Peress li l-garaxxijiet tas-sajjieda tax-Xlendi għandhom bżonn manutenzjoni urġenti għaliex ħafna minnhom qegħdin fi stat ta' periklu, peress li skond il-mistoqsija parlamentari 159 id-dipartiment għall-proġetti u żvilupp kellu jinvestiga l-każ u jieħu l-azzjoni oppurtuna, peress ukoll li jidher li ma saret l-ebda investigazzjoni u tanto meno ma ttieħdet ebda azzjoni, tista' l-Ministru tara li dak li hemm bżonn isir u jsir immedjatament ħalli jitneħħa l-periklu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ġie rranġat wieħed mill-garaxxijiet tas-sajjieda fix-Xlendi u oħrajn jitranġaw aktar 'il quddiem meta jkun possibbli u skond l-urġenza.
Peress li l-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, dwar ħsarat estensivi ilu pendenti snin ormai u ovvjament il-periklu dejjem qiegħed jiżdied, tista' l-Ministru tara li l-periklu jitneħħa u x-xogħlijiet isiru minnufih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li saret spezzjoni fil-post u li x-xogħol isir aktar 'il quddiem meta jkun possibbli.
Tista' l-Ministru tagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Tista' tgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Tista' tagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ġewx awarded tenders lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum, mill-Ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu.
Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna ta l-Ministeru lill-Kunsilli Lokali Għawdxin fl-aħħar sena u tindika wkoll it-tip ta' għajnuna li ngħatat lil kull Kunsill Lokali u meta ngħatat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-gvern fuq Lejliet Lapsi Notte Gozitana li saret fl-2007? Min kienu l-kuntratturi li nagħtaw kuntratti ta' xogħol, servizz, makkinarju u apparat għal dik l-attivita'? Kif ingħata kull kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq l-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-valur ta' l-investiment tal-gvern fl-2006 u fl-2007 fir-reklamar ta' Għawdex b'riżq it-turiżmu domestiku? Fuqiex sar l-investiment?
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol sar fuq ir-rijabilitazzjoni ta’ widien f’Għawdex permezz ta' l-Environmental Landscapes Consortium? Tista’ tgħid kemm qed iħaddem nies f’Għawdex dan il-consortium? Fuq liema bażi, (ie fuq bażi permanenti, temporanja, każwali, eċċ) ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema?
Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li l-Gvern iniedi l-programm imwiegħed biex iż-żewġ teatri ta' l-opra f'Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għal konferenzi matul is-sena kollha? X'sar s'issa għat-tnedija ta' dan il-programm? Saru xi konsultazzjonijiet mas-soċjetajiet li jmexxu dawn it-teatri? Jekk saru, ma' min minnhom u meta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu saru tahdidiet mal-Ministru tat-Turizmu biex tigi esplorata din il-proposta kif ukoll saru laqghat maz-zewg socjetajiet lli jmexxu dawn it-teatri biex ikunu diskussi xi proposti li saru. Dawn il-proposti qed ikunu evalwati.
Peress li r-residenti tax-Xewkija qed ibatu minn inkonvenjenti kbar ta' rwejjaħ jintnu u dħaħen, speċjalment issa fis-sajf, kull meta jitqabbad l-inċinetur tal-biċċerija f'Għawdex u peress li dan l-aħħar l-inkonvenjent żdied li allura jindika li qed issir xi ħaġa differenti minn qabel, tista' l-Ministru tindirizza din il-problema minnufih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-incineratur tal-biccerija qieghed jahdem b'mod regolari u xejn differenti minn tas-soltu u li dan jigi spezzjonat minn enginier sabiex jizgura li l-apparat ikun qieghed jahdem kif suppost u ghalhekk ikun hemm mill-inqas inkonvenjent.
Peress li l-book binder tal-Qorti ta' Għawdex dalwaqt jirtira mix-xogħol minħabba l-eta' u diga' qiegħed fil-pre- retirement leave, tista' Ministru tara li appena jispiċċa mix-xogħol jigi ngaġġat xi ħadd ieħor minnufih u dan biex tigi evitata sitwazzjoni ta' staġnar bħalma normalment jigri meta jkun hemm nuqqas ta' staff fil-Qorti ta' Għawdex, u dan a detriment u b'inkonvenjent kemm għall-avukati prattikanti, għall-istess ħaddiema u iktar u iktar għall-pubbliku?
Tista' l-Ministru tgħid meta tniedet il-kompetizzjoni għal disinn għaż-Żewwieq Waterfront? Min rebaħha din il-kompetizzjoni? Kemm swiet flus? Fiex jikkonsisti l-proġett skond id-disinn rebbieħ? X'sar s'issa fuq dan il-proġett? Kemm intnefqu u tħallsu flus b'kollox s'issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għandhom ma tħallsux? Għaliex huma kommessi dawn il-flus?
Tista’ l-onor Ministru tgħid meta tnediet il-kompetizzjoni għal disinn għaż-
Żewwieq Waterfront
? Min rebaħha din il-kompetizzjoni? Kemm swiet flus? F’hiex jikkonsisti l-proġett skond id-disinn rebbieħ? X’sar s’issa fuq dan il-proġett? Kemm intefqu u tħallsu flus b’kollox s’issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għadhom ma tħallsux? Għal xhiex huma kommessi dawn il-flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposti tal-mistoqsijiet Numri 27518 u 29310 tal-X Legislatura. Barra minn dan ninsab infurmata li l-kompetizzjoni msemmija fil-mistoqsija swiet €2582 u li sa issa b'kollox ntefqu u thallsu €11,935 (ikluz spejjes tal-kompetizzjoni). Jiena nfurmata wkoll li hemm ammont ta' €25,960 kommessi ghal Feasability Study li qieghed fi stadju avvanzat.
Tista' l-Ministru tgħid minn min sar ix-xogħol ta' ippjanar fuq il-proġett ta' Villa Rundle? Kemm sewa dan ix-xogħol? Fiex jikkonsisti l-proġett skond dan il-pjan? X'sar s'issa fuq dan il-proġett? Kemm intnefqu u tħallsu flus b'kollox s'issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għadhom ma tħallsux? Għaliex huma kommessi dawn il-flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xoghol ta' ippjanar ta' Villa Rundle sar mill-Periti u Enginiera tal-Ministeru ghal-Ghawdex u tal-Ministeru ghar-Rizorsi u Infrastruttura u d-ditta Test and Measurment Instrumentation bi spiza ta' €1,374. Il-progett jikkonsisti minn upgrading tal-Gonna Villa Rundle kif spjegat fir-risposta ghal-mistoqsija Nru. 25883 tal-X Legistatura. Ninsab infurmata wkoll li sa issa sar Feasability Study, u saru l-applikazzjonijiet mehtiega mal-MEPA, u gew ippreparati tlett dokumenti biex johorgu offerti ghall-Project Management, ghal xoghol ta' Infrastruttura li jinkludi xoghol ta' ingenerija mekkanika u ohra ghall-Istallazzjoni tas-Sistema Eletrika. Jiena nfurmata wkoll li sa issa ntefqu €15,493 u li ma hemmx flus kommessi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali sal-lum fuq is-sistema ta' solar panels għall-produzzjoni ta' l-elettriku li qed jintuża miċ-ċentru amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex? Fiex tikkonsisti n-nefqa? Meta bdiet titħaddem din is-sistema? Kemm kien il-konsum ta' elettriku mixtri mill-Enemalta li ġie ffrankat? Sar studju ta' vijabilita' finanzjarja dwar dan il-proġett? Jekk sar, min għamlu? Kif ingħata l-kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-nefqa fuq il-photovoltaic panels (PV's) fic-Centru Amministrattiv tal-Ministeru ghal Ghawdex tammonta ghal €60,198 li tkopri il-provvista u stallazzjoni ta' sistema ta' pannelli solari tal-kobor ta' 10KW u apparat ta' monitoragg tal-pannelli. Ninsab infurmata wkoll li din is-sistema bdiet tithaddem f'Dicembru 2006 u li sal-lum ggenerat 27,553 KWh - li huma ekwivalenti ghal tnaqqis ta' madwar 24,000 kg ta' Carbon Dioxide mill-arja. L-aspett finanzjarju ma kienx l-uniku kinsiderazzjoni f'dan l-investiment, izda pjuttost l-kbar skop ta' din l-inizjattiva kien li l-Gvern imexxi bl-ezempju.
Jiena nfurmata li din l-inizjattiva kienet wahda kongunta bejn il-Ministeri kollha tal-Gvern u intuza process ta' tendering ghas-Servizz Pubbliku kollu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali sena b'sena mill-1999 'l hawn fuq l-immodernizzar u l-bini ta' faċilitajiet ġodda :
i) f'kull waħda mill-iskejjel primarji ta' Għajnsielem, Nadur,Victoria, Xewkija u Żebbuġ
ii) fl-iskola sekondarja tal-bniet Aguis de Soldanis
iii)fiċ-ċentru għal Studji Ogħla Sir Mikelanġ Refalo
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Tista' l-Ministru tgħid meta tlesta d-dokument għas-sejħa għall-offerti għall-master plan għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar taċ-Ċittadella? Meta ġiet ippubblikata t-tender? Meta għalaq iż-żmien għas-sottomissjoni ta' offerta? X'sar s'issa fuq din it-tender? Kemm hu stmat il-valur ta' din it-tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-dokument ghas-sejha ghall-offerti ghall-master plan tac-Cittadella tlesta f'Novembru 2007, it-tender giet ippublikata fit-8 ta' Jannar 2008 u li z-zmien ghas-sottomissjoni ta' offerta ghalaq fit-28 ta' Frar 2008. Bhalissa din it-tender tinsab fl-ahhar fazi tal-aggudikazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jsir il-proġett taċ-Ċentru Komunali fir-Rabat? Jekk fl-affermattiv, x'sar s'issa fuqu? Jekk fin-negattiv, għaliex twarrab?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Huwa ppjanat li is-siti li kienu identifikati ghall-Progett tac-Centru Komunali jibqghu jintuzaw ghall-istess skop li kellhom sal-lum b'rikostruzzjoni tal-parkegg li hemm fi triq Borg Olivier li jsir multi level parking u jinbena Qorti gdid fil-livell tat-triq minflok dak ippjanat fi triq Fortunato Mizzi. Is-sit fejn kien ippjanat li jsir il-bini tal-Qorti fi triq Fortunato Mizzi ser tintuza ghal skopijiet edukattivi.
EU programmes information unit — Uffiċjal Inkarigat
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif saret il-ħatra ta' l-uffiċċjal inkarigat mill-EU programmes information unit? Tsita' tgħid xi kwalifiki u esperjenza għandu dan l-uffiċjal inkarigat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twaqqif ta' l-EU Programmes Information Unit hi weghda elettorali li ghamel il-partit tieghi fil-Gvern.
Dan il-Unit ser jiffacilita u jghin sabiex Kunsilli Lokali, Ghaqdiet mhux Governattivi u setturi ohrajn jaghmlu l-ahjar uzu mid-diversi programmi ta' finanzjament u ghajnuna tal-Unjoni Ewropea.
Il-persuna li giet inkarigata minn dan il-unit kienet diga' qed taghti servizz fid-Direttorat ta' l-Affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ghal Ghawdex u ghalhekk gie deciz li peress li din il-persuna diga' ghandha esperjenza sewwa fix-xoghol li ghandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea, taqdi wkoll dawn id-dmirijiet.
Ta' miin jghid li diga' saru laqghat ma' ghaqdiet li rcivew informazzjoni dwar programmi li ntbaghtu lilhom minn dan il-unit.
Peress li l-ilma li jinżel minn Pjazza San Gwann Battista fix-Xewkija, Għawdex ħafna minnu jispiċċa fi Triq il-Knisja u din it-triq iżżomm ħafna ilma b'inkonvenjent kbir għall-pubbliku speċjalment l-anzjani, tista' l-Ministru tara li tinsab soluzzjoni għal din il-problema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq imsemmija hija responsabilita' tal-Kunsill Lokali tal-lokalita' u ghaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Nterpellant tirreferi il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati skond il-grad tagħhom li kellhom shift allowance fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar ta' l-2007 u fl-aħħar ta' Marzu 2008? Kemm ħaddiema, xahar b'xahar mill-ewwel ta' Jannar 2007 'l hawn, li kellhom allowance mill-ministeru tagħha ma baqgħux jieħdu allowance mill-ministeru għax irtiraw jew għax ġew trasferiti għal xi ministeru ieħor?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Tista' l-Ministru tgħid x'kien it-total ta' ħaddiema full-time, part-time, casual, eċċ rispettivament fl-aħħar ta' l-2007 u fl-aħħar ta' Marzu, 2008 fil-Ministeru tagħha? Kemm kienu kull xahar minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Marzu 2008 li ġew trasferiti minn Malta għall-ministeru tagħha? Xi gradi huma? X'xogħol ngħataw u f'liema fergħat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingaber, risposta tinghata f'xi seduta ohra.