Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li l-Korporazzjoni Enemalta ħarġet relatati mal-events kollha tal-euroelectric? Jista' jgħid min kienu l-kantanti li ħadu sehem f’dan l-event u kemm tħallsu l-kantanti jew l-aġenti tagħhom? Jista' jgħid jekk din l-ispiza tidhirx ġustifikata meta wieħed iqis il-qagħda finanzjarja prekarja tal-korpoazzjoni bħalissa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35996 u jgħid kemm ġew imposti u nġabru penalijiet jew imgħaxx fuq ammonti dovuti bħala provisional income tax, f'dawn l-aħħar tliet snin, kull sena separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ tip ta’ xogħol ta’ konsulenza u/jew xogħol ieħor għamel il-perit li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għal Malta Enterprise? Jista’ jagħti l-ispiża ta’ kull xogħol kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull rapport li sar? Fuq liema kriterju ntagħżel il-perit għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet fuq toroq li qed jingħad li se jsiru fil-Crafts Village Ta’ Qali? Jista’ jgħid jekk dawn jinkludux xogħlijiet ta’ drenaġġ? Jista’ jgħid jekk f’dan il-villaġġ hemmx konnessjonijiet tad-drenaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Industrial Parks qed tippjana xogħol ta’ tiswija fit-toroq (scarifying u resurfacing) f’żoni identifikati ġewwa Ta’ Qali Crafts Village. Dawn ser isiru wara konsultazzjoni mal-operaturi ġewwa iż-żoni affetwati u jibdew meta numru ta’ tenders li bħalissa qed jiġu evalwati jitlestew. Fiż-żona diġà hemm konnessjoni ta drenaġġ u għaldaqstant għalissa mhumiex pjanati xogħlijiet speċifiċi. Madanakollu jekk ikun hemm bżonn xi tiswijiet isiru skont il-bżonn.
Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35269, 35020 u 35624 u cioè b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34503 dwar in-nefqa kull sena fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-Gozo Channel Co., jista’ l-Ministru issa jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena li tkopri l-passiġġieri Għawdxin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35748.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — breakdown tar-returns
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34508, u cioè: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35620 fejn bħala risposta reġa’ rreferieni għall-mistoqsijiet parlamentari li l-ebda waħda minnhom ma tagħti l-informazzi mitluba, jista’ l-Ministru juru r-rispett dovut lil din il-Kamra u lill-poplu li tirrapreżenta u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi breakdown dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu għal Diċembru 2010 u għal Diċembru 2011? Jista’ jgħid għaliex qed jostor l-informazzjoni mitluba?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 34508.
Billi l-energy grants issa ilhom sospiżi minn nofs Mejju, jista' l-Ministru jgħid meta din is-sospensjoni temporanja mistennija li tiġi mitmuma, minħabba l-impatt negattiv li s-sospensjoni qed ikollha fuq il-kumpaniji li setgħu taħt ċirkustanzi normali japplikaw għaliha u jibbenefikaw minnha?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Enterprise għadha kemm irċeviet ir-rapport relattiv mingħand il-Pulizija Eżekuttiva u bħalissa qiegħda tgħarbel dan ir-rapport biex tiddetermina liema claims jistgħu jiġu ipproċessati u liema iridu jibqgħu sospiżi skond il-konklużjonijiet ta’ l-investigazzjoni. Ta’ min jinnota illi s-sospensjoni affettwat biss l-ipproċessar tal-claims peress illi l-istadju ta’ l-applikazzjonijiet kien diġà ntemm meta l-iskema ġiet sospiża.
Billi f’nofs Mejju l-gvern saħaq waqt laqgħa tal-Kabinett ġewwa Għawdex li l-proġett Eko-Għawdex kien daħal fit-tieni fażi tiegħu u billi s-segretarju permanenti fil-Ministeru mill-21 ta' Mejju 2012 li wiegħed lill-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-Kamra tar-Rapprezentanti li l-Ministeru għal Għawdex ħa nota tat-talba tal-kumitat biex jiġi ppubblikat immedjatament ir-rapport sħiħ dwar Eko-Għawdex, jista' l-Ministru jindika meta mistenni jsir dan speċjalment meta intqal li dan kien hemm il-ħsieb li jiġi ppubblikat fl-iqsar żmien possibbli? Billi l-Ministeru qal li l-ewwel ried jevalwa t-talba ta' xi aġġornamenti meħtieġa, ma taħsibx li huwa xieraq li kif oriġinarjament mitlub jiġi ppubblikat ir-rapport innifsu fl-istadju li qiegħed fih bħalissa, flok wieħed joqgħod jistenna aġġornamenti ġodda li jistgħu jservu biss biex ikomplu jtawwlu l-proċess?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
pubblikazzjoni -B'Għaqal u b'Serjetà Biss Nirbħu l-Maltemp
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35226 u jgħid kemm ġew ippubblikati u kemm ġew jiswew dawn il-pubblikazzjonijiet - B'Għaqal u b'Serjetà Biss Nirbħu l-Maltemp tal-Budget 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-publikazzjoni, li ipprovdiet informazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar l-inizjattivi u l-iskemi mħabbra fil-Budget 2012 sewa €3,150+VAT għad-diżinn u produzzjoni, u €30,600 +VAT għall-istampar ta’ 157,000 kopja.
Jista' l-Ministru jikkonferma x'sar mill-proġett ta' Corporate Village u meta mistenni jinbeda?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proġett tal-Corporate Village bħalissa wasal fil-fażi ta’ Request for Proposals (RFP). Dal-proċess ikompli billi eventwalmemt jiġu identifikati żviluppaturi potenzjali u wara jintagħżel żviluppatur wieħed. Id-data biex jinbeda il-proġett tiddependi fuq dan il-proċess.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35330 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34318, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din it-talba tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-offerta tal-kuntrattur li ngħata l-kuntratt? Il-kuntrattur ta' dan is-servizz li kien offra, x'servizz fil-fatt ta? Kemm spiċċat ħallset il-Korporazzjoni Enemalta għal dan is-servizz?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport tal-“Board of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical ‘mercaptan’ by Enemalta Corporation” u tar-reazzjoni mill-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta li ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30 t’April, 2012, f’seduta numru 466.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
nies li jiġu Malta għal trattament mediku — refund
Question
B'referenza għan-nollijiet tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy rigward ir-refunds ta' dawk li jkollhom imorru għal trattament mediku f'Malta? X'inhi r-raġuni li dan ir-refund ġie limitat biss għal dawk il-pazjenti li jattendu trattament fl-Isptar Boffa f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-1 ta’ Ottubru 2011, il-kumpanija Gozo Channel Company Ltd bdiet topera bil-Public Service Concession ġdida.
Dan il-PSO jispeċifika hekk:
“Gozitan patients calling for medical treatment at Boffa Hospital, Malta pay their own fare. Patients may apply for a refund from the Operator which refund shall always be granted”
Kien għalhekk li minħabba dawn ir-regoli ġodda tal-PSO li l-kumpanija illimitat dan ir-refund għall-pazjenti li jattendu għal trattament fl-Isptar Boffa f’Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imposti u nġabru penalijiet jew imgħaxx fuq ammonti dovuti bħala provisional income tax, f'dawn l-aħħar tliet snin, kull sena separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35847 u 35636 u jgħid fl-aħħar disa' snin (sena b'sena) kemm kien hemm ilmenti minn persuni li allegaw li nqabżu inġustament f'interviews li saru mill-Human Resourses tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jipprovdi lista ta' nomenklaturi li dwarhom l-Human Resourses tal-korporazzjoni stess irċieva ilmenti? Jista' jgħid jekk f'dawn is-snin kienx hemm xi forma ta' audit fuq l-operat tal-Human Resources tal-Korporazzjoni? X'irriżulta minn dan l-auditing jekk fil-fatt sar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35848 u 35635 u jiċċekja u jgħid jekk l-individwu li isimu qed jintbagħat separatament u għandu l-grad ta' PDTO mal-Korporazzjoni Enemalta marx jagħmel xi kors fl-Università fl-aħħar disa' snin u kienx sponsorjat mill-korporazzjoni? Jista' jgħid jekk dan l-individwu gradwax? Jekk le, jista' jagħti risposta ċara li l-flus li l-korporazzjoni ħallsitu f'pagi fiż-żmien li għamel l-Università ġewx rifużi lura kollha, u meta ġew rifużi? Jista' jgħid minn naħa tal-korporazzjoni min huwa l-individwu li finalment huwa responsabbli li jara li dawn l-isponsorships jingħataw b'mod serju u li jekk l-individwu involut ma jġibx il-kwalifiki lura jinġabru l-flus lura mill-iktar fis? Jista' jagħti lista dettaljata tal-persuni mill-Korporazzjoni Enemalta li ntbagħtu jagħmlu korsijiet l-Università, jekk għaddewx u jekk le ġew rifonduti l-flus tal-isponsorship u meta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta m’għandix impjegati fil-grad ta’ PDTO b’dak l-isem.
Il-Kap Eżekuttiv preċedenti tal-Korporazzjoni kien jirrakkomanda l-impjegati sabiex dawn ikunu jistgħu jibbenifikaw minn dawn l-isponsorships, wara li kien jikkonsulta maċ-Chief Officers konċernati. Ir-rapport bir-rakommandazzjoni jgħaddi quddiem il-Bord tad-Diretturi tal-Enemalta għall-approvazzjoni.
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35851 u cioè: Fid-dawl ta’ rapporti li dehru fil-media lokali dwar problemi b’uħud mill-filter bags fl-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, jista' jgħid jekk:
a) tista' l-Korporazzjoni Enemalta tippubblika rapport uffiċjali dwar dak li verament ġara;
b) x’inhuma l-PM10, PM2.5, NOx u Sox levels li l-Korporazzjoni Enemalta tikkunsidra bħala l-massimu ttollerat indipendentement mill-BAT figures;
c) x’kienu dawn il-livelli qabel ma fallew uħud mill-filter bags;
d) hemm xi evidenza ta’ pressure eċċessiva fuq dawn il-bags? Jekk iva, dan il-high back pressure jista' li kien qed jkollu xi effett fuq il-performance, speċifikament fejn jidħlu power output, fuel consumption u anki effiċjenza;
e) kemm-il darba l-bags li ġew ruptured ma kenux difettużi, jista' jikkonferma li dan seta' kien ikkawżat minn faults fid-disinn tal-emissions mitigation system?
f) billi l-BWSC ġiet mitluba mill-Korporazzjoni Enemalta biex tagħti r-reazzjoni uffiċjali tagħha, jista' jgħid x’kienet u tippublikaha kif wkoll jgħarraf lill-Kamra kif il-BWSC qegħdin jippjanaw li jirrisolvi din il-problema; u
g) jekk il-performance ta' setturi oħrajn tal-emissions mitigation plant humiex qed jaħdmu kif suppost f’mod sodisfaċenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-livelli ta’ trab li jikkomprendi kemm PM2.5 kif ukoll PM10, NOx u SO2 huma skond kif stabbilit fl-IPPC maħruġ f-Di1embru 2011, u li huma fil-livelli permessibli skond il-liġijiet applikabbli.
Ninsab infurmat ukoll illi l-livelli ta’ emissjonijiet kienu taħt il-parametri tal-permess.
Il-filter bags li jintużaw fl-impjant huma protetti kontra pressa eċċessiva, u għalhekk, m’hemmx każ ta’ pressa eċċessiva. Minħabba f’dan, m’hemmx effett fuq il-performance tal-impjant.
L-inċidenti msemmija ma jidhrux li kienu riżultat ta’ disinn ħażin fis-sistema.
Il-kawża tal-inċidenti hija riżultat ta’ ċaqliq tal-arja fil-baghouse filter li qed iġiegħel il-bag filters jiċċaqalqu u b’hekk jaħbtu ma’ xulxin kif ukoll mal-ħajt ta’ barra l-baghouse filter. Il-filterbags mqatta ġew miibdula u ġie nstallat mudell differenti ta; filter bags.
Din il-modifika ġiet effettwata fuq l-erba’ filters, li ilhom jiġu ttestjati mill-11ta’ Ġunju 2012. Minn dakinhar, ma kienx hemm inċidenti oħra fuq il-filterbags.
Ġew effettwati aġġustamenti u modifikazzjonijiet fuq l-emissions abatement plant u t-testijiet qed juru li l-emissions abatement plant qed jaħdem kif suppost u b’mod sodisfaċenti.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjant għaddej minn proċess ta’ ttestjar sabiex niżguraw li meta jibda jopera in full capacity, dan isir bl-aktar mod effiċjenti u mingħajr detriment għar-residenti tal-madwar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlmentari 35846 u jgħid x’miżuri qed jittieħdu effettivament dwar mitigation ta' vapour recovery skont l-avviż legali relevanti dwar id-distribuzzjoni tal-petroleum lill-pompi tal-petrol biex ikun hemm control of volatile org. comp. emissions? Jista' jgħid jekk il-flotta tad-distribuzzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta li tintuża għad-distribuzzjoni tal-fuel lill-petrol station hix equipped biżżejjed biex jiltaqa għar-recovery ta’ dawn il-vapours?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-avviż legali li qed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant, jiġifieri l-avviż legali 54 ta’ l-2009 li jittratta l-Kontroll ta’ l-Emissjonijiet tal-Komposti Organiċi Volatili, tkopri l-kontroll ta’ dawn il-gassijiet tul iċ-ċiklu kollu tal-immaniġġjar tagħhom mill-installazzjoni tal-ħażna sal-pompi tal-petrol. Ninsab infurmat li s’issa l-Korporazzjoni Enemalta għamlet l-investiment meħtieġ sabiex tilqa l-emissjonijiet li kieku joħorġu mit-tankijiet tal-ħażna waqt il-ħatt tal-vapuri.
Billi jidher li l-funzjoni tas-sejħiet għall-interess (call for expression of interest) hi waħda intenzjonata biss biex tinġabar informazzjoni dwar min ikun jista' jkollu interess li jipparteċipa fi proċess eventwali ta' tender, jista' l-Ministru jgħid x'passi jieħu l-Ministeru tal-Finanzi fil-konfront ta' dawk li jallokaw lil xi ħadd partikulari dan il-call for expression of interest?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-passi li jittiehdu jiddependu ħafna fuq in-natura ta’ l-expression of interest. Jekk din is-sejħa tikkonċerna konċessjoni allura din ma’ taqax fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Finanzi imma fil-kompetenza tal-Ministeru li jkun ippublika din is-sejħa. Jekk l-expression of interest se twassal għall-kuntratt ta’ xiri allura l-proċess irid jimxi skont kif jitolbu ir-Regolamenti dwar Kuntratti Publiċi.