Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12614 u jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet konċernati vis-a-vis l-interess tar-residenti u ta' dawk li jaħdmu fil-qrib wara l-iżbroff tad-drenaġġ qrib il-biċċerija? X'komunikazzjoni saret bejn dawn l-awtoritajiet u l-Kunsill Lokali tal-Marsa? Liema huma dawn l-awtoritajiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal–Ilma bdiet mill-ewwel tinvestiga fejn kienet il-ħsara fis-sistema tad-drenaġġ. Dan irriżulta f’sadd fi Triq Troubridge fil-Marsa. Hi proċedura illi wara li jkun hemm każi simili, il-WSC u l-Clensing Department (MRRA) jaħslu u jiddiżinfettaw it-toroq tal-madwar.
Sabiex inkomplu nipproteġu l-interessi tar-residenti, l-esperti għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq is-sistemi interni tal-biċċerija biex isiru r-rimedji neċessarji.
Bħala rutina l-inġiniera tal-Korporazzjoni dejjem iżommu kuntatt miftuħ mal-awtoritajiet tas-Sanità kif ukoll mal-Kunsilli Lokali fejn ikun hemm xi problema.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14053 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prezz li bih inxtara l-LPG b'rabta mal-konsenja li qed tinbiegħ lill-konsumatur Malti u Għawdxi b'effett mid-9 ta' Frar 2010? Kemm qed jiġi jiswa nett iċ-ċilindru tal-gas ta' 12-il kilo, jiġifieri il-prezz nett qabel ma jasal għand il-konsumatur (jiġifieri mgħobbi fuq it-trakk tad-distributur)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta qegħda tixtri għan-nom ta’ kumpanija kummerċjali u għaldaqstant m’għandhiex tagħti tagħrif bħal dan. Barra minn hekk l-MRA qegħda tagħmel l-istudji tagħha fuq it-talbiet li għandha minn terzi u li jorbtu sewwa mal-prezz illi bih jinxtara l-gass.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13872, billi l-pagamenti dovuti sa tmiem is-sena 2009 lit-taxpayers Maltin għadhom ma tħallsux, jista' jikkonferma li l-Gvern ser jħallas l-imgħax fuq dawn ir-refunds dovuti lit-taxpayers konċernati? Kemm huwa stmat li l-Gvern ser ikollu jħallas fuq is-somom dovuti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont il-liġi, l-imgħax li ser jitħallas huwa bil-0.75% fix-xahar. L-imgħax li jrid jitħallas fuq is-somom dovuti huwa ta’ €87,131 kull xahar.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13812, billi l-Gvern invoka li l-kawsola dwar kunfidenzjalità dwar write offs ta' bilanċi fuq taxxa dovuta qabel l-elezzjoni ġenerali, jista' jagħti assikurazzjoni li l-listi ġew imħejjija mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mingħajr ebda ndħil jew pressjoni jew suġġerimenti lid-Dipartiment u jew lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni? X'assikurazzjoni tista' tingħata li dawn ir-write offs saru bl-akbar trasparenza possibbli?
Response (FENECH, TONIO)
Ir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13812 diġa tirrispondi għall-mistoqsijiet imqajma f’din id-domanda.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 14644 u jispjega kif waqt li fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 13554, il-Ministru ta’ qablu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta Austin Gatt, qal li l-precipitators li huma stallati fuq tliet boilers fil-Marsa Power Station għal numru ta' xhur matul l-2009 ġew imwaqqfin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba li nħarġet stop notice fuq il-kuntrattur li jieħu ħsieb li l-flyash titneħħa skont ir-regoli, min-naħa l-oħra l-awtorità f'rapport datat Novembru 2009 qalet li l-Korporazzjoni Enemalta minn rajha waqqfet dawn il-precipitators ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-rispost ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
ommijiet li jidħlu jew jirritornaw lejn id-dinja tax-xogħol — sena eżenzjoni mill-income tax
Question
Peress li fid-diskors tal-budget 2008, ġie mwiegħed li ommijiet li jidħlu jew jirritornaw lejn id-dinja tax-xogħol jingħataw sena eżenzjoni mill-income tax għat-tfal kollha li twieldu mill-2007 'il quddiem, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-wegħda tgħoddx għal kull omm li diġà taħdem jew li m'ilhiex nieqsa ħames snin u li tidħol lura għax-xogħol wara li jkollha t-tfal? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm ommijiet li applikaw għal dan il-benefiċċju? Kemm minn dawk li applikaw effettivament diġà bbenefikaw? X'inhi r-raġuni li bosta minn dawn l-ommijiet għadhom ma bbenefikawx? Kemm huwa n-numru ta' l-applikanti li għadhom ma bbenefikawx?
Il-Gvern meta beħsiebu jżomm mal-wegħda tiegħu biex dawk kollha intitolati jingħataw din l-eżenzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dawk in-nisa li kellhom tarbija mill-1 ta’ Jannar 2007 ‘l quddiem, u rritornaw għax-xogħol wara t-twelid ta’ tarbija, igawdu minn sena kreditu ta’ taxxa ekwivalenti għat-taxxa fuq id-dħul mill-impjieg li għalih l-omm tkun irritornat. Dan jgħodd għal kull tarbija li titwieled mill-1 ta’ Jannar 2007 ‘l quddiem. Dan il-kreditu ta’ taxxa fil-prattika jissarraf f’eżenzjoni totali għal sena mit-taxxa fuq dak l-impjieg. Jekk ix-xogħol ikun minn attività self-employed il-kreditu huwa ta’ mhux aktar minn €5,000 kull darba. Minflokk ma tieħu sena eżenzjoni, omm li tirritorna għax-xogħol wara t-twelid ta’ tarbija tista’ tagħżel li tieħu kreditu ta’ taxxa ta’ mhux aktar minn €2,000 mifrux fuq sentejn. Din l-għażla hija favorevoli għal dawk in-nisa li għandhom dħul relattivament baxx. F’dan il-każ il-benefiċċju jissarraf f’iżjed minn sena eżenzjoni.
Kien hemm 2,034 applikazzjoni għal dan il-benefiċċju. Diġà bbenefikaw 1,848 minn dawk li applikaw. In-numru ta’ applikanti li ma bbenefikawx hu ta’ 186. Minn dawn il-186 applikant, 113 minnhom ma kienux eliġibli għaliex ma kenux neqsin mix-xogħol għal ħames snin. Il-kumplament tal-applikanti li ma bbenefikawx minn din l-inċentiva, jiġifieri 73 applikant, ma kellhom l-ebda taxxa dovuta, u allura ma setgħux jingħataw tax credit.
Madanakollu, f’xi każijiet, ir-
refunds
sempliċiment għadhom ma ħarġux, u dawn għandhom jintbgħatu fil-viċin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus permezz tal-iskeda ta' amnestija mħabbra s-sena l-oħra bil-għan li jiġbor arretrati tal-income tax li kienu ilhom pendenti għal numru ta' snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-arretrati tal-Income Tax li nġabru taħt l-Iskema dwar tnaqqis ta’ multi u mgħax, imħabbra s-sena l-oħra sal-lum jammontaw għal €32,461,457. Ninsab infurmat li d-dipartiment għad irid jirċievi xi pagamenti għal “statements” li ħarġu f’data viċin it-22 ta’ Frar. Għalhekk hu mistenni li dan l-ammont jikber.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-nutara li ġew imqabbda jagħmlu kuntratti ta' proprjetà amministrata mill-Joint Office, min huma u kemm qegħdin jitħallsu? Jista' jgħid ukoll minn meta ġiet introdotta din is-sistema ta' farming out kif intagħżlu n-nutara li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol, kemm-il kuntratt għamel kull nutar? Kemm ilha li bdiet din is-sistema u jekk ix-xogħol magħmul minn dawn in-nutara jikkonsistix biss fil-pubblikazzjoni tal-kuntratti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ninforma lill-Onor Membru li dawn in-nutara qed jitħallsu it-tariffa skont il-Liġi u €100 + VAT (fejn applikabbli) bħala spejjeż amministrattivi għal kull fajl li jaħdmu. Din is-sistema ta’
farming out
ġiet introdotta fl-20 ta’ Marzu 2009, meta t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern kienet ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern sejħa lin-nutara sabiex jippublikaw kuntratti pubbliċi b’konnessjoni mal-Iskema tal-2002 dwar il-bejgħ/fidi ta’ ċnus ta’ proprjeta’ residenzjali amministrata mit-Taqsima. In-nutara kollha li kienu interessati u li aċċettaw il-kundizzjonijiet miftehma mal-Kunsill tan-Nutara, ġew aċċettati. Din is-sistema bdiet titħaddem f’Ġunju 2009. Xogħol in-Nutara huwa li jaraw li hemm ir-rekwiżiti kollha legali sabiex finalment jippublikaw il-kuntratt u qabel ma jippublikaw il-kuntratt iridu jivvettjaw il-fajl.
Jista' l-Ministru jgħid kemm, kull dipartiment separat, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għandu jagħti lura ħlasijiet liċ-ċittadini Matlin u Għawdxin u lil kumpaniji, industriji eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
power stations tal-Marsa u Delimara — Konsum ta' fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkonsmaw fuel kull turbina li hemm fil-power stations tal-Marsa u Delimara sabiex jipproduċu unit ta' elettriku, kull turbina separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onoreovli Interpellant illi l-medja tal-konsum tal-fuel ta’ kull turbina huwa kif muri fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Marsa — Spezzjonijiet mill-WSC fl-inħawi tal-Għolja ta' Spencer
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14938, jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-inħawi tal-Għolja ta' Spencer il-Marsa matul Jannar u Frar 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-‘Discharge Permit Unit’ fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet erba’ spezzjonijiet tas-sistema tad-drenaġġ fil-perjodu Jannar u Frar 2010. Ma dawn wieħed irid iżid numru ieħor ta’ spezzjonijiet każwali li jagħmlu l-ħaddiema tar-Reġjun responsabbli mid-drenaġġ ta’ dik iż-żona msemmija, speċjalment fl-inħawi ta’ l-Moll tal-Ħatab.
Kuntratt ta' Manoel Island lill-kumpanija MIDI plc
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja uffiċjali tal-kuntratt ta' meta l-Gvern għadda Manoel Island lill-kumpanija MIDI plc, inkluż il-kopji uffiċjali tad-dokumenti kollha u l-pjanti annessi mal-istess kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — elettriku li pproduċew iż-żewġ power stations
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali ta' elettriku li pproduċiet l-Korporazzjoni Enemalta miż-żewġ power stations tal-Marsa u Delimara flimkien għas-snin 2008 u 2009? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-ammont ta' elettriku għall-istess perjodu li ġie invoiced lill-konsumaturi mill-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni Enemalta — żejt użat biex tipproduċi l-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jagħti sena b’sena għas-snin 2003-2009, il-volum f’tunnellati ta’ żejt raffinat li użat fiżikament il-Korporazzjoni Enemalta biex tipproduċi t-total tal-elettriku għal kull sena, u l-output totali ta’ elettriku għal kull sena prodott b’dan iż-żejt li ġie kunsmat minnha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — xogħol ta' back office
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14221, jaqbel l-Ministru li x-xogħol ta' back office li s-sorsi amministrativi jagħmlu għal ġbir tad-data nazzjonali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jiġi trasferit għal Għawdex fejn jibda jsir minn ħaddiema Għawdxin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi f’dan l-istadju x-xogħol ta’ back office li s-sorsi amministrativi jagħmlu jintbagħat direttament fl-NSO f’Malta. Għalhekk m’hemmx lok għal duplikazzjoni ta’ xogħol.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — problema ta' drenaġġ fit-Triq il-Wied l-Msida
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13603 u jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tistax issib soluzzjoni dejjiema għall-problema tad-drenaġġ li spiss ifur fi Triq il-Wied, l-Msida minkejja diversi rapporti li rriżultaw li saru lill awtoritajiet? Għalkemm il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet rrapurtata li qalet li kienet konxja mill-problema u li l-pompi blukkati li kien hemm fi Triq il-Wied ġew msewwija, ma jaħsibx li hemm bżonn approach aktar intensiv u ħolistiku meta fi kliem l-istess korporazzjoni s-sistema tad-drenaġġ ma tkunx tista' tlaħħaq mal-ilmijiet kbar li jaqgħu meta tagħmel xita qawwija tant li b’konsegwenza ta' dan spiss jinqalgħu bosta manhole covers li jirriżulta f’ħafna drenaġġ ifur fit-triq msemmija? Jekk iva, x’inhuma il pjani li għandha f’moħħha l-istess Korporazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 2566.