Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #3086 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

L-Isptar ġenerali ta' Għawdex — Taqsima tar-radjoloġija - proġett

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 2083 dwar it-taqsima tar-radjoloġija u s-sala ta' l-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma t-timeframes għat-tlestija ta' dawn il-proġetti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-proġetti dwar it-taqsima tar-Radjoliġija u s-sala ta' l-Operazzjonijiet fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex huwa ippjanat li jkunu lesti għall l-aħħar ta' Marzu 2010.
Leg 11 PQ #2790 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti — Pagamenti ta' fondi Ewropej

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru pagamenti ta’ fondi Ewropej fuq proġetti, skemi, eċċ. f’Għawdex taħt il-perijodu ta’ programmazzjoni 2004-2006? Tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba proġett proġett u skema skema, eċċ.? Tista’ tagħti it-tagħrif mitlub għal kull sena mill-2004 sal-2007 u mill-1 ta’ Jannar 2008 sa l-aħħar ta’ Awwissu 2008? Tista’ tgħid x’hemm kontijiet pendenti biex jitħallsu li huma ġa approvati mill-awtoritajiet kollha konċernati sew nazzjonali kif ukoll Ewropej? Tista’ tgħid dawn il-kontijiet pendenti għal liema proġetti, skemi, eċċ. huma? Għaliex għadhom ma tħallsux u meta huma mistennija li jitħalllsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 2790 hija skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li kull pagament jinkludi 75% minn fondi Ewropej kif ukoll 25% u t-taxxa fuq il-valur miżjud minn fondi Nazzjonali. Jiena infurmata wkoll li ma hemmx pagamenti pendenti li huma ġa approvati għall-ħlas.
Leg 11 PQ #2788 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Casual Social Assistants — Xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Casual Social Assistants fil-Ministeru tagħha u taqsamhom skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta' Awwissu 2007 u fl-aħħar ta' Awwissu ta' din is-sena u skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f'Awwissu 2007 u f'Awissu din is-sena? Tista' tgħid kemm hemm anzjani f'Għawdex li qed jingħataw servizz ta' kura fi djarhom? Tista' tgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta' kura fi djarhom u għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta' servizz li approvalhom il-Bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-Bord u kemm sigħat ta'servizz għandhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi f'Għawdex hemm 829 anzjani illi qed jingħataw servizz ta' kura fi djarhom. Minn dawn 10 anzjani m'għandhomx is-siegħat kollha ta' servizz li ġew approvati lilhom għaliex minn 50 siegħa baqalhom 15-il siegħa pendenti. Għad hemm applikanti anzjani li għadhom ma ngħatawx servizz, fil-maġġorparti tagħhom applikanti ta' din is-sena. Għar-rigward ta' Casual Social Assistants, jiena nfurmata illi fl-aħħar ta' Awissu 2007 u fl-aħħar ta' Awissu 2008 kien hemm 107 u 101 rispettivament. Fost dawn hemm: PTSAs Awissu 2007 Awissu 2008 Office Duties 4 4 ATC 5 6 Day Centre 4 3 ESN 3 3 Ninu Cremona Complex 1 1 Trasferiti mal-Ministeru għal Għawdex 0 1 In-numru ta' siegħat li jaħdmu fil-ġimgħa huma maqsuma skond it-Tabella t'hawn taħt: Numru ta' siegħat PTSA's Awissu 2007 PTSA's Awissu 2008 7 siegħat sa 20 siegħa 10 12 21 siegħa sa 30 siegħa 66 55 aktar minn 30 siegħa 31 34

Għawdex — Pontoons għal cruise liners

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet biex Għawdex ikun jista' jibda jieħu cruise liners? Tista' tgħid jekk il-Gvern hux jikkunsidra li jagħmel pontoons qrib il-portijiet Għawdxin biex cruise liners ikunu jistgħu inizzlu t-turisti bil-kumdità f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal-mistoqsija Nru. 149 li ngħatat f'seduta 6 tal-20 ta' Mejju 2008.

Għawdex — Imġarr - Yacht Marinas

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex il-Yacht Marina fl-Imġarr Għawdex tiġi upgraded u mkabbra? Xi pjanijiet għandu l-Gvern biex joħloq Yacht Marinas f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lil Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lil Ministru ikkonċernat.
Leg 11 PQ #2529 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Minstru tgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda nefqa ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008 mill- Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu. Ninsab infurmata ukoll li ċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien kienet ta' Ewro 53,513.30.
Leg 11 PQ #2699 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Tista' l-Minstru tgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Tista' tgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'hemmx bordijiet statutorji jew kummissjonijiet fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 11 PQ #2778 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Delegazzjonijiet — Uffiċjali li siefru

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar kull sena mill-1999 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ delegazzjonijiet oħra tal-Ministeru kif ukoll ta’ uffiċċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet, eċċ? Xi grad kienu l-uffiċċjali f’kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2779 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru ta' l-Arti u Artiġjanat — Proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta tlesta l-proġett taċ-Ċentru ta' l-Arti u Artiġjanat? Meta kellu jiltlesta skond l-arranġamenti li saru mal-Unjoni Ewropea? Meta beda jintuża bħala incubation centre? Kemm nies ibbenefikaw minnu s'issa? X'tip ta' ariġjanat għamlu/qed jagħmlu dawk li bbenefikaw/qed jibbenefikaw minnu? Kemm fondi nazzjonali u fondi Ewropej separatament tħallsu s'issa fuq dan il-proġett? Kemm hemm li għadhom iridu jitħallsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-proġett taċ-Ċentru ta' l-Arti u Artiġjanat tlesta lejn l-aħħar tas-sena 2007. Bħalissa qegħdin jiġu evalwati l-applikazzjonijiet sottomessi għall-postijiet fl-incubation centre. Ninsab infurmata li matul is-sena akkademika 2007-2008, minn dan il-proġett ibbenifikaw 887 persuna li attendew korsijiet offruti minn dan iċ-ċentru. Lista tal-korsijiet offruti tinsab annessa. Fuq dan il-proġett tħallsu Ewro 870,695.81 li jinkludu 75% minn fondi Ewropej u 25% u t-taxxa fuq il-valur miżjud minn fondi Nazzjonali. Jiena nfrumata wkoll li m'hemmx pagamenti x'jitħallsu. Korsijiet offruti fiċ-Ċentru ta' l-Arti u artiġjanat - Għajnsielem Oil Water Painting Basic Art Airbrush/Spray painting Gilding Monasteru Pencil & Charcoal Thread Filigree Embroidery Computer Art Awareness Lace Beading Textile Design Candle Crafts Parchment Crafts Pyrography Glass Works Art Attack & Paper Mache Stone Wood Craft Fashion Design Autocad Photoshop Pottery & Ceramics Silver Filigree Mechanical Clock Restoration Ferrobattuto Clay Modelling & Moulding Mosaic Works Art and Crafts for persons with special needs
Leg 11 PQ #2776 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Standard item of expenditure — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa attwali taħt kull Standard item of expenditure tal-Vot Rikorrenti tal-Ministeru għall-Għawdex fl-2007 u kemm kienet fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? tista' tgħid xi flus hemm kommessi għan-nefqa taħt kull item u li għadhom ma tħallsux?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2777 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Item of Expenditure — Nefqa attwali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa attwali taħt kull Item of Expenditure tal-Vot Kapital tal-Ministeru għall-Għawdex fl-2007 u kemm kienet matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Tista' tagħti breakdown fuq xiex intnefaqu dawn il-flus? Tista' tgħid xi flus hemm kommessi għan-nefqa taħt kull item u li għadhom ma tħallsux? Tista' tgħid għaliex huma kommessi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2899 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ġarr ta' materjal fuq il-vapur

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' materjal qed jinġarr fuq il-vapur bejn Għawdex u Malta ġo bowsers li jkunu ġejjin mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Proġett għat-Trattament tad-Drenaġġ, nitlob lil Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn din il-Korporazzjoni.
Leg 11 PQ #2901 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Diżlivell fit-triq

Question

Peress li l-familja li toqgħod fir-residenti, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tbati minn inkonvenjent minħabba diżlivell fi Triq San Bert, fix-Xewkija Għawdex u li minħabba dan qed tbati minn inkonvenjent ta' ilma li jinġabar proprju quddiem il-bieb ta' din ir-residenza, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li t-triq imsemmija hija responsabilita tal-Kunsill Lokali tal-Lokalita', nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2459 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Donazzjonijiet lill-għaqdiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2521 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Serqiet Rapportati mill-pulizija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li kien hemm serqa waħda li ġiet irrappurtata lill-pulizija minn sezzjoni li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex minn Jannar sa Settembru 2008. Il-valur in kwistjoni kien ta' Euro 656.88.
Leg 11 PQ #2670 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Mard infettat u trasmess sesswalment — Statistika

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk f'għawdex tinżammx statistika dwar mard infett u trasmess sesswalment? Jekk fl-affermativ, tista' tforni statisitika aġġornata dwar dan il-mard?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-istatistika dwar mard infettiv u trasmess sesswalment tinżamm fid-Dipartiment għal Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fi ħdan id-Diviżżjoni tas-Saħħa f'Malta. Ħafna mill-każijiet jiġu nnotifikati lill-Genito-Urinary Clinic fl-Isptar Boffa u minħabba n-natura ta' dan it-tip ta' mard tinżamm biss statistika numerika sabiex tiġi mħarsa l-identita' tal-individwi affetwati.
Leg 11 PQ #2671 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Detox Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm użaw id-detox centre ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn kull xahar separatament? Tista' tindika kemm minnhom nisa u kemm irġiel u l-etajiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2686 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Decompression Chamber

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm dwar l-operat tad-decompression chamber ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi minn mindu bdiet taħdem id-Decompression Chamber fl-Isptar Generali t'Għawdex, ġie mogħti trattament ta' Recompression Chamber lil żewġ għaddasa u qed jingħata wkoll trattament ta' Hyperbaric Oxygen lil pazjenti (mhux għaddasa), kulljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Leg 11 PQ #2687 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment tar-radjoloġija — Makkinarji ġodda

Question

Tista' l-Ministru tagħti l-ispecifications tal-makkinarju li għandu jiġi installat fid-dipartiment tar-radjoloġija ġdid u tas-sala tal-operazzjonijiet ġdida?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li t-tenders għadhom ma humiex pubblikati ma naħsibx li għandha tingħata informazzjoni rigward l-ispecifications ta' l-apparat li hemm il-ħsieb li jinxtara fid-dipartiment tar-radjoloġija ġdid u tas-sala tal-operazzjonijiet ġdida. Il-kunfidenzjalita' f'dan ir-rigward għanha tkun imħarsa.
Leg 11 PQ #2688 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija — Xogħol ta' mmodernizzar

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi progress sar fix-xogħlijiet ta' mmodernizzar tal-biċċerija t'Għawdex liema xogħol kellu jieħu ftit xhur u issa għaddew diversi snin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qegħdin jiġu evalwati l-offerti għall-Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta' Apparat u Servizzi Anċillari tal-Biċċerija.