Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku - Impjegati sospiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi hemm sitt persuni fis-settur ċivili u pubbliku li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet huma previsti li jsiru fi Triq tal-Klerku, l-Fgura u kemm ser idumu għaddejjin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17169 mogħtija fl-20 ta’ Marzu 2024, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xogħol fuq pjanti, inkużi l-investigazzjonijiet neċessarji, sabiex il-probabbiltà li jinbena multi-level parking fl-istess post fejn bħalissa jinsab il-parkeġġ f’Wied iż-Żurrieq, tiġi investigata b’serjetà?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota tas-suġġeriment tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fi Triq Salvu Saliba fiż-Żurrieq, meta huwa ppjanat li jitlesta u x'miżuri qed jittieħdu biex jitnaqqas l-inkonvenjent speċjalment tat-trabijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta bdiet xogħlijiet f’numru ta’ toroq fiż-żona ta’ Bubaqra fi Frar 2025. Dawn jinkludu xogħlijiet fi Triq Costantino Farrugia, Triq Remig Sacco, Triq Salvu Saliba, Triq San Porfirju u Triq Dun Nazzareno Tonna.
Fil-mument għaddejjin ix-xogħlijiet fi Triq Dun Nazzareno Tonna li għandhom jitlestew sal-aħħar t’Ottobru. Triq Costantino Farrugia, Triq Remig Sacco, Triq Salvu Saliba u Triq San Porfirju huma lesti bl-ewwel saff t’asfalt, sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent tat-trabijiet. Kif titlesta Triq Dun Nazzareno Tonna, jingħata l-aħħar saff t’asfalt lit-toroq kollha flimkien.
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ippropona.
Fid-dawl tal-istat ħażin ta’ Triq Ġorġ Mifsud Chircop, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Peress li bosta residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq Tal-Ħlas, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq Tal-Ħlas, f’Ħal Qormi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm talbiet għal żieda/bdil ta’ swimming zones madwar Malta u Għawdex? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu u kemm għadhom pendenti? Xi proċedura trid tintuża biex individwi jkunu jistgħu jagħmlu proposti u jipproponu tali bidliet? Jista’ jgħid ukoll lil liema awtorità għandhom jiġu indirizzati tali talbiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din is-sena ġew sottomessi sitt talbiet relatati mas-swimmers’ zones. Tlieta ġew milqugħa filwaqt li tlieta oħra għadhom pendenti.
Il-proċedura applikabbli għal individwi jew entitajiet li jixtiequ jipproponu tali bidliet hija li tintbagħat rikjesta formali lill-Awtorità għat-Trasport f’Malta. Din ir-rikjesta tiġi evalwata mid-Dipartiment tal-Yachting and Mooring u, sussegwentement, tiġi diskussa mal-Harbour Master.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proċedura trid tintuża biex persuna li tkun tixtieq li jiżdiedu l-faċilitajiet, bħal slielem, bridges, showers u bins ħdejn ix-xtut tagħna, fil-fatt tressaq is-suġġerimenti tagħha għal tali faċilitajiet? Peress li issa wasalna fi tmiem is-sajf, u allura tali żidiet mhux ser ikunu għal din is-sena, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-postijiet kollha fejn tali faċilitajiet huma installati, biex talbiet għall-futur ikunu jistgħu jittieħdu in konsiderazzjoni għal dawk il-faċilitajiet diġà eżistenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, ninfurmaha li TZRA toffri servizz ta’ ħaddiema lill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jintramaw u jiżżarmaw l-assi tal-bajjiet li huma akkreditati
Blue Flag
jew bajjiet ta’ kwalita’. Kien hemm każijiet fejn it-TZRA installat slielem fil-Mellieħa (fejn Starbucks), San Pawl il-Baħar (is-simenta) u St Peter’s Pool. Saret ukoll walkway taħt it-Torri ta’ Wignacourt.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet huma previsti li jsiru fi Triq Kent, il-Fgura u kemm ser idumu għaddejjin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fit-Triq Kent huwa lest ħlief ix-xogħol tal-asfalt. S’issa sar r-rikostruzzjoni tal-bankini, rikostruzzjoni ta’ parti mis-sistema ta’ dranaġġ u tibdil tas-servizzi tal-ilma. F’parti minn Triq Kent ser isir ukoll xogħol dirett mill-Enemalta. L-asfalt finali jingħata meta jitlestew ix-xogħlijiet kollha fit-triq.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29440 fir-rigward ta’ Pjazza Gavino Gulia, f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isir ix-xogħol neċessarju issa li dalwaqt waslet il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi kiseb il-permessi meħtieġa mill-entitajiet relevanti sabiex isiru testijiet li se jgħinu biex tiġi stabbilita l-firxa tal-problema. Dawn it-testijiet se jsiru wara li jsir il-koordinament neċessarju minħabba li se jkun hemm bżonn li t-triq tingħalaq temporanjament.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23933 fejn intqal li l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq San Edwardu, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq San Edwardu, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ippropona.
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ippropona.
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogħolijiet huma previsti li jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni użaw il-lift li mix-xatt tal-Belt Valletta jagħti għall-Barrakka ta’ Fuq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li total ta’ persuni li użaw il-Lift mill-bidu tas-servizz fl-2016 sa 2024 huwa s-segwenti:
Sena
Total
2016
362,981
2017
509,486
2018
732,016
2019
576,700
2020
151,036
2021
289,772
2022
944,217
2023
1,298,785
2024
1,640,912
Minn Jannar sa Ġunju 2025 it-total ta’ persuni li użaw il-lift kien ta’ 865,674.
Direttiva tal-Unjoni Ewropea 2014/45 - Roadworthiness tests
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30370 u jgħid jekk Direttiva tal-Unjoni Ewropea 2014/45 li tittratta roadworthiness tests ġietx tradotta fil-liġijiet tagħna fl-intier tagħha, inkluż fejn jidħlu testijiet perjodiċi ta’ muturi akbar minn 125cc kif kien tħabbar minn Transport Malta fl-2020? Jekk iva, jista’ jgħid meta u b’liema avviż legali, abbozz ta’ liġi jew liġi sussidjarja daħlu dawn ir-regolamenti fil-liġijiet tagħna?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom ġiet trasposta b’mod sħiħ fil-leġiżlazzjoni nazzjonali permezz tar-Regolamenti dwar Testijiet biex jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur huma Tajba għat-Triq (L.S. 65.15).
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa maħruġa mill-Gvern, Infrastructure Malta u/jew entitajiet/awtoritajiet governattivi oħra għall-proġett ta’ Ġnien Toni Bezzina, f’Raħal Ġdid, u jagħti break down ta’ kif u fiex intefqet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijijet fi Ġnien Toni Bezzina għadhom għaddejjin u għaldaqstant l-ispiża finali ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għar-riġenerazzjoni tal-Kumpless tal-White Rocks? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-pjanijiet u meta ser jiġu implimentati?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.