Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Tista' tgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qiegħda impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lil Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus s’issa fuq l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex? Lil min tħallsu u meta? Kemm huwa l-valur tal-pagamenti li jonqos isiru u lil min? Meta mistenni li jitħallsu? X’xogħol jonqos isir għat-tkomplija ta’ dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Proġett għat-Trattament tad-Drenaġġ, nitlob lil Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru responsabbli minn din il-Korporazzjoni.
Għawdex — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ - ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta beda jitħaddem l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex? Kemm tħallsu flus s’issa lill-operaturi ta’ dan l-impjnat? X’inhi r-rata ta’ ħlas biex jitħaddem dan l-impjant?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Proġett għat-Trattament tad-Drenaġġ, nitlob lil Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru responsabbli minn din il-Korporazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid x’qed isir mill-iskart solidu u likwidu tad-drenaġġ trattat fl-impjant ta’ Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Proġett għat-Trattament tad-Drenagg, nitlob lil Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru responsabbli minn din il-Korporazzjoni.
Tista` l-Ministru tgħid kemm ħarġu direct orders fl-aħħar sitt xhur mill-Ministeru u tgħid għall-liema xogħlijiet jew fornutiri, lil min ngħata l-ordni u kemm kien l-ammont involut?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa.
Infurmata wkoll li din id-direct order saret b’approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi peress li t-tender giet pubblikata darbtejn fil-gazzetta tal-Gvern u ma kien hemm l-ebda offerta.
Sezzjoni
Għal-liema xogħlijiet jew fornituri
Lil min ingħata l-ordni
L-ammont involut
Dipartiment tal-Customer Services
7 Air-conditioners għas-swali ta’ l-Irġiel u tan-Nisa – Sptar Ġenerali t’Għawdex
Joe Tabone
8,015.00
Għawdex — Sannat - Triq 28 t'April 1688 - Xogħlijiet
Question
Tista` l-Ministru tgħid x'xogħlijiet qed isiru mill-Ministeru fi Triq 28 t'April 1688 fis-Sannat, Għawdex, għall-liema raġuni u kemm jiswa dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fi Triq 28 t’April f’Ta’ Sannat qiegħed isir proġett ta’ tisbieħ bi ftehim mal-Kunsill Lokali tal-post, fejn il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jipprovdi l-ħaddiema u l-Kunsill Lokali jipprovdi l-materjal neċessarju. Jiena nfurmata wkoll li saret rikostruzzjoni ta’ ħajt baxx f’parti mit-triq li ġie jiswa €406.
Tista` l-Ministru tgħid xi żviluppi hemm sa issa dwar l-Eko Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Bħalissa għaddejja l-ewwel fazi ta' konsultazzjoni pubblika li għandha l-għan li twassal għand il-Gvern x'jixtieq jara l-pubbliku fl-istrateġija Eko-Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi jew x'miżuri qed tieħu kontra l-vandaliżmu u l-sfreġju tal-wirt kulturali Għawdxi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Filwaqt li jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-wirt kulturali f'Għawdex jiġi mħares kif xieraq, meta kien hemm kazijiet ta' vandalizmu sar rapport lill-pulizija biex tinvestiga l-kas u ttieħdet azzjoni biex il-ħsara mwettqa tiġi rimedjata.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-involviment tal-Gvern fid-Dwejra Heritage Park u tgħid f'liema stadju wasal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Gvern, permezz tal-Ministeru responsabbli mill-Ambjent u l-MEPA, ħoloq kumitat biex jimmaniġja l-ispazji protetti fid-Dwejra.
Jiena infurmata wkoll li l-ewwel fażi fl-operat ta’ dan il-kumitat issa hija magħluqa u qed jiġu evalwati r-riżultati miksuba biex jingħata bidu għat-tieni fażi li għandha tħares lejn management tas-sit fil-futur.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa kull sena mill-1999 sal-lum fuq inċentivi għall-industrija f’Għawdex? Għal liema sena/snin ta’ operat kienet in-nefqa ta’ kull sena? Kemm kumpaniji bbenefikaw minn dawn l-inċentivi kull sena? Kemm hemm għotjiet li huma approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Meta huwa mistenni li jitħallsu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li n-nefqa kull sena mill-1999 sal-lum u dettalji relattivi huma kif jidhru fl-iskeda annessa. Jiena nfurmata wkoll li dawn il-ħlasijiet imorru lura għal snin ta’ operat li jibdew mill-1996 u li għad hemm ħmistax il-talba (mqassma fuq sitt beneficjarji) għal għotjiet u għadhom ma’ tħallsux li jammontaw għal €885,525 u li jirreferu għal snin ta’ operat li jibdew mill 2001. Il-pagamenti pendenti isiru aktar il-quddiem.
Sena
Nefqa
Numru ta' Beneficjarji
Euro
1999
132,774.00
10
2000
179,595.00
16
2001
321,221.00
14
2002
0.00
0
2003
168,362.00
9
2004
135,101.00
14
2005
693,685.00
20
2006
372,700.00
14
2007
320,897.00
12
2008
372,701.00
10
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1984, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Adult Training CentresGħawdex? Fejn qegħdin u kemm hu l-average attendance f'kull ċentru kuljum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
F’Ghawdex hemm Centru wiehed ghat-Tahrig ta’ l-Adulti, li qieghed fi Triq l-Imgarr Ghajnsielem. Hemm 39 persuna registrata, li jattendu b’mod regolari u jircievu is-servizzi provduti mic-Centru. Fil-prezent qed isir xoghol fuq Centru gdid fir-Rabat Ghawdex, li nbena apposta ghal dan l-iskop u li ser jiehu post dak prezenti.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2058, peress li l-book binder tal-Qorti ta' Għawdex dalwaqt jirtira mix-xogħol minħabba l-età u digà qiegħed fil-pre- retirement leave, tista' l-Ministru tara li appena jispiċċa mix-xogħol jigi ngaġġat xi ħadd ieħor minnufih u dan biex tigi evitata sitwazzjoni ta' staġnar bħalma normalment jiġri meta jkun hemm nuqqas ta' staff fil-Qorti ta' Għawdex, u dan a detriment u b'inkonvenjent kemm għall-avukati prattikanti, għall-istess ħaddiema u iktar u iktar għall-pubbliku?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li id-dipartiment għamel talba biex toħroġ sejħa għal book-binder ieħor.
Għawdex — Nadur - Triq Madre Gemma Camilleri - Xogħlijiet
Question
Tista` l-Ministru tgħid x'xogħlijiet qed isiru mill-Ministeru fl-isqaq li jagħti għal Triq Madre Gemma Camilleri fin-Nadur, Għawdex? Għall-liema raġuni qed isir dan ix-xogħol u kemm jiswa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fl-isqaq imsemmi qed issir trinka biex jitpoġġew katusi għall-ilma tax-xita peress li l-art taqleb il-ġewwa, u li dan ix-xogħol hu stmat li jiswa 700 Euro.
Għawdex — Xewkija - Pjazza San Ġwann Batista - Ilma
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1982 u għar-risposta relattiva peress li l-problema fi Triq il-Knisja fix-Xewkija ġejja in konsegwenza ta' l-ilma li jinżel minn Pjazza San Gwann Battista u peress li din il-parti tar-raħal taqa` f'idejn il-Gvern ċentrali, tista' l-Ministru tara li tinsab soluzzjoni għal din il-problema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li Pjazza San Ġwann Battista hija responsabilita tal-Kunsill Lokali tal-lokalita, għaldaqstant nitlob l-Onorevoli nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1179 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilha, peress li r-residenti ta' Triq Fanal, Għasri qed jilmentaw minħabba l-fatt li qed jgħaddu ħafna vetturi b'ċertu veloċità, tista' l-Ministru tara l-possibilità li ssir hump biex jiġi evitat l-perikolu li qed jilmentaw dwaru dawn ir-residenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li t-triq imsemmija hija responsabilita tal-Kunsill Lokali tal-lokalita, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 295, tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslu t-tħejjijiet tal-pjanijiet għall-ftuħ ta' child care centre f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-pjanijiet imsemmija f'risposta 295 jinsabu fi stadju avvanzat.
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa mill-Gvern biex joffri art lil istituzzjonijiet edukattivi ta’ reputazzjoni internazzjonali li jkunu interessati jiżviluppaw
campus
tagħhom ġewwa Għawdex u jipprovdu programmi edukattivi primarjament indirizzati lejn studenti internazzjonali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-art għal dan il-proġett ġiet identifikata u se jsiru diskussjonijiet ma istituzzjonijiet edukattivi ta' reputazzjoni internazzjonali.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa fuq il-bini ta' ċentru ta' Back Office ġdid biex jiżdied il-potenzjal ta' Għawdex li joffri opportunitajiet ġodda f'dan it-tip ta' xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li ġie identifikat sit għal xogħol ta' Back Office u li ġiet sottomessa applikazzjoni lil MEPA għal dan l-iżvilupp.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa biex tiġi żviluppata taqsima tar-radjoloġija u tiġi mgħammra t-tieni sala ta' l-operazzjonijiet moderna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
TAQSIMA TAR-RADJOLOĠIJA F’GĦAWDEX
L-ONOR. ANTON REFALO: Staqsa lill-Ministru għal Għawdex:
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa biex tiġi żviluppata taqsima tar-radjoloġija u tiġi mgħammra t-tieni sala ta’ l-operazzjonijiet moderna ?
(11.07.2008)
Ninsab informata li:
1. Ix-xogħol relatat mal proġett tad-
Dipartiment tar-Radjoloġija
miexi kif ippjanat. Il-blokk amministrattiv il-gdid li ser jifforma parti mid-Dipartiment tar-Radioloġija huwa lest mill- kostruzzjoni. Fil –preżent qed isir il-kisi w tikħil ta’ dan il blokk minn barra.
It-
tenders
li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-proġett huma lesti. Il-
Vetting
ta’ dawn it-
tenders
mid-Dipartiment tal-Kuntratti huwa fi stadju avanzat. Fl-istess waqt dawn it-
Tenders
qegħdin jigu riferuti lill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali biex ikun aċċertat li x-xogħol relatat ma’ dan il-proġett huwa konformi mal –
Green Issues
.
2. Ix-xogħol relatat mal-proġett tad-
Dipartiment ta’ l-Operazzjonijiet
miexi kif ippjanat. L-offerti
li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-proġett huma lesti. Il-
Vetting
ta’ dawn l-offerti
mid-Dipartiment tal-Kuntratti huwa fi stadju avanzat. Fl-istess waqt dawn it-
Tenders
qegħdin jiġu riferuti lill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali biex ikun aċċertat li x-xogħol relatat ma’ dan il-proġett huwa konformi mal –
Green Issues
.
Riċentament ġiet ippublikata sejħa għall-offerti għat-tneħħija ta’ l-
Asbestos
f’dawn iż-żewġ dipartimenti msemmija.