Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4446 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Nefqa kurrenti

Question

Nirreferi lill-Minstru għat-tweġiba li tat fit18 ta’ Novembru 2008 għall-Mistoqsija Parlamentari 4065 fejn kont tlabtha tgħid x’kienet in-nefqa rikurrenti tal-Ministeru tagħha sal-aħħar ta’ Settembru 2008, tista’ tispjega għaliex qalet li din l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar 7 ġimgħat wara li għalaq ix-xahar ta’ Settembru meta din l-informazzjoni tkun tista’ toħroġ f''għeluq l-istess xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Mistoqdija numru 4068 saret fl-14 ta' Novembru 2008 u kellha tiġi risposta fit-18 ta' Novembru 2008, jiġifieri erbat ijiem biss wara. Peress li f'dak iż-żmien tas-sena s-sezzjoni ta' l-accounts normalment ikollha xogħol iżjed mill-bqija tas-sena, din ma rnexxilhiex tiġbor l-informazzjoni mitluba matul dawk l-erbat ijiem. Nixtieq ninforma wkoll lill-Onorevoli Nterpellant li sussegwentement l-informazzjoni mitluba nġabret u qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4526 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Minsteru għal Għawdex — direct orders

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4000 u tgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4440 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Programm għal wara l-ħin tal-iskola

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-Programm għal Wara l-Ħin tal-Iskola fejn it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu l-homework u jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ crafts, drama, mużika u edukazzjoni fiżika ma ddaħħalx fl-iskejjel primariji f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi l-Programm għal wara l-ħin tal-Iskola kienet inizjattiva tal-Gozo College. Fil-fatt diġa saru l-preparazzjonijiet kollha meħtieġa u huwa ppjanat li jibda fil-bidu ta' Jannar 2009.
Leg 11 PQ #4126 Sitting 62 2008-11-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — Refurbishment

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nikkonferma li saru xogħolijiet ta' refurbishment fis-segretarjat privat u l-valur ta' dawn ix-xogholijiet kien ta' €16,347.
Leg 11 PQ #4249 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Passaġġi fil-kampanja

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3104 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm għal bini mill-ġdid ta’ passaġġi fil-kampanja f’Għawdex u tgħid min approva dan il-programm? Tista’ tgħid x’inhuma l-proċeduri u l-kriterji li fuqhom tiġi stabbilita l-prijorità u l-għażla ta’ liema passaġġi jinbnew mill-ġdid? Min jivverifika u japprova x-xogħolijiet li jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li risposta għall-mistoqsija 3104 ingħatat fis-seduta numru 48.
Leg 11 PQ #4250 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — ħitan tas-sejjieħ

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3103 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-programm għal bini mill-ġdid ta' ħitan tas-sejjieħ f'Għawdex? Min approva dan il-programm? Tista' tgħid kemm metri tul u metri kwardri ta' ħitan tas-sejjieħ inbnew mill-ġdid fl-egħlieqi tal-bdiewa Għawdxin kull sena f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm kienet l-ispiża kull sena? X'inhuma l-proċeduri u l-kriterji li fuqhom issir l-prijoritizzazzjoni u l-għażla ta' liema ħitan jinbnew mill-ġdid? Min jivverifika u japprova x-xogħlijiet li jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li risposta għall-mistoqsija 3103 ingħatat fis-seduta numru 48.
Leg 11 PQ #4000 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direct Orders

Question

Tista' l-Ministru tgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3863 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Vetturi mixtrija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Tista' tgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4074 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz għall-Anzjani

Question

B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 2788 dwar servizz għall-anzjani, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet li għamiltilha u a) tgħid kemm għandhom sigħat ta’ servizz kull wieħed/waħda mill-10 anzjani li m’għandhomx is-sigħat kollha ta’ servizz u kemm sigħat kull wieħed/waħda għandu/ha approvati mill-bord; b) tgħid għaliex dawn l-10 anzjani mhumiex jingħataw is-servizz kollu approvat mill-bord; ċ) tgħid kemm hu n-numru ta’ applikanti anzjani, lokalità b'lokalità, li għadhom ma nagħtawx servizz u f’liema sena kull anzjan/anzjana kellu/kellha s-servizz approvat mill-bord u kemm sigħat ta’ servizz kellu/kellha approvati mill-bord; d) tagħti s-sigħat, siegħa siegħa, li l- part-time social assistants jaħdmu fil-ġimgħa; kemm hu l-massimu ta’ sigħat li part-time social assistant jaħdem fil-ġimgħa; e) tgħid għaliex, dawk li għandhom is-servizz tagħhom approvat mill-bord għadhom mhux jingħataw servizz; f) tgħid kemm sigħat ta’ servizz kienu jingħataw l-anzjani fi djarhom f’Awwissu 2007 u f’Awwissu 2008 g) tgħid għaliex in-numru ta’ part-time social assistants tħalla jonqos minn 107 għal 101 minn Awwissu 2007 sa Awwissu 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4065 Sitting 57 2008-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Nefqa Kurrenti

Question

B'referenza għal misoqsija parlamentari 2776 dwar nefqa rikurrenti, tista' l-Ministru tagħti l-istess tagħrif sal-aħħar ta' Settembru 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4066 Sitting 57 2008-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Delegazzjonijiet — Uffiċjali li siefru

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2778 u tgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar kull sena mill-1999 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ delegazzjonijiet oħra tal-Ministeru kif ukoll ta’ uffiċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet, eċċ? Xi grad kienu l-uffiċjali f’kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4067 Sitting 57 2008-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru tal-Arti u Artiġjanat — Korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm attendew korsijiet fiċ-Ċentru tal-Arti u Artiġjanat fis-snin akkademiċi 2005/2006 u 2006/2007? Tista' tagħti lista tal-korsijiet offruti fl-istess snin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fis-snin akkademiċi 2005-2006 attendew 1011 student u fis-snin akkademiċi 2006-2007 attendew1124 student. Il-korsijiet offruti għas-snin akkademiċi 2005-2006 kienu: Filwaqt li l-korsijiet offruti għas-snin akkademiċi 2006-2007 kienu:
Leg 11 PQ #3234 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kuntratti għall-immodernizzar tal-biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ħarġet u meta, l-offerta għall-provista, istallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' appart u servizz anċillari tal-biċċerija f'Għawdex? X'kuntratti ngħataw s'issa għall-immodernizzar tal-biċċerija? Min huma kuntratturi u kemm kien il-valur ta' kull kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li l-offerta għall-Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta' Apparat u Servizz Anċillari tal-Biċċerija f'Għawdex ħarġet darbtejn. L-ewwel darba ħarġet fit-22 ta' Marzu 2005 u t-tieni darba ħarġet fis-26 t'Ottubru 2007. Ninsab infurmata wkoll li s'issa ngħataw żewġ kuntratti ta' xogħlijiet, wieħed għat-tneħħija ta' ħitan u bini ta' travi tal-concrete b'valur ta' €4,015 u l-ieħor għall- Bini ta' Estensjoni u Mmodernizzar b'valur ta' €106,177 u li l-kuntrattur kien Road Construction Co. Ltd.
Leg 11 PQ #3625 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-biċċerija f'Għawdex terġa' tibda taħdem, peress li diversi raħħal tal-bhejjem għall-qatla ilmentaw miegħi dwar il-ħin li jkollhom jaħlu biex jaslu l-biċċerija u lura f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-upgrading tal-biċċerija tiddependi minn tender għall-Provvista, Installazzjoni, Ittestjar, u Kummisjonar ta' Apparat u Servizzi Anċillari li qiegħda tiġi aġġudikata. Għaldaqstant it-tlestija tiddependi mill-programm tax-xogħol li jkun determinat meta tiġi mogħtija t-tender.
Leg 11 PQ #3685 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Direct Orders

Question

Tista' l-Ministru tgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lil Onor. Interpellant, għar-risposta li se tingħata mill-Ministru responsabbli.
Leg 11 PQ #3112 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Item of expenditure — Nefqa attwali

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 2777, tista' l-Ministru tagħtini l-istess tagħrif sal-aħħar ta' Settembru 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3528 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Photovoltaic Cells

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fiċ-Ċentru Amministrattiv fir-Rabat, l-ispazju fuq il-bjut huwa ta' 3,555 metri kwadri li minnhom 2,247 metri kwadri huma addatti għall-installazzjoni ta' pannelli fotovoltaiċi u li minn dan l-ispazju, 8.9% għandu minn dawn il-pannelli.
Leg 11 PQ #3106 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi u Marsalforn — nefqa f'kull bajja

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar f'dawn l-aħħar sentejn biex jissebbaħ, jissaħħaħ u jittejeb l-ambjent tal-bajjiet tax-Xlendi u Marsalforn? Kemm kienet in-nefqa kull sena f'kull bajja għal dan l-iskop?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li dawn l-aħħar sentejn inbniet Public Convenience fix-Xlendi kif ukoll saru bollards u bankini fl-istess lokalita, filwaqt li f’Marsalforn ġie rranġat il-ħajt tal-Menqa, saru railings, bankini u twaħħlu wkoll bankijiet. Barra minn dan, matul l-aħħar sentejn saret manutenzjoni kontinwa minn ħaddiema tal-Gvern fiż-żewġ lokalitajiet fejn parti mill-materjal kien provdut mill-Ministeru ghal Ghwdex u parti oħra mill-Kunsilli Lokali rispettivi. Ninsab infurmata wkoll li n-nefqa f’kull bajja, apparti l-pagi tal-ħaddiema, matul is-sentejn kienet: Xlendi 2007 - € 18,773 2008 - € 3,866 Marsalforn 2007 - € 3,200 2008 - € 29,364 Niġbed l-attenzjoni lil Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex nieda żewġ Design Competitions , li jgħalqu fit-28 ta’ Novembru 2008, għall-tisbieħ u titjib fil-faċilitajiet u l-ambjent ta’ dawn iż-żewġ lokalitajiet.
Leg 11 PQ #3107 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Environment landscape consortium

Question

Tista’ l-Ministru twieġb mistoqsija parlamentari 2076 u tgħid x’xogħol sar fuq ir-rijabilitazzjoni ta’ widien f’Għawdex permezz ta' l-Environmental Landscapes Consortium? Tista’ tgħid kemm qed iħaddem nies f’Għawdex dan il-consortium? Fuq liema bażi, (ie fuq bażi permanenti, temporanja, każwali, eċċ) ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3108 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Reklamar t'Għawdex — turiżmu domestiku

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2074 u tagħti breakdown tal-valur ta' l-investiment tal-gvern fl-2006 u fl-2007 fir-reklamar ta' Għawdex b'riżq it-turiżmu domestiku? Fuqiex sar l-investiment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informażżjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra