Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kirkop — Triq San Ġwann - traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jindika r-raġuni għalfejn ma ġewx istallati traffic lights fi Triq San Ġwann , Kirkop eżattament fejn hemm il-Kulleġġ San Benedettu u s-supermarket Lidl in vista tal-attività f’din iż-żona?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Irmiġġi f'Kemmuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm permessi għall-irmiġġi f'Kemmuna? Jista' jgħid jekk hemmx talbiet għal irmiġġi ġodda f'Kemmuna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm żewġ permessi għal irmiġġi temporanji ġewwa il-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna. Hemm ukoll talbiet oħra għal irmiġġi ġodda ġewwa Kemmuna.

Malta Shipyards — xogħlijiet fuq vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-vapuri li fuqhom sar xogħol mill-Malta Shipyards matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid f'kull każ kemm dam ix-xogħol fuq kull vapur?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Safar fuq xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzji — ħlas ta' upgrade ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibilità li persuni li jbiddlu l-vetturi tagħhom, b'mod partikulari dawk kummerċjali, biex jagħmlu upgradetal-vetturi tagħhom għal €4 jew €5 jagħmlu dan billi jżommu l-istess numru tal-vettura li tkun qed tiġi mibdula u għalhekk ma jkollhomx għalfejn iħallsu l-liċenzja mill-ġdid għall-perijodu tas-sena li jkun fadal diġà mħallsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kull ħlas ta’ liċenzja tat-Triq huwa marbut mal-ħlas ta’ dik il-vettura partikolari u mhux possibli li jiġi ttrasferit fuq vettura oħra. Jekk vettura tiġi upgrade , dik il-vettura tista tiġi ggaraxxjata u l-ADT tagħti refund tal-bqija tal-liċenzja mhux użata għal dak il-perjodu.

Tneħħija ta' capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gvern Ċentrali — Xogħol fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4813, 3052 u 3465 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser isir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Capping fuq Dawl u Ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji li qed jibbenefikaw mill-capping fuq id-dawl u l-ilma fil-preżent? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawk il-kumpanniji li kienu jibbenefikaw mill-capping qabel ma’ daħħlu fis-seħħ il-kontijiet il-għolja fl-1 ta’ Ottubru 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 4817.

Żebbuġ — Vjal il-Ħelsien

Question

B’referenza għal mistoqsija parlamentari 343, jista' l-Ministru jgħid jekk intgħażilx il-kuntrattur sabiex jagħmel ix-xogħol fuq Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min hu? Jekk fin-negattiv, jista jgħid xi proċess ta’ għazla ser jintuza sabiex dan jintgħażel u meta ser jibda dan il-proċess? Jista' jagħti terminu ta’ meta ser jinbeda x-xogħol fiżikament fuq il-post, kemm hu mistenni jdum u allura meta ser jintemm? Jista' jgħid jekk minhabba l-importanza ta' din it-triq, fil-loġistika hux qed jiġu kkunsidrati attivitajiet importanti li jiddependu minn din it-triq bħalma huma l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-festa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gozo channel — vjaġġi mill-vapuri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5002 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru vjaġġi mill-vapuri differenti tal-Gozo Channel matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħaż-Żabbar — Triq l-Għargħar - bozza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5247 u jgħid għalfejn intfiet bozza fi Triq l-Għargħar f'Ħaż-Żabbar, liema triq hija mimlija ħofor u li għaldaqstant issa fid-dlam hemm periklu akbar għar-residenti tant li hemm minn diġà waqa' u weġġa' serjament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħsara li kien hemm ġiet imsewwija fid-19 ta' Jannar 2009.

Reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma

Question

Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5212, 4771, 4289, 4047 u 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li t-tariffi, kemm dawk ġodda, kif ukoll dawk li ppreċedewhom, huma ppubblikati b' Avviż Legali. L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ m'hix inkorporata f'dawn it-tariffi.

Ta' Qali — Crafts Village - allokazzjoni ta' fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir fil-fabbriki li kienu fil-Crafts Village ta' Ta' Qali issa li ġie deċiż li l-Crafts Village mhux ser jibqa' f' Ta' Qali imma ser imur fl-inħawi tal-Baċir numru 1 f' Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorità dwar it-trasport — Enforcement Units - overtime

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bl-ammont ta' overtime li sar mill-Enforcement Unit tal-Awtorità dwar it-Trasport bejn Jannar u Diċembru 2008? Jista' dan l-ammont jinqasam fi tliet kategoriji, jiġifieri l-overtime li sar mill-Enforcement Officers li jagħmlu testijiet tar-roadside, l-overtime li sar mill-Enforcement Officer responsabbli minn il-karozzi bi pjanċi ta' barra minn Malta (liema unit kien jikkonsisti għall-parti kbira tas-sena minn Enforcement Officer wieħed u l-overtime l-ieħor li sar mill-bqija tal-Enforcement Officers?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enforcement officer — fixed point

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar liema kriterju intuża sabiex jintgħażel l-Enforcement Officer sabiex jaħdem is-sena kollha bħala fixed point ġewwa l-Belt Valletta? Jista' jinfurmana wkoll jekk l-istess Enforcement Officer intgħażilx li jaħdem fixed point minħabba xogħol ieħor li l-istess persuna jagħmel ġewwa l-Belt stess, fejn dan jiftaħ u jagħlaq l-bollards tal-Belt? Dan ix-xogħol tal-ftuħ u għeluq ta' bollards jitħallas mill-Awtorità dwar it-Trasport stess jew inkella minn xi kuntrattur apparti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT tassenja x-xogħol t'infurzar lill-uffiċjali tagħha skond l-esiġenzi tas-servizz u l-kwalitajiet ta' l-uffiċjal ikkonċernat. Ninsab infurmat li skond l-ADT dan japplika wkoll għall-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.

Akkużi dwar Enforcement Officer

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk ittieħdux passi fir-rigward ta' Enforcement Officer li kontrih saru akkużi li kien qed jagħmel użu ta' alcohol waqt il-qadi ta' dmirijietu? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmana xi proċeduri ttieħdu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.

Toroq fl-Imsida — Xogħlijiet mill-Gvern Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru xogħlijiet ta' kisi fit-toroq hawn taħt imsemmija fl-Imsida, liema toroq qatt ma saru u huma responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali: Triq Ġdida fi Triq Balliju Guttenberg Parti min Triq il-Ġostra Parti min Triq il-Kunżar Triq Ġdida fi Triq il-Kunżar Sqaq Casolani Triq Ġdida fi Triq il-Knisja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.