Safi — Triq Bieb il-Ġarra kantuniera ma' Triq San Gwann - Double Yellow Line
Question
Jista' l-Ministru jara għaliex l-Awtorità dwar it-Trasport għadha m'għamlitx id-double yellow line fil-kantuniera bejn Triq Bieb il-Ġarra u Triq San Gwann ġewwa Hal Safi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq San Gwann hija arterjali sa Triq San Pawl. Il-kantuniera msemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ f’idejn il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3522 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi minn total ta' 290,672 metru kwadru, 0.107 fil-mija minnhom huma mgħammra b' "photovoltaic cells". Dan ma jinkludix il-Malta Shipyards li m'għandiex "PV Cells" għax l-informazzjoni dwar id-daqs tal-bjut ma tistax tinġabar.
Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport f'kollaborazzjoni mal-ELC, jieħu l-passi neċessarji biex fl-approaches lejn roundabouts u turnings oħrajn, l-arbuxelli li hemm, fil-fatt jinżammu baxxi biex jiġi evitat periklu bla bżonn għat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Bormla — Irranġar ta' triq quddiem l-Iskola G. Despott
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex tigi rranġata darba għal dejjem il-problema fit-triq quddiem l-iskola Guzeppi Despott f'’Bormla, fejn wara kull xita jinġabar kwantita` kbira t'ilma eżattament quddiem il-bieb l-antik tad-dħul mill-iskola?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-ADT biex tittieħed azzjoni dwarha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4468, 4114, 3829, 3516, 3205 u 2896 u jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ fil-Mellieħa beda jopera u jittratta d-drenaġġ għall kwalita neċessarja biex jintefa’ il-baħar nhar it-Tnejn 29 ta’ Settembru 2008.
Il-valur oriġinali tat-tender għall-impjant kien jammonta għall valur ta’ €8.97 miljun (€4.97 miljun għall-impjant u €4.0 miljun għal diversi mejnijiet ġodda u it-tisħiħ ta’ żewġ pumping stations prinċipali) liema spiża fuq l-impjant telgħet għal €10.57 miljun, b’żieda ta’ €1.6 miljun minħabba tibdil fis-sit ta’ l-impjant rikjest mill-MEPA wara li ġie iffirmat il-kuntratt fuq il-proġett. Il-kont finali kien €100,000 għola mill-valur stmat. Il-varjazzjonijiet kollha ġew kollha ivverifikati u approvati u fadal jitħallsu €640,000.
Il-Korporazzjoni m'approvatx talbiet għall-varjazzjonijiet li jammontaw għal €3.2 miljun filwaqt li qed iżżomm id-dritt li tieħu azzjoni kif tagħtiha l-liġi kontra l-konsorzju minħabba d-dewmien biex jitlesta l-impjant kif ukoll għal xogħlijiet li ma sarux skond is-sena jew ma laħqux l-ispeċifikazzjoni mitluba fil-kuntratt.
L-impjant għandu il-kapaċita’ jittratta medja ta’ 6,700 metru kubu ta’ drenaġġ kuljum. Il- konsum elettriku mid- 29 ta’ Settembru 2008 sal- 15 ta’ Jannar 2009 kien 503,532 kwh. Dan ifisser li l-impjant kellu konsum medju ta’ 4662 kwh kuljum għal dan il-perijodu.
Burmarrad u San Pawl il-Baħar — Installazzjoni ta' Pelican lights
Question
Jista' l-Ministru jara, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport li l-pelican lights li hemm approvati f'Burmarrad u San Pawl il-Baħar jiġu installati qabel ma jkun hemm xi inċident fatali? Jista' fl-istess ħin jiġi assigurat li fl-inħawi tal-Qawra (fejn il-flats magħrufa bħala tal-Big Ben) qrib il-garaxx li jintuża bħala kappella tiġi approvata u installata pelican light qabel ikun hemm inċidenti iktar serji minn dawk li seħħew s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qed jiġi ppreparat it-tender għall-installazzjoni tal-pelican lights imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant u saret ukoll talba lill-Enemalta biex jiġu installati belisha lights fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar qrib il-garaxx imsemmi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-bus terminus ta' Buġibba/Qawra jaqax taħt ir-responsabilità tal-Awtorità dwar it-Trasport jew le? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar taħt liema awtorità jaqa' dan it-terminus?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-terminus ta' Buġibba/Qawra jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport.
Jista' l-Ministru jassigura li l-culvert tal-ilma tax-xita li hemm fi Triq l-Imdina, Haż-Żebbuġ, b'mod partikolari l-bokok tiegħu li ħafna minnhom huma miksura, issirlu l-manutenzjoni meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet xogħlijiet ta' konsulenza l-kumpannija ADI mis-sena 2005 'il quddiem għad-dipartimenti, entitatjiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu? Liema kienu? Kemm tħallsu? Kemm u liema minnhom kienu b'direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4771, 4289, 4047 u 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont sena b’sena, tax-xogħlijiet infrastrutturali kolla (inkluż toroq) li saru mill-Gvern Ċentrali f’Ħaż-Żebbuġ, mill-2005 sal-2008? Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet infrastrutturali li huma fil-programm tal-Gvern Ċentrali u jagħti l-ordni ta' prijorità tal-istess xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Imsida, Birkirkara, Ħal-Qormi, Ħal Lija — pjaniniet tal-gvern fuq dawn il-postijiet
Question
Jista' l-Ministru jelenka xi pjanijiet għandu l-gvern għal postijiet bħall-Imsida, B’Kara, Ħal-Qormi, Ħal Lija u postijiet oħra li jsofru kull darba li tagħmel xita qawwija fejn ħafna toroq u djar jgħerqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Smart City — Sejħiet għal xogħol tal-Infrastruttura
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3629, jista' l-Ministru jgħid għal liema tip ta' xogħlijiet saru sejħiet għal xogħol ta' infrastruttura għal Smart City? Jista' jgħid jekk ingħatawx xi kuntratti? Min ħadhom? Għal liema xogħol? Kemm jiswa kull kuntratt li ngħata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn intfiet bozza fi Triq l-Għargħar f'Ħaż-Żabbar, liema triq hija mimlija ħofor u li għaldaqstant issa fid-dlam hemm periklu akbar għar-residenti tant li hemm minn diġà waqa' u weġġa' serjament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Furjana — Triq Pietro Floriani - Sleeping Policeman
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4706 u 4419 u jara jekk l Awtorità dwar it-Trasport tistax tikkondsidra li ssir sleeping policeman fi Triq Pietro Floriani, kantuniera ma' Triq il-Kappuċini, il-Furjana minħabba l-frekwenza qawwija ta' inċidenti li jkun hemm f'din il-kantuniera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Mosta — Awtorità dwar it-Trasport - tabelli bin-numru ta' rotot tat-trasport pubbliku
Question
Filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru li permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport ħa l-iniżjattiva li fil-bus stops tal-Mosta jitwaħħlu tabelli bin-numru ta' rotot, jista' l-Ministru issa jara li mal-bini ta' Ċentru Ċiviku jew f'xi post ieħor ċentrali teħel tabella b'numri tar-rotot li tispjega d-destinazzjoni tar-rotot rispettivi? Din l-informazzjoni tiswa ħafna għat-turisti li jkunu qed jużaw is-servizz ta' trasport pubbliku.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ser tikkunsidra t-talba tiegħek.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta twaħħlu l-aħħar bus shelter f'Malta u f'Għawdex? Fejn twaħħlu dawn il-bus shelters? Meta hu mistenni li jitwaħħlu bus shelters ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu spejjeż fi fuel għall-karozzi li jużaw id-dipartimenti tal-gvern dipartiment, dipartiment minn Diċembru 2007 sa Diċembru 2008? Kemm jużaw fuel il-karozzi tal-istaff personali ta' kull ministru fl-istess żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.