Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2072 u tgħid kemm kienet in-nefqa totali sena b'sena mill-1999 'l hawn fuq l-immodernizzar u l-bini ta' faċilitajiet ġodda :
i) f'kull waħda mill-iskejjel primarji ta' Għajnsielem, Nadur,Victoria, Xewkija u Żebbuġ
ii) fl-iskola sekondarja tal-bniet Aguis de Soldanis
iii)fiċ-ċentru għal Studji Ogħla Sir Mikelanġ Refalo
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitlullba mill-Onorevoli Nterpellant hija jif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1780 u tgħid x'kien it-total ta' ħaddiema full-time, part-time, casual, eċċ rispettivament fl-aħħar ta' l-2007 u fl-aħħar ta' Marzu, 2008 fil-Ministeru tagħha? Kemm kienu kull xahar minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Marzu 2008 li ġew trasferiti minn Malta għall-ministeru tagħha? Xi gradi huma? X'xogħol ngħataw u f'liema fergħat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1779 u tgħid kemm kien hemm impjegati skond il-grad tagħhom li kellhom shift allowance fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar ta' l-2007 u fl-aħħar ta' Marzu 2008? Kemm ħaddiema, xahar b'xahar mill-ewwel ta' Jannar 2007 'l hawn, li kellhom allowance mill-ministeru tagħha ma baqgħux jieħdu allowance mill-ministeru għax irtiraw jew għax ġew trasferiti għal xi ministeru ieħor?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tagħha u tindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21401 li ngħatat f'seduta Nru. 448 ta' l-aħħar leġislatura.
Tista' l-Ministru tgħid kemm korsijiet ta' taħriġ saru kull sena mill-2000 sal-lum mill-Ministeru tagħha għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku f'Għawdex? X'kien is-suġġett ta' kull kors u kemm attendew ħaddiema għal kull kors?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm quality services charters fil-Ministeru tagħha u kemm minnhom ġew introdotti f'dawn l-aħħar sentejn? X'sar f'dawn l-aħħar sentejn għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hemm tnax-il Quality Service Charter fid-dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Preżentament qiegħed isir audit exercise fuq il-Quality Service Charters tad-Dipartimenti rispettivi fil-Ministeri kollha li eventualment iwassal għal review exercise fejn ikun hemm bżonn.
Tista' l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu one stop shopsfil-Ministeru tagħha f'dawn l-aħħar sentejn? X'servizzi qed joffri kull wieħed minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li għalkemm ma ddaħħalx il-one stop shop ħafna mis-servizzi rikjesti mill-pubbliku huma provduti fl-'Administration Centre' li jinstab fi Pjazza San Franġisk, Victoria.
Għawdex — Programm għal bini ta' ħitan tas-sejjiegħ
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-programm għal bini mill-ġdid ta' ħitan tas-sejjiegħ f'Għawdex? Min approva dan il-programm? Tista' tgħid kemm metri tul u metri kwardri ta' ħitan tas-sejjiegħ inbnew mill-ġdid fl-egħlieqi tal-bdiewa Għawdxin kull sena f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm kienet l-ispiża kull sena? X'inhuma l-proċeduri u l-kriterji li fuqhom issir l-prijoritizzazzjoni u l-għażla ta' liema ħitan jinbnew mill-ġdid? Min jivverifika u japprova x-xogħlijiet li jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru għal Għawdex jirċievi diversi talbiet biex jinbnew ħitan tas-sejjiegħ li jiġu evalwati, u x-xogħol relatat isir fuq mertu prijoritarju li jieħu in kunsiderazzjoni s-sigurata’ u l-ħarsien tal-ħamrija u l-ambjent.
Jiena infurmata li matul s-sena 2007 ħaddiema tal-Gvern bnew 1090 metru (2138 metri kwadri) ta’ ħitan tas-sejjiegħ bi spiża ta’ €2618 u fis-sena 2008 sa issa nbnew 1250 metri (2355 metri kwadri) ta’ ħitan tas-sejjiegħ bi spiża ta’ € 806.36. L-ispejjes ikkwotati ma jinkludux il-pagi tal-ħaddiema li ħafna drabi jużaw materjal li jkun jinsab fuq il-post stess.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm għal bini mill-ġdid ta' passaġġi fil-kampanja t'Għawdex? Min approva dan il-programm? Tista' tgħid kemm metri tul u metri kwadri ta' passaġġi nbnew milll-ġdid kull sena f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm kienet l-ispiża kull sena? X'inhuma l-proċeduri u l-kriterji li fuqhom issir l-prijoritizzazzjoni u l-għażla ta' liema passaġġi jinbnew mill-ġdid? Min jivverifika u japprova x-xogħlijiet li jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Ministeru għal Għawdex jirċievi diversi talbiet biex jinbnew passaġġi fil-kampanja li jiġu evalwati, u x-xogħol relatat isir fuq mertu prijoritarju li jieħu in kunsiderazzjoni s-sigurta’, l-utilita’ u l-ambjent.
Jiena infurmata li matul s-sena 2007 ħaddiema tal-Gvern bnew 806 metri (2690.50 metri kwadri) ta’ passaġġi bi spiża ta’ €36,673 u fis-sena 2008 sa issa nbnew 987 metru (3440 metri kwadri) ta’ passaġġi bi spiża ta’ € 36,617.04. L-ispejjes ikkwotati ma jinkludux il-pagi tal-ħaddiema li ħadmu dan ix-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm casual social assisstants fil-Ministeru tagħha fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sal-2007 u fl-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena? Tista' tgħid kemm minnhom kienu qed jagħtu servizz lill-anzjani f'darhom? Tista' tgħid kemm anzjani kienu jingħataw l-għajnuna u kemm sigħat ta' għajnuna kienu jingħataw fl-istess data msemmija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab informata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema impjegati part-time
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Tista' tgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar tard.
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri ħa l-Ministeru f'dawn l-aħħar tliet snin biex l-istess bini tal-ministeru jkun eco friendly? Kemm swiet kull ħaġa magħmula? Hemm kontijiet pendenti għar-rigward l-istallar ta' apparat eco friendly? Jekk fl-affermativ kemm ilhom pendenti l-kontijiet, għalxiex u lil min?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul l-aħħar tlett snin ġiet installata sistema fotovoltaika fiċ-Ċentru Amministrattiv li swiet Euro 60,198 u sitt Air Conditioners (Klassi A ta' effiċjenza) li swew Euro 4355.92 u li minn dawn hemm ammont ta' Euro 1840.20 lli għadhom mhux mħallsa minħabba li d-dipartment rispettiv qiegħed jistenna xi dokumenti mingħand id-ditta li għamlet l-istallazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid meta ser jibda x-xogħol fuq il-main tad-drenaġġ biex tiġi indirizzata l-problema tad-drenaġġ li għadu qed jintefa f'Wied il-Mielaħ? Kemm hija stmata l-ispiża għal dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li x-xogħlijiet tad-drenaġġ huma responsabilta' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Impjegati mas-servizz pubbliku — reduced hours u teleworking
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati mas-Servizz Pubbliku li qegħdin bir-reduced hours u li qed jagħmlu teleworking rispettivament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hemm 57 impjegat li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku fil-Ministeru għal Għawdex li qegħdin bir-reduced hours, u 16-il impjegat li qed jagħmlu teleworking.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar u kemm intnefqu flus matul l-2007 u matul din is-sena separatament għat-titjib tas-sistema tal-ġbir ta' l-ilma tax-xita għall-użu fl-agrikoltura f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-sena 2007 u 2008 ma kienx hemm inizjattivi speċifiċi għat-titjib tas-sistema tal-ġbir ta' l-ilma f'Għawdex u li l-Ministeru qiegħed jaħdem biex ikollu pjan integrat f'dan ir-rigward.
Peress li r-residenti ta' Triq Dun Luqa, Sannat, Għawdex, qed jilmentaw minħabba li in konsegwenza tal-fatt li ġiet asfaltata parti mit-triq u tħalliet parti oħra li hija meqjusa bħala white road u f'din il-parti qed iżomm l-ilma li eventwalment qed jispiċċa ġor-residenzi ta' din il-parti tat-triq, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi riżolt kemm jista' jkun malajr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq imsemmija hija asfaltata sa quddiem ir-residenzi kollha u għalhekk ma jirriżultax li l-parti li mhix asfaltata qegħda taffettwa l-bini eżistenti.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 2194, tista' l-Ministru tgħid meta se jibda jiffunzjona dan iċ-ċentru peress li ilu ġebel u saqaf għal diversi snin? Tista' tgħid ukoll meta huwa maħsub li jitkomplew ix-xogħlijet biex dan iċ-ċentru jkun jista' jilqa' klijenti ġo fih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol għadu għaddej u wasal fi stadju avvanzat.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 2079, tista' l-Ministru tgħid fejn tinstab l-art li ġiet identifikata biex tingħata lil istituzzjonijiet edukattivi ta' reputazzjoni internazzjonali biex jiżviluppaw campus tagħhom f'Għawdex? Tista' tpoġġi site plan ta' l-art identifikata? Ma' liema istituzzjonijiet se jsiru d-diskussjonijiet dwar dan il-proġett u meta se jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra is-site plan mitluba u fiha hemm immarkat bil-kulur blu l-area identifikata għall-'Educational Purposes'.
Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jifhem li peress li dawn it-taħdidiet għadhom ma ġewx finalizzati mhiex etika li tingħata din l-informazzjoni.
Għawdex — sit identifikat għal xogħol ta' back office
Question
B'rerferenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 2082, tista' l-Minsitru tgħid fejn jinstab s-sit li ġie identifikat għal xogħol ta' back office f'Għawdex? Taħt liema titolu u minn għand min ġie akkwistat? Kemm hu l-ħlas fis-sena? Tista' tpoġġi site plan tas-sit identifikat? Meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-MEPA għal dan l-iżvilupp?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sit identifikat għal bini ta’ ufficini ghal xogħol ta’ back office f’Għawdex jinstab fiċ-Ċentru Amministrattiv fir-Rabat kif jidher fil-pjanta li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Dan is-sit huwa proprjeta’ tal-Gvern. Jiena infurmata wkoll li ġiet sottomessa applikazzjoni għal dan l-iżvilupp lil MEPA fis-26 t’April 2007.