Uffiċċju tal-Prim Ministru – Safar fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba siefer barra mill-pajjiż fuq xogħol uffiċjali kull membru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (inkluż hu bħala Prim Ministru), xahar b’xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm intefqu flus bħala ‘hospitality’ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’kull mawra barra mill-pajjiż, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f’hospitality, id-data ta’ meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ntefqu dawn il-flus f’hospitality?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif diġà infurmajt lill-Onor Interpellant, nirreferih għall-mistoqsija parlamentari 23899.
Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħti ħarsa lejn il-“Manual on Transport and Travel Policies” li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra li jirregola l-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, u per diem allowances.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27273 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ Tas-Sliema? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27274 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hija l-popolazzjoni tal-Gżira? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27275 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28733 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jagħti rendikont ta’ liema mediċini raw roħs fil-prezz bejn l-2020 u l-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2020 u l-2024 , kien hemm traħħis ta’ 96 mediċina u ġew introdotti 39 mediċina ġenerika fis-suq bi prezz aħjar.
Dan kien riżultat ta’ ħidma sfieqa mill-Gvern flimkien mal-stakeholders biex jiġu dejjem aktar megħjuna l-familji Maltin u Għawdxin.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ilmenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mis-sena 2020 sal-aħħar ta’ Mejju 2025 jammonta għal 6,541 ilment, imqassma kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Nru. ta’ lmenti
2020
1,270
2021
1,100
2022
1,187
2023
1,189
2024
1,234
2025 (Jan – Mejju)
561
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ilmenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ġew riżolti mingħajr il-ħtieġa li jmorru quddiem l-arbitru mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ilmenti li ġew riżolti mingħajr ma tressqu quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur mis-sena 2020 sal-aħħar ta’ Mejju 2025 jammonta għal 2,371, imqassma kif muri fit-tabella t’hawn taħt. Fl-istess tabella qed jiġi wkoll muri n-numru ta’ ilmenti li ġew riferuti quddiem l-imsemmi Tribunal. Nispjega wkoll li l-bqija tal-ilmenti li ma ngħalqux amikevolment jew lanqas ma ġew riferuti għat-Tribunal, ikunu jew ġew irtirati mill-konsumatur, jew ma setgħetx tittieħed azzjoni dwarhom peress li l-ilment ma jaqax fil-kompetenza tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, jew inkella ingħalqu wara li l-konsumatur ikun ingħata l-informazzjoni meħtieġa.
Sena
Nru. ta’ lmenti
Nru. ta’ ilmenti b’soluzzjoni amikevoli
Riferuti quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur
2020
1,270
499
306
2021
1,100
414
317
2022
1,187
468
311
2023
1,189
431
382
2024
1,234
422
346
2025 (Jan – Mejju)
561
137
112
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qattx qala’ ċitazzjoni (traffic fine) minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk fl-affermattiv, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x’pożizzjoni għandu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kemm ammontaw fi flus dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?
Response (ABELA, ROBERT)
L-Onor. Interpellant diġà staqsa dwar dan u tajtu tweġiba f’interpellanza parlamentari 23539 fejn irreferejtu għall-proċedura applikabbli.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28423 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm kien hemm każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali fl-2024?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li sal-aħħar tas-sena 2024 kien hemm 284 każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali.
Barra minn hekk hemm 313-il każ, li kienu preżentati fil-2003 mill-ex ħaddiema tat-tarzna li mhux magħduda mat-total ta’ każijiet pendenti stante li hemm żewġ każijiet minnhom li qed jinstemgħu bħala “test cases” . Dawn iż-żewġ “test cases” ġew differiti għall-possibbiltà ta’ ftehim għas-16 ta’ Lulju ta din is-sena.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28423 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li rtiraw bl-età mis-servizz pubbliku fl-2024 u kemm kienu waslu għall-età tal-irtirar u għażlu li jibqgħu jaħdmu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fl-2024, 462 ħaddiem rtiraw u 524 għażlu li jibqgħu jaħdmu.
Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur — Danni morali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28790 u jgħid kemm saru talbiet lit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur għal danni morali a tenur tal-artikolu 21 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 mill-bidu tal-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk saru, kemm minnhom ġew milqugħa u f’kull każ kemm kien l-ammont ta’ danni morali? Kemm attwalment hemm arbitri li jippresiedu t-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur u f’kull każ meta tiġi fit-tmiem il-ħatra ta’ kull arbitru? Jista’ jgħid ukoll kemm attwalment hemm kawżi pendenti quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur (Għawdex)?
Response (ABELA, ROBERT)
(i) Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu tat-2024 sas-6 ta’ Ġunju 2025 kien hemm ħdax-il talba għal danni morali a tenur tal-artikolu 21 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Minn dawn il-ħdax (11), ħamsa (5) ġew milqugħa, wieħed (1) ma ġiex milqugħ, filwaqt li l-ħames każijiet l-oħra għadhom pendenti.
(ii) It-tabella t’hawn taħt tagħti d-dettalji kollha, inkluż l-ammonti mitluba, mogħtija jew rifjutati.
Nru.
Talba għal Danni Morali
Danni Morali mogħtija
1
€5,000
€500
2
€500
€40
3
€368
€200
4
€500
Każ pendenti
5
Ammont mhux speċifikat fit-talba
€150
6
Ammont mhux speċifikat fit-talba
Każ pendenti
7
€500
0
8
Ammont mhux speċifikat fit-talba
Każ pendenti
9
€150-€300
€100
10
€500
Każ pendenti
11
Ammont mhux speċifikat fit-talba
Każ pendenti
(iii) In-numru ta’ arbitri li jippresjedu t-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur huma sitta (6), bid-dettalji mitluba mogħtija fit-tabella t’hawn taħt.
Nru.
Arbitru
Tmiem tal-Ħatra
1
Dr. Richard Sladden
22 ta’ Jannar 2026
2
Dr. Martha Mifsud
16 ta’ Ġunju 2026
3
Dr. Michela Spiteri
10 ta’ Mejju 2026
4
Dr. Mattia Felice
6 ta’ Settembru 2027
5
Dr. Charmaine Cherret
11 ta’ Diċembru 2025
6
Dr. Deborah Schembri
11 ta’ Diċembru 2025
(iv) In-numru ta’ kawżi pendenti quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur (Għawdex) jammonta għal 27 każ.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu assistenza minn servizz.gov mis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-aktar servizzi prevalenti li ġew mitluba?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
Sena
Telefonati
Emails
Walk-Ins
2023
863,126
86,192
287,580
2024
1,128,509
107,115
333,105
2025( sal-lum)
391,631
51,196
131,862
L-aktar servizzi prevalenti li ġew mitluba kienu materji rigward tassazzjoni, pensjoni tal-irtirar u benefiċċji tal-mard.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Public Expo Village 2025 - Nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28669, 28950 u 29132 u jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq din l-Expo?
Response (ABELA, ROBERT)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li jinkludu fih is-Segretarju Parlamenti għad-Djalogu Soċjali u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, ħa sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali bejn il-21 u l-25 ta’ Mejju 2025, permezz tad-diversi entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
L-edizzjoni ta’ din is-sena kienet suċċess kbir fejn żaruha 76,264 persuna li jinkludu madwar 12,000 student. L-EXPO sservi ta’ vetrina tas-servizzi governattivi li jingħataw u mezz biex nattiraw l-aqwa talenti lejn l-amministrazzjoni pubblika.
Din l-attività kopriet il-parteċipazzjoni ta’ 13-il entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi u l-ispiża ġiet tiswa €180,966. Rappreżentanti minn dawn l-entitajiet kienu preżenti biex jilqgħu u jassistu għall-bżonnijiet tal-pubbliku. Barra minn hekk, P&SD u l-IPS laqgħu studenti li jixtiequ japplikaw u jipparteċipaw f’numru ta’ skemi tal-istudenti għal xogħlijiet tas-Sajf. L-entitajiet preżenti kienu servizz.gov, il-MITA, l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi, People & Standards, MCCAA, NDSF, EUPA, SEM, Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, ARUC, DIER, Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, Fondi Ewropej u Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika.
L-iStamperija tal-Gvern u d-Dipartiment tal-Informazzjoni kellhom stand għalihom li ġiet tiswa €65,220 fejn intwerew filmati storiċi mill-arkivji tad-DOI f’forma ta’ ċinema u il-pubbliku seta’ jieħu ritratti li jiġu stampati dak il-ħin stess.
Filwaqt li l-park prinċipali u l-hub tas-Servizz Pubbliku ġew jiswew €320,003.
Waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tħabbru 19-il inizjattiva fosthom investiment mal-Microsoft fl-AI, it-tnedija tal-Legal Aid Management System għall-ġustizzja aktar aċċessibbli, l-iffirmar ta’ tlett ftehimiet kollettivi, il-ġabra tal-iskemi kollha mmirati għall-first time buyers f’pubblikazzjoni waħda, it-tnedija tal-inizjattiva Minn Pjazza għal Pjazza u l-portal Mychild, fost oħrajn.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - Public Expo Village 2025 - Nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28686, 29019 u 29207 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Public Expo Village 2025 - Nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28687, 29101 u 29208 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’karozza għandu għall-użu uffiċjali tiegħu u jekk hijiex mixtrija mill-Gvern jew b’kera mill-privat? F’każ li nxtrat mill-Gvern jista’ jgħid kemm inxtrat? Jekk qiegħda bil-kera, kemm hi din il-kera kull xahar? Jista’ jgħid ukoll jekk għandux il-fakultà tat-tieni karozza jew car allowance apparti l-karozza uffiċjali għall-użu tiegħu? Jekk fl-affermattiv, x’tip ta’ karozzi huma (ditta) u jekk hux electric vehicles jew taħdimx bi fuel konvenzjonali u jekk f’każ ta’ fuel konvenzjonali, kemm intuża fuel kull xahar minn kull karozza minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk jintuża fuel konvenzjonali għal dawn il-karozzi, minn fejn jinxtara l-fuel għalihom?
Jekk għandu l-fakultà tal-użu tat-tieni karozza jew car allowance: min jagħmel użu minn din il-karozza meta l-Ministru jkun qed juża l-karozza uffiċjali tiegħu u jekk din il-karozza nxtratx mill-Gvern jew hi mikrija mill-privat u jekk f’każ li hi mikrija, kemm titħallas kera kull xahar għal kull karozza; u jekk hi mixtrija mill-Gvern, kemm kienet l-ispiża biex inxtrat kull karozza? Jista’ jgħid ukoll jekk kull karozza tinżammx f’garaxx meta ma tkunx użata u jekk tinżamm f’garaxx, titħallasx kera għal tali garaxx? F’każ li titħallas kera, kemm hu l-ammont ta’ din il-kera fix-xahar għal tali garaxx u min hu l-benefiċjarju ta’ tali kera?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rigward l-karozza għall-użu uffiċjali tiegħi diġà ħarġet fil-pubbliku u rigward is-second car nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21501 tal-Legislatura nru 13.
Iż-żewġ vetturi inxtraw f’konformità mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u skont ir-regoli tal-intitolament tal-karigi kostituzzjonali.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28686 u 29019 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.