Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament peress li din qatgħulu r-relief u anke l-allowance u l-anqas m'għadha tieħu l-manteniment mingħand ir-raġel u tinsab bla ebda dħul?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 33367 dwar l-istess każ. Jiena nfurmat ukoll li l-persuna kkonċernata reġgħet applikat għal għajnuna soċjali u ġiet infurmata dwar il-każ tagħha dwar din it-talba mid-dipartiment. Infurmat wkoll li din il-persuna hija f’kuntatt mal-uffiċċjali tad-dipartiment dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed ikollu l-pensjoni mnaqqsa u ma ġie mogħti l-ebda spjegazzjoni għad li ripetutament talab spjega?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33909, fejn intalbet l-istess informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, permezz tat-tliet ittri li l-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament ġie ndikat li ried iħallas ammonti ta' flus li dawn kellhom ikunu anqas fuq l-ewwel wieħed li għal tliet darbiet tnaqsulu 5% ta' kull cheque tal-pensjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha
Bormla — Triq Hanover, Triq l-Ajkla u Triq Santa Liena - slum clearance
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm sidien li għadhom ma ħadux dak li hu dovut lilhom, wara li l-proprjetà tagħhom ittieħdet sabiex minflok isir slum clearance fi Triq Hanover, Triq l-Ajkla u Triq Santa Liena Bormla ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-residenti kollha tal-progett ta’ slum clearance fi Triq Hanover, Triq l-Ajkla u Triq Santa Liena Bormla gew allokati post alternattiv u kollha vvakaw ir-resdienza u bdew jokkupa l-appartament moghti lilhom. Fadal biss familja wahda li minkejja inghatat appartament f’Awissu tas-sena 2011 din għada m’okkupatx dan il-fond. L-Awtorità tad-Djar qeghda ssegwi dan il-kaz sabiex din il-familja tohrog minn dan il-blokk kemm jista' jkun malajr.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33176, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk meta jsir bejgħ bis-subbasta l-Qorti, ir-Reġistratur tal-Qorti għandux l-istess responsabbilitajiet li jkollu nutar meta jippubblika kuntratt, fis-sens li trid tinżamm taxxa tal-boll ta' 5% minn min ikun qed jakkwista kif ukoll taxxa proviżorja fuq qliegħ kapitali ta' 7% minn min ikun qed ibiegħ? Jekk fl-affermattiv kemm kienu l-ammonti ta' flus li għaddew lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni mill-Qorti ta' Malta u l-Qorti ta' Għawdex separatament fl-aħħar ħames snin?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li meta jsir bejgħ bis-subbasta l-Qorti, ir-Reġistratur tal-Qrati Ċivili għandu l-istess responsabilitajiet li jkollu nutar meta jippubblika kuntratt (inkluż li jżomm taxxa tal-boll ta’ 5% minn min ikun qed jakkwista kif ukoll taxxa proviżorja fuq qliegħ kapitali ta’ 7% minn min ikun qed ibiegħ dejjem jekk ikun soggett ghal tali taxxa).
Ma tinżammx statistika dwar l-ammonti ta’ flus li jiġu mgħoddija lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni mill-Qorti ta’ Malta u mill-Qorti ta’ Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mistenni jirċievi l-voucher dovut lilu għat-tnaqqis tal-kont tad-dawl u ilma?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li jiena nfurmat li l-persuna msemmija għandha tirrikorri f’wieħed mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex tingħata l-informazzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jmur il-housing inspector tal-Awtorità tad-Djar għand l-applikanta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li hija single parent u tgħix f'post sub-standard?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva u l-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-differenza li hemm teżisti bejn il-benefiċċju soċjali li jirċievu l-persuni li jsiru ommijiet b'mod naturali u l-persuni li jsiru ommijiet permezz tal-adozzjoni? Jista jgħid għaliex s'issa persuni li jsiru ommijiet b'adozzjoni m'għandhomx maternity leave?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda differenza bejn Benefiċċji Soċjali li jirċievu l-persuni li jsiru ommijiet b’mod naturali u dawk li jaddottaw. L-uniku benefiċċju li ma jieħdux dawk li jaddottaw huwa l-Benefiċċju tal-Maternita.
Il-leave tal-maternita hija wahda mill-mizuri kontemplati fil-ligi li huma immirati li jaghtu protezzjoni lil mara li tkun tqila jew tkun ghada kif helset jew tkun qed tredda. L-ghan taghhom hu biex is-sahha u s-sigurta tal-omm u tat-tarbija jigu protetti. Is-sitwazzjoni ta’ omm li tkun addottat wild hi differenti, fis-sens li din la tkun tqila, la tkun helset u lanqas tkun qed tredda u ghaldaqstant, il-mizuri partikolari imfassla biex jipprotegu l-maternita m’humiex applikabli ghal adozzjoni. Ghaldaqstant il-process ta adozzjoni fin-natura bazika tieghu ma jistax tigi kkomparata jew ekwiparat ma dik ta’ mara tqila.
Madankollu, il-gvern hu konxju tal-problemi partikolari li jiffacjaw persuni li jaddottaw wild u qed jigi ikkunsidrati x’mizuri jistghu jittiehdu biex dawn il-persuni ikunu meghjuna.
Fis-settur Pubbliku dahal leave ta' adozzjoni ta' sittax-il gimgha u prezentament hemm diskussjoni fl-Employment Relations Board fuq proposta tal-Gvern kif dan jista' jigi introdott ukoll fis-settur privat
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn single parents li jieħdu l-benefiċċju tas-single parent u minn liema lokalità huma?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant n-numru ta' single parents li jieħdu l-benefiċċju hu ta 2938 u huma mqassma f'lokalitajiet kif indikati fuq it-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li għandhom applikazzjoni għal post alternattiv? Mil-liema lokalità huma? Kemm hawn nies li ħadu post tal-gvern mis-sena 2000 'il quddiem? Jista' jgħid meta applikaw u fejn kienu joqogħdu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 2, 410 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva sal-aħħar ta’ Marzu. L-applikanti ġejjin mil-lokalitajiet kif jidher fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Minsitru jara li xi ħadd mill-Awtorità tad-Djar jagħmel spezzjoni fuq saqaf ta' post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li fih qed jidhru l-konsenturi?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-awtorità toffri Skema SM f’każijiet bħal dawn. L-inkwilina hija għaldaqstant mitluba tavviċina l-Customer Care tal-awtorità sabiex tapplika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew appuntati maġistrati u mħallfin fl-2010 u fl-2011? Kemm kien il-compliment tal-maġistrati u mħallfin fl-2010?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2010 ġew appuntati żewġ (2) Imħallfin u Maġistrat wieħed (1)
u l-ex Prim Imħallef reġa’ assuma l-kariga ta’ Imħallef.
Fis-sena 2011 ġew appuntati żewġ (2) Imħallfin u tliet (3) Maġistrati.
Fil-31 ta’ Diċembru, 2010 il-complement ta’ Maġistrati u Mħallfin (inkluż il-Prim Imħallef) kien ta’ sebgħa u tletin (37):
Prim Imħallef : wieħed ( 1)
Imħallfin : dsatax (19)
Maġistrati : sbatax (17)
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-impjegati tal-Awtorità tad-Djar għad ma ġewx mogħtija l-ftehim kollettiv li suppost ġie ffirmat fl-2010? Meta se jibdew id-diskussjonijiet biex riżultat ta' hekk jiġi ffirmat il-fthem kollettiv?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar bdiet id-diskussjonijiet fl-2011 u qegħda fil-proċess tan-negozjati sabiex jiġi ffirmat ftehim kollettiv ġdid. L-kuntenut tal-ftehim tlesta, l-union li tirrapreżenta lil ħaddiema għadha kif preżentat il-proposti finanzjarji tagħha, issa jmiss li dawn jiġu diskussi flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi u l-Awtorità tad-Djar.
Id-dati tal-laqgħat kienu:
13 ta’ Jannar 2011
21 ta’ Frar 2011
23 ta’ Marzu 2011
20 ta’ April 2011
23 ta’ Ġunju 2011
8 ta’ Lulju 2011
1, 2 u 8 Awwissu 2011
12 ta’ Settembru 2011
3, 14, 31 ta’ Ottubru 2011
21 ta’ Diċembru 2011
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha madwar ħames ġimgħat ma tieħu r-relief u issa dieħla tagħmel operazzjoni l-isptar mingħajr m'għandha l-ebda dħul finanzjarju?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata dwar ħlasijiet ta’ għajnuna soċjali (SAB) dovuti permezz ta’ ittra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament qegħda tiġi informata li mhijiex intitolata għal ebda forma ta' pensjoni għad li kien hemm diversi snin li ħadmet fihom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji Maltin intalbux b'xi mod jagħtu appoġġ/għajnuna mill-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani dwar l-investigazzjonijiet li għaddejjin fl-Italja u f'għadd ta' pajjiżi oħra dwar kif uffiċjali tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri ħadu €70 miljun u bagħtuhom baxx baxx lejn pajjiżi oħra, inkluż €15-il miljun lejn Malta permezz tal-Bank of Valletta, bis-sehem tal-Kumpanija Periplo SA u issa dawn l-uffiċjali qed jiġu investigati dwar money laundering, tax evasion u missappropriation of public funds? Jekk intalbu, x'kienet l-għajnuna mitluba?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Il-Qrati tal-Gustizzja Ċivili u l-Qorti ta’ Għawdex, m'għandhomx din l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Qrati Kriminali tali informazzjoni ma tistax tingħata peress li mhemmx dettalji biżżejjed bħal eżempju l-isem tad-Direttur/i tal-Kumpanija Periplo SA.
Benefiċċju tal-Wens — kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-benefiċjarji tal-benefiċċju tal-Wens titħallas f'isimhom kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali kull ġimgħa?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna li tikkwalifika għal-Pensjoni tal-Wens, tista’ tikkwalifika wkoll għal kontribuzzjoni akkreditati jekk fid-data ta’ l-ogħti tal-Pensjoni tal-wens ikollha:-
1. 156 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali mħallsa; u
2. medja ta’ kontribuzzjonijiet mħallsa jew akkreditati ta’ aktar minn għoxrin (20) fis-sena minn mindu għalqet 18-il sena.
Vittmi li applikaw għall-Criminal Injuries Compensation Regulations
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vittma applikat għall-Criminal Injuries Compensation Regulations (SL. 9.2) mis-sena 2007 sal-lum? Kemm-il vittma ibbenefikat minn dawn l-applikazzjonijiet? Kemm huma ċ-ċifri individwali li ingħata lill-vittmi?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta’ vittmi li applikaw għall-Criminal Injuries Compensation Regulations (SL. 9.2) mis-sena 2007 sal-lum jammonta għal sittax. L-ebda vittma għadha ma definitivament ibbenefikat minn dawn l-applikazzjonijiet, u, għalhekk, ebda ċifra individwali għadha ma ngħatat lil xi vittma.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema hi l-iktar kawża li ilha pendenti quddiem il-qrati tagħna? Mingħajr ma jingħataw dettalji personali, jista' jagħti tagħrif dwar x'inhu s-suġġett ta' din il-kawża?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ili l-iktar kawża li ilha pendenti hija quddiem il-Qrati Ċivili u Tribunali (Malta) li hi dwar wirt u li ġiet ippreżentata fis-sena 1931.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33872, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-arretrati bdewx jitħallsu, u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi proċedura ta' preċedenza qed tintuża?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi jien infurmat li sa issa inħadmu u tħallsu l-arretrati ta’ dawk il-pensjonanti li twieldu qabel is-sena 1937 u li għaldaqstant ta’ dawk li rtiraw matul is-snin sebgħin u snin tmenin u ta’ dawk li rtiraw sas-sena 1998.