Legislature:
Category:
Reset
Active:

każ ta' korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15013 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'passi ħa l-Gvern Malti flimkien mal-awtoritajiet kompetenti wara li minn bipartisan report ta' 330 faċċata li ġie released waqt hearing tal-investigations subcommittee permanenti tas-Senat Amerikan, irriżultaw four case histories waqt hearing on keeping foreign corruption out of the united states li fihom irriżulta fost affarijiet oħra li kienet intużat Malta biex isiru wire transfers ta' xi $9.2 miljun in konnessjoni mal-ex-President, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, biex jikseb appoġġ fl-Istati Uniti permezz ta' lobbyist account biex ikun jista' jixtri US made armored cars u C-130 military cargo planes?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-riposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Double taxation agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu it-taħdidiet fuq ftehim dwar double taxation agreement mal-Federazzjoni Russa u l-Ukrajna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Pakketti finanzjarji mħallsa fil-Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tal-pakketti finanzjarji imħallsa fil-Bank Ċentrali lill-Gvernatur, Deputat Gvernatur, Diretturi, Senior Managers u gradi oħra maniġerjali tal-Bank?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — xogħol ta' back office

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15360 fejn staqsejt jekk il-Ministru jaqbilx li x-xogħol ta' back office li s-sorsi amministrativi jagħmlu għall-ġbir tad-data nazzjonali u mhux biss dik regjonali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jiġi trasferit għal Għawdex fejn jibda jsir minn ħaddiema Għawdxin, jista’ l-Ministru jwiegeb għall-mistoqsija kif magħmula?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma

Question

Jista’ l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 15380 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

permess għall-ġarr ta' mejtin bis-servizz tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni/ kumpaniji ġodda bejn Jannar u Settembru 2009 li applikaw sabiex jingħataw permess ħalli huma ukoll jibdew iġorru l-mejtin bis-servizz tal-karozzi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Diviżjoni għall-Kummerċ (TLU) irċeviet applikazzjoni waħda għal-liċenza ta' Attiivitajiet funebri u dawk relatati, liema liċenzja ġiet mogħtija.

Bormla — Wires imwaħħlin ħażin

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li hemm xi irregolaritajiet f'xi wires fiż-żona f'Bormla, li hija mmarkata fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament? Jekk iva, x'passi se jittieħdu biex jitneħħa l-periklu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjoni li saret irriżulta li hemm wire minn dar fi Triq Pulverista k/m Triq Carmelo Mifsud Bonnici mogħddi b’mod irregolari mingħand is-sid tad-dar minn din id-dar għal ġo l-għalqa faċċata tad-dar. Is-sid tal-proprjetà ġie ordnat biex ineħħi dan il-wire.

Risposta għal ittra dwar alterazzjoni f'dar

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ittra li bagħat l-individwu, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tiġi mwieġba?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm huwa veru li l-ittra li ntbagħtet mill-individwu li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament ma kieneitx imwieġba bil-miktub, però l-individwu jaf tajjeb li saru għexieren ta’ kuntatti telefoniċi bejnu u bejn diversi uffiċċjali tal-Uffiċċju Konġunt dwar il-problema imsemmija fl-ittra tiegħu tal-25 ta’ Jannar 2009. Minkejja dan, f’dawn il-jiem, lill-individwu se tintbagħtlu tweġiba bil-miktub.

skart tossiku tal-power station tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-kuntrattur li allegatament instab ħati li ma kienx qed jiddisponi mill-iskart tossiku tal-power station tal-Marsa kif suppost u x'passi ttieħdu kontrih?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntrattur ma nstabx ħati minn l-ebda awtorità. Madankollu wara li l-MEPA ħarġet ‘Stop Order’, il-kuntratt ġie tterminat.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

prezz tas-cilindry gas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jiswa cilindry gas ta' 12-il kilo u 15-il kilo: a) fis-sena 2000, b) fis-sena 2005, ċ) fis-sena 2007, d) preżentament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni Enemalta — prezz tal-LPG mibjugħ lil Gasco

Question

Jista' l-Ministru jghid jekk il-mark up li sar mill-Korporazzjoni Enemalta fuq bejgħ ta’ LPG lil Gasco kienx ogħla jew inqas mis-sussidju fl-istess perjodu u b’kemm ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Problema fil-meter tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-anzjana ta' 85 sena li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tixtieq li xi ħadd tal-Korporazzjoni Enemalta jara l-meter tad-dawl għax meta kienet qed tfarfru weħlet il-biċċa maċ-ċomba u skont hi nqalgħet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpaniji ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15017 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Twaqqif ta' percipitators

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 15016 u 14644 u jispjega kif waqt li fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 13554, il-Ministru ta’ qablu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta Austin Gatt, qal li l-precipitators li huma stallati fuq tliet boilers fil-Marsa Power Station għal numru ta' xhur matul l-2009 ġew imwaqqfin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba li nħarġet stop notice fuq il-kuntrattur li jieħu ħsieb li l-flyash titneħħa skont ir-regoli, min-naħa l-oħra l-awtorità f'rapport datat Novembru 2009 qalet li l-Korporazzjoni Enemalta minn rajha waqqfet dawn il-precipitators?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Chairman tal-Air Malta — bord tal-appell tad-dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15296 u jgħid jekk hux vera li twaqqaf riċentement it-tieni chairmam indipendenti fil-Bord tal-Appell tad-Dixxiplina fl-Air Malta? Dan dejjem skont il-ftehim li l-Air Malta għandha mal-unions li jippreżentaw il-ħaddiema fis-setturi diversi? Min hu dan iċ-chairman il-ġdid indipendenti ta' dan il-bord ġdid? Meta sar? Kif sar? X'kienu l-linji gwida? Min kien l-legal advisor fl-Air Malta għar-rigward tal-industrial relations meta sar dan il-bord?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta ilu li kellha żewġ chairmen indipendenti tal-Bord ta’ l-Appell tad-Dixxiplina għal numru ta’ snin. Peress li Dr George Abela, li kien wieħed minn dawn iż-żewġ chairmen, meta ġie appuntat President ta’ Malta, inħatar persuna oħra minfloku li hu Dr Martin Fenech. Dr. Martin Fenech ħa post Dr. George Abela li llum huwa l-President ta’ Malta. Il-ħatra ta’ Dr. Fenech saret skont il-provedimenti tal-Ftehim Kollettiv li l-kumpanija għandha mal- unions li jirrrapreżentaw il-ħaddiema fis-setturi diversi. F’dan ir-rigward il-ftehim jgħid li t-tlett membri tal-Bord ta’ l–Appell għandhom ikunu kollha maħtura miċ-Chairman u l-Kap Eżekutiv tal-kumpanija li fosthom ikun hemm Chairman indipendenti u direttur tal-kumpanija. L-Air Malta għandha bħala konsulent legali fuq ir-relazzjonijiet industrijali lil Dr Andrew Borg Cardona. Dr Borg Cardona ilu konsulent legali ta’ l-Air Malta għal numru ta’ snin.

self employoed u istituzzjonijietn li applikaw għall-inċentivi tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm self employed, istituzzjonijiet li jħaddmu sa għaxar persuni, li fil-fatt applikaw għall-iskemi ta' inċentivi offruti mill-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Xogħlijiet fil-Qasam Industrijali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex il-fondi għal xogħlijiet maġġuri fil-Qasam Industrijali f'Għawdex ġew ivvotati taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni li dawn il-fondi jiġu ivvotati taħt il-Ministeru tiegħu u ma jibqgħux ivvotati taħt il-Ministeru għal Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd hux se jkun obbligatorju għat-tħaddim tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt is-sejħa għall-offerti li għandha toħroġ għat-tħaddim tal-istess servizz?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bord tal-Evalwazzjoni — kuntratti tax-xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, 14837 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.