Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar it-Trasport — Għoti ta' cheque lil persuna

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni taċ-cheque li nħareġ mill-Awtorità dwar it-Trasport f'isem persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema cheque jammonta għal €34,950 wara li din il-persuna ġiet imġiegħla toħroġ on forced leave mill-uffiċjali stess tal-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sar il-ħlas li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant lill-persuna li qed jindika. Dan il-ħlas kien part minn ftehim ta' terminazzjoni t'impjieg bejn l-Awtorita' u l-persuna kkonċernata.

Awtorità dwar it-Trasport — Roads Network Limited

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar għalfejn l-Awtorità dwar it-Trasport waqqfet kumpannija ġdida bl-isem Roads Network Limited li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid x'se tkun il-funzjoni ta' din il-kumpannija? Jista' jgħid jekk hux ser tkun qed tħaddem nies u kemm? Jekk ser tħaddem in-nies jista' jgħid jekk hux ser toħroġ sejħa sabiex jiġu ngaġġati dawn in-nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Irtirar kmieni mit-Tarzna — Pagamenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma f'liema xhur saru l-pagamenti tal-iskemi tal-irtirar kmieni mit-Tarzna mħabbra mill-Gvern is-sena li għaddiet? Kemm kien l-ammont totali mħallas f'dawn l-iskemi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Baħar iċ-Ċagħaq — Coast road - manutenzjoni tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex il-Coast road f'Baħar iċ-Ċagħaq taħt il-Magħtab ma tibqax tegħreq b'għadajjar fondi meta tagħmel ix-xita b'periklu għal dawk kollha li jużaw din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ħa tkun qed tiċċekkja li l-culverts tal-ilma tax-xita li hemm in-naħa tal-baħar huma miftuħa u fil-każ tieħu il-miżuri li jkunu meħtiega.

Marsa Power Station — Filters taċ-ċumnija

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4027 u jgħid jekk l-filters fiċ-ċmieni tal-power station tal-Marsa tpoġġewx f'posthom? Kemm ilhom li tpoġġew, jekk tpoġġew? Jekk għadhom ma tpoġġewx f'posthom, meta pjana li dawn l-filters sejrin jitwaħħlu ħalli gassijiet valenużi ma jibqgħux joħorġu iktar fl-arja? Kemm ġew jew ġejjien jiswew dawn il-filters u jekk aħniex bħal pajjiżi marbutin li suppost dawn il-filters jkunu ma' kull ċumnija li hawn fil-power stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Crafts Village f'Ta'Qali? Meta ser jibda u kemm ġew ivvutati flus għal dan il-proġett? Kemm huwa maħsub li ser jiġġenera impjiegi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4811.

Venda tal-Isptar Mater Dei — Public convenience

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4702 u 4414 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pubblikazzjoni dwar Smart City

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5097 u jgħid kemm ġiet tiswa flus il-pubblikazzjoni dwar Smart City li ġiet ippubblikata qabel l-elezzjoni li għaddiet ta' Marzu 2008? Kemm-il kopja ġiet ipprintjata minn din il-pubblikazzjoni? Fejn sar il-printing ta' din il-pubblikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Ministeru MIIIT ma’ ippublikax publikazzjoni dwar Smart City.

Servizz tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5095 u jara li jingħata s-servizz tal-ilma lil persuna li dettalji tagħha qedgħin jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma meta saret din l-applikazzjoni xi żmien ilu għamlu kuntatt mal-Applikant. Peress li kien hemm xi deċiżjonijiet li ried jieħu l-Applikant fir-rigward tas-servizz mitlub, dan kellu jikkuntattja lura lill-Korporazzjoni bir-risposta. Jidher li s’issa l-Applikant ma reġax għamel kuntatt. La darba tiġi ċċarata l-pożizzjoni tal-Applikant, l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi pproċessata kif meħtieġ.

Bdil fir-rotot tal-karozzi tal-linja

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3619 jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-proċedura li normalment tintuża biex rotta ta' karozzi tal-linja tinbidel għal terminu temporanju ta' jum wieħed jew inqas?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li normalment, rotta tinbidel temporanjament u fuq bażi ta’ prova wara li jsir qbil bejn l-ADT, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u l-Kunsill Lokali ikkonċernat. Infurmat ukoll li jekk wara ż-żmien ta’ prova, it-tlett partijiet jaqblu li t-tibdil li jkun sar ma’ jkunx sar fl-aħjar interess tal-passiġġier, ir-rotta terġa’ lura għan-normal jew inkella xi tibdil ieħor kif ikun meħtieġ. Jien infurmat ukoll li m’ hemm l-ebda żmien speċifiku ta’ kemm rotta għandha iddum fuq bażi ta’ prova.

tħaffir ta' trinek

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4212 li saret mill-Onor. Philip Mifsud, jista' l-Ministru jgħid f'liema partijiet tar-rotta hu mistenni li jitħaffru trinek ġodda? Meta hu mistenni li dawn it-trinek jitħaffru u x'ser isir biex jiġi assigurat li l-inkonvenjenti (meħtieġa) jiġu mnaqqsa kemm jista' jkun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

overhang signs

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li d-diversi overhang signs li għandna madwar Malta jiġu rranġati? Fejn hu meħtieġ, meta se jsir bdil totali ta' dawn l-istess sinjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għeluq tal-power station tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4806 u 4507 u jgħid jekk hemmx data preċiża ta' meta se tagħlaq il-power station tal-Marsa? Jista' jgħid jekk hemmx tagħmir bħalma huma turbine u makkinarju ieħor li huma tajbin biex jibqgħu jintużaw f'post ieħor? X'se jsir mit-tagħmir li ma jkunx tajjeb?

Response (GATT, AUSTIN)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari nru. 3128. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija ninsab infurmat li din il-materja qed tiġi studjata.

Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsiijiet parlamentari 4802 u 4163 u 4462 u jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur, minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żejtun — Triq tal-Barrani - Camera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4949 u jgħid x'użu għandha l-camera li kienet twaħħlet fi Triq tal-Barrani kantuniera ma' Triq Bir id-Deheb fiż-Żejtun? Jista' jgħid ukoll min kien talab sabiex din il-camera titwaħħal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Zejtun kien għamel it-talba sabiex tiġi installata tali Speed Camera fi Triq tal-Barrani kantuniera ma’ Triq Bir id-Deheb fiz-Zejtun. Il-camera ġiet installata minħabba l-incidenti li kienu qeghdin isiru f’dawn it-toroq f’dawn l-aħħar tliet snin.

Tariffi Ġodda tal-Ilma u Dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2978 u jgħid meta se jiġu ssettjati t-tariffi ġodda tal-ilma u d-dawl, x'attenzjoni ser tingħata biex b'miżuri prattiċi ma jinħoloqx faqar ġdid, dak li jissejjaħ faqar tal-enerġija, imkejjel li f'pajjiżi oħra meta familji jkollhom jonfqu sa 10% jew iżjed mid-dħul tagħhom fuq prezzijiet tal-prodotti u servizzi enerġetiċi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma jidhirlix li l-premessa tal-Onor. Interpellant hi korretta neċessarjament apparti li hi ipotetika.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Nefqa globali fuq Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vetturi bil-mutur liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-istokk ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1988 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Ottubru 2008? Jista jekk jogħġbu jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u xarabanks, taxis, eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4789.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Ilma użat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4587, 4143, 3931 u 3519 u jgħid kemm użaw ilma provdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-bdiewa u r-raħħala matul is-snin 2005, 2006 u 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Awtorità dwar it-Trasport — spped limit fit-Triq tal-Barrani

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmel speed limit wieħed fit-Triq tal-Barrani minħabba li hemm tabelli li qed juru limiti tas-sewqan differenti? Nista' nissuggerixxi li l-limitu tas-sewqan f'din it-triq arterjali jkun bħal f'toroq oħra simili jiġifieri dak ta' 70 km/h?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.