Guzeppi Despott f'’Bormla, fejn wara kull xita jinġabar kwantita` kbira t'ilma eżattament quddiem il-bieb l-antik tad-dħul mill-iskola?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li rċevejt ilmenti mingħand persuni b'diżabilità li għandhom reserved parking u li qed jilmentaw għaliex minħabba l-fatt li llum il-ġurnata dan ir-reserved parking m'għadux ikun bin-numru tal-vettura ta' min ikun applika u allura kull min għandu l-blue sticker jista' jipparkja f'dan il-parkeġġ u b'dan allura min ikun applika u ottjena l-parkeġġ riservat ma jkollux fejn jipparkja għaliex ikun okkupat minn vettura oħra bil-blue sticker; peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjent kbir lil dawk il-persuni b'diżabiltà li wara tant taħbit ikunu ottjenew dan il-parkeġġ, jista' l-Ministru jara jekk dan l-inkonvenjent jistax jigi indirizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-privatizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Enemalta Petroleum Division u tal-attivitajiet kummerjċali tal-MOBC? Jista' jgħid ukoll meta bdew in-negozjati mal-first preferred bidder, fiex waslu u jekk sarux investigazzjonijiet dwar is-sidien barranin tal-bidders barranin kollha nvoluti f’dan it- tender massiċċ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.