Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu — Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4644, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha mitluba u jgħid min ħa kull kuntratt?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: Entità Numru ta’ Advisors Valur FTZD 1 €40,518 FTZD 1 €18,140 MFC 1 €52,080 MFC 1 €10,038 MFC 1 €3,332 MFC 1 €33,600 MTA 1 €20,000

Wied il-Għajn – Pjan għat-Turiżmu

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2251, 4099 u 4462, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pjan għat-Turiżmu għal Wied il-Għajn huwiex lest jew le?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qiegħda f’taħdidiet ma’ entitajiet oħra sabiex jiġi finalizzat pjan għaż-żona.

Ministeru għat-Turiżmu — advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3191, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' kull kuntratt u jispeċifika min ħa dan il-kuntratt u kemm kien l-ammont (valur) tad-direct order u/jew kuntratt?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-2018, l-ispiża tal-advisors fl-entitajiet kienet is-segwenti: Entità Numru ta’ Advisors Valur FTZD 2 €58,658 MFC 4 €99,050 MTA 1 €20,000 ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1309 li tpoġġa fis-Seduta 73 tal-10 ta' Jannar 2023 )

Ix-Xemxija – Promenade – railings

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-azzjoni neċessarja biex ir-railing li jinsab matul il-promenade tax-Xemxija partikolarment il-parti fiż-żona faċċata tal-Ġnien Olimpiku u li sofra xi ħsarat, isirulu t-tiswijiet neċessarji?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħsarat imsemmija ġew imsewwija.

Kunsill Lokali San Ġiljan – spezzjonijiet fi stabbilimenti ġewwa Paceville

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3847, jista’ l-Ministru jitkellem mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan fid-dawl li għandhom realtà ferm differenti mit-tweġiba mogħtija għal din mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nista’ nassigura lill-Onor. Interpellant li kemm il-Ministeru kif ukoll l-entatijiet fi ħdanu jżommu kuntatt mill-qrib mal-Kunsilli Lokali. Kemm-il darba l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan iħoss li għandu bżonn jagħmel kuntatt magħna, aħna lesti li niltaqgħu, kif fil-fatt għamilna mal-Onor. Interpellant meta kien jokkupa l-kariga ta’ Sindku tal-istess lokalità.

Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali – allokazzjoni ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4843.

Malta Film Commission – linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4337 u ċjoè: Peress li f’Marzu li għadda l-Malta Film Commission ippubblikat linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate, u skont Artiklu 5 ta’ dawn il-Linji Gwida, dawn jidħlu fis-seħħ ġaladarba jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali, għaldaqstant jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-avviż legali li jirregola dawn il-linji gwida u jinforma lill-Kamra meta daħlu fis-seħħ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Financial Incentives for the Audiovisual Industry – għoti ta’ inċentivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4339 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu — karozzi elettriċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninsab infurmat li preżentement hawn karozza waħda tal-elettriku fid-dekasteru. Kif diġà mħabbar mill-Gvern, il-ħsieb huwa li l-flotot jiġu konvertiti għal vetturi aktar effiċjenti, effettivi u rilevanti.

MTA — laqgħat bejn il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan u l-Ispettorat tal-Infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qatt kien hemm laqgħat bejn il-Kunsill Lokali San Ġiljan u l-Ispettorat tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ispettorat tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jiltaqa’ ma’ Kunsilli Lokali regolarment, meta mitlub, fuq materji li jikkonċernaw direttament aspetti ta’ infurzar fejn l-Awtorità għandha ġuriżdizzjoni legali diretta.

Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4168, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena l-oħra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Malta Film Commission – audited accounts u rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Audited Accounts u r-Rapporti Annwali tal-Malta Film Commission għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Malta Film Commission – Organigram preżenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigram preżenti tal-Malta Film Commission u jippubblika lista tal-pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Malta Film Commission, il-paga, allowances u benefiċċji oħra mħallsa għal kull pożizzjoni u jgħid jekk il-persuna f’impjieg għal kull pożizzjoni hijiex f’kuntratt definit jew indefinit?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Screen Malta

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li għaddiet din is-sena bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea rigward Screen Malta u speċifikament rigward il-bidla mitluba li sseħħ li minn għajnuna klassifikata bħala de minimis din tiġi kunsidrata bħala għajnuna taħt il-General Block Exemption Regulations?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Film Awards/Malta Film Week – Budget 2023

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra fuq meta ser iseħħ il-Malta Film Week u l-Malta Film Awards fis-sena 2023 u jekk il-Malta Film Commission għandhiex budget għal dan l-avveniment u kemm ser tkun l-ispiża għas-sena d-dieħla?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-estimi finanzjarji li diġa’ tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kemmuna beach concessions – public tender

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2211, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tliet beach concessions fil-bajjiet ta’ Kemmuna ngħatawx lill-operaturi tad-deckchairs u umbrelel permezz ta' sejħa pubblika għall-offerti? Jekk iva, jista’ jgħid meta din kienet ippubblikata?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4046.

San Ġiljan – Xatt is-Sajjieda – xogħol ta’ manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3854, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-moll f’Xatt is-Sajjieda, San Ġiljan?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Turiżmu — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali

Question

Jista’ l-Ministru jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Kemmuna Beach concessions

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3257, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-kopja tal-beach concessions fil-bajjiet ta’ Kemmuna li tlabt biex titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hija ta’ natura kummerċjali sensittiva?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tista’ tippreġudika l-interessi kummerċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Madanakollu, l-Onor. Interpellanta se tingħata l-opportunità li tara hi personalment id-dokumenti mitluba.

Gudja – Ġnien Ġlormu Cassar – meter temporanju tad-dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4316, li kkonfermat li l-applikazzjoni għal meter temporanju fi Ġnien Ġlormu Cassar, il-Gudja, saret mill-Ministeru għat-Turiżmu, jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li ssir applikazzjoni biex dan il-meter jinbidel b'wieħed permanenti? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi problemi b'dan il-meter peress li qed ikun hemm ħafna ljieli fejn il-ġnien ikun bla dawl?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-meter permanenti twaħħal il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru, ċjoè ħamest ijiem qabel saret il-mistoqsija parlamentari.